Illum previous editions

ILLUM 25 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1159829

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 25 ta' Awwissu 2019 | illum Supported by the peoples of Iceland, Liechtenstein and Norway through the EEA and Norway Grants PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EUROPEAN FUNDS AND SOCIAL DIALOGUE www.eufunds.gov.mt CHOOSE ONE TOPIC A What do you understand by 'poverty'? B How can youths contribute to the reduction of poverty in Malta? C How can society at large contribute to the reduction of poverty? D What can be done to avoid poverty among the most vulnerable groups*? (*children/youths at risk, migrants, old people etc) INFORMATION & ELIGIBILITY The "25 th Anniversary - EEA and Norway Grants Drawing Competition 2019" would like to invite youths aged 12 to 16 years to participate in a drawing competition to convey what they understand by Poverty Reduction. More information can be obtained by calling on +356 2200 1115 or +356 2200 1151. SUBMISSION RULES All entries must be submitted by hand in sealed envelopes, by noon, 6 September 2019 at FPD offices in Triq il-Kukkanja, Sta Venera. Submissions after the deadline will not be accepted. PRIZES FOR THE TOP 3 ENTRIES WINNERS ANNOUNCED 5 OCT 2019 DURING THIS YEAR'S NOTTE BIANCA 25 TH ANNIVERSARY EEA AND NORWAY GRANTS DRAWING COMPETITION 2 0 1 9 R E D U C E P OV E R T Y ippubblikat (ħlief dawk tal- poeżiji) u li m'għandhiex tkun inqas minn 10% tal-bejgħ nett. Fil-każ ta' fieri ta' kotba, meta l-pubblikatur qed ibigħ direttament, ir-rata tista' titla' sa 15%. L-istess bħal fil-każi l-oħra, Camilleri saħaq li hemm pubblikaturi li jħallsu tajjeb u oħrajn li ma jħallsu xejn. Kompla jisħaq li sa issa, il-bilanċ kuntrattwali fl- industrija tal-kotba, dejjem kien favur il-pubblikaturi. "Il-kittieba Maltin qatt ma kellhom il-possibbilità li jinnegozjaw, b'mod anke kollettiv, ir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubblikaturi. Aħna qed noffru din il- possibbilità. Anke min ma kienx jitħallas, issa jiffirma kuntratti biex jibda jitħallas," saħaq Camilleri. "Iċ-ċifri tagħna huma raġonevoli ħafna. Qed nitolbu l-minimu, qed inkunu realistiċi," kompla jispjega waqt li fakkar li l-pubblikazzjoni tiswa ħafna flus, speċjalment meta pubblikatur jieħu x-xogħol tiegħu b'serjetà u apparti li jiċċekja l-lingwa, jeditja wkoll il-kontenut. "Ftit huma li jwettqu dan." Kien hawn li Camilleri saħaq li waħda mill-affarijiet li qed titfa' l-industrija lura hija l-fatt li minħabba t-tnaqqis fil- bejgħ, id-distributur ewlieni tal-kotba f 'Malta qiegħed jimponi rata retta ta' 50% fuq il-pubblikaturi, rata li fi kliemu hija għolja ħafna. "Din qed titfagħna ħafna lura," insista Camilleri. Id-drittijiet anċillari kollha huma esklussivament tal-awtur Il-Kunsill qed jisħaq ukoll li sakemm mhux mifthiem mod ieħor fil-kuntratt, id-drittijiet anċillari kollha li jirriżultaw minn ktieb ippubblikat, fosthom dawk tat-traduzzjoni, drittijiet ta' films, ta' teatru u oħrajn, huma esklussivament tal-awtur. Imma dan mhux ovvja? "Ikollna sitwazzjoni fejn ġieli kellna abbużi dwar dawn id- drittijiet," wieġeb Camilleri. Filwaqt li hemm saħaq li hemm linji ta' ħsieb differenti, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jaqbel li d-drittijiet anċillari u dawk ta' self pubbliku jibqgħu dejjem tal-kittieba. "Dan qed nagħmluh għax l-istrateġija tagħna hija li naraw il-pubblikaturi jagħmlu l-qligħ u fl-istess ħin l-awturi jagħmlu l-flus mhux mill- bejgħ biss, iżda anke minn dawn id-drittijiet anċillari," saħaq Camilleri. Fi kliemu, dwar dan, il- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu qbil mal-maġġoranza tal-pubblikaturi f 'Malta. 'Dak li qed nitolbu huwa raġonevoli ħafna," insista Camilleri. Aċċess għal informazzjoni dwar il- bejgħ tal-kotba Fid-dawl tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijet tal-awtur u d-drittijiet relatati mas-Suq Uniku Diġitali, l-Abbozz ta' Liġi li qed jipproponi l-Kunsill jisħaq li l-awturi għandhom ikollhom id-dritt ta' aċċess għal informazzjoni dwar il-bejgħ tal-kotba tagħhom, inkluż l-għadd ta' kotba mibjugħa. Filwaqt, li skont Camilleri, hawn pubblikaturi li diġà jagħmluha, hemm oħrajn li ma jagħmluhiex, anke jekk fi kliemu hija xi ħaġa bażika u kważi kważi ovvja. "Għandha tingħata mqar darba f 'sena. Ikun hawn awturi li ma jkunux jafu kif sejrin il- kotba tagħhom." Issa x'se jsir b'dawn il- proposti? Mark Camilleri appella lill-awturi biex jattendu għall- Kungress tax-xahar id-dieħel li se jkun qed jiddiskuti u eventwalment jivvota dwar dawn il-proposti. Jekk ikun approvat, dan imbagħad jgħaddi għand il-Minstru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo biex tkun diskussa fil-Kabinett u eventwalment titla' wkoll fil- Parlament. "Importanti li l-awturi jattendu għall-kungress. Huwa fl-interess tagħhom li jattendu," temm jappella Camilleri. kapaċi jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-ktieb' Il-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb jisħaq li jixtieq jara kemm lill-awturi u anke lill-pubblikaturi jżidu fid-dħul

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 August 2019