Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 X'sar mir-rapport xejn sabiħ tal- Awditur? Fakkart lill-Ministru f 'rapport maħruġ mill-Awditur Ġenerali f 'Lulju tas-sena li għaddiet li fih pinġa stampa pjuttost kerha tas-sitwazzjoni f 'Monte Karmeli, anke fost il-ħaddiema. X'sar dwaru? Dwar ir-riżorsa umana, ammeta li hemm bżonn aktar infermiera li jispeċjalizzaw fil-kura tas-saħħa mentali u dwar it-tobba, qal li kellu laqgħat mal-Assoċjazzjoni tal-Psikjatri u ġew ingaġġati konsulenti ġodda, anke jekk biex is-servizz jingħata fil-komunità se jkun hemm bżonn aktar professjonisti. Iżda staqsejnieh ukoll dwar ħaddiema oħra li jaħdmu fl-isptar fosthom skrivana li kienu spiċċaw jaħdmu fil-manutenzjoni. Il-Ministru qal li l-Ministeru wieġeb lill-Awditur dwar dan, fejn ikkonferma li fil-perjodu li fih kien qed isir ir-rinovar "kien hemm ħaddiema li minn job description marru fuq ieħor." Dwar il-kwistjoni tas-sigurtà, Fearne qal li ddaħħlu uffiċjali ġodda, sistemi ġodda ta' kif wieħed jidħol fl-isptar u assigura li l-grada qed tkun magħluqa. Il-VGH? Ħadd mhu se jerfa' r-responsabbilità Il-Vitals Global Healthcare. Ġew b'ħafna pompi u telqu 'l hemm. Għaddejjin inkjesti u investigazzjonijiet. Staqsejna lil Fearne min se jkun qed jerfa' r-responsabbilità jekk jinstab li dan il-kuntratt ma jmissu qatt sar. "Joseph Muscat, Konrad Mizzi, inti, għax hemm kont? Min?" staqsejtu. Il-Ministru nsista li kien hu stess li talab investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali u wiegħed li r-riżultati se jkunu pubbliċi u diskussi quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi. "Ċert li fl-aħħar mill-aħħar anke jiena nitla' nixhed. Ma għandi l-ebda problema li l-affarijiet isiru bl- aktar mod trasparenti" saħaq Fearne. Erġajt staqsejtu, għal aktar minn darba, min se jerfa' r-responsabbilità, jekk l-Awditur jew il-Qrati jsibu irregolaritajiet f 'dan il-kuntratt kontroversjali. "Dawn huma mistoqsijiet ipotetiċi," baqa' jwieġeb Fearne. Bqajt nagħmillu l-istess mistoqsija sakemm Fearne insista li l-Gvern u hu bħala Ministru, meta ra li l-VGH ma kinux qed jagħtu dak li kien mitlub minnhom, ma aċċettawx is-sitwazzjoni. Staqsejt lill-Ministru hux jindika li kien hu personali li waqqaf il-VGH. Ma ċaħadx. "Kien hemm element fejn aħna ma konniex kuntenti bil-miri kif kienu qed jilħquhom." "Interessanti kif ftit wara li sirt Ministru inti li dawn telqu," irrimarkajt lil Fearne. "Mhux qed ngħid neċessarjament għax sirt Ministru jiena. Ġeneralment fil-ħajja ma jkunx hemm fattur wieħed, iżda numru ta' fatturi li jiġu flimkien." X'sar minn Ram Tumuri? U x'sar minn Ram Tumuluri, is-sid tal-VGH. L-ILLUM kienet irrapportat ħafna dwaru, fosthom kif ma kellux esperjenza fil-qasam u wisq inqas fin- negozju. Fearne wieġeb li ma għandux kuntatt miegħu u ma jafx fejnu. "Ħadd ma jaf fejnu?" erġajt staqsejt lil Fearne. "Int lili qed tistaqsi. Nassumi li jkun hemm min jaf fejnu." U kieku kien Fearne Ministru għas- Saħħa qabel, kien jagħżel lill-VGH la ma kellhomx esperjenza? "Il-VGH ma għażilhomx Konrad Mizzi ... il-proċess tat-tendering ma jkunx influwenzat mill-Ministru," wieġeb Fearne. Il-kuntratt mat-Technoline: x'sar minnu? Tkellimna wkoll dwar il-kuntratt li l-VGH tat lit-Technoline Ltd, għax- xiri tat-tagħmir mediku fl-isptarijiet li kellha tmexxi, kumpanija li nxtrat minn Ivan Vassallo wara li ssellef mingħand is-sidien tal-VGH stess. X'sar minn dan il-kuntratt ikkritikat minn Fearne stess? Il-Ministru qal li dan il-kuntratt kien ġie diskuss ma' Steward u anke jekk ma kien hemm l-ebda klawżola li permezz tagħha setgħu jinħallu mill- kuntratt, it-Technoline ma għadhiex responsabbli, b'mod esklussiv, mix-xiri tal-apparat. Iżda ma jaħsibx li l-Gvern tefa' l-ġebla fuq saqajh meta t-Technoline issa hija parti minn konsorzju li qed tibni l-Paola Hub minkejja dak kollu żvelat? Il-Ministru saħaq biss li l-kuntratt tal-Paola Hub huwa wieħed mill-aktar kunratti li ġie eżaminat. "It-Technoline nfushom jagħmlu xogħol tajjeb," wieġeb il-Ministru waqt li fakkar kif din il-kumpanija taħdem kemm ma' Mater Dei u anke ma' sptarijiet privati. Insista li hu kellu dubji mhux fuq il- kumpanija nnifisha, iżda fuq is-sistema ta' kif kienet qed taħdem. U Steward. Qed jaħdmu biżżejjed? Dwar Steward Health Care, il- Ministru Fearne kien ħafna pożittiv. "L-affarijiet mexjin... Steward qed jaħdmu," saħaq il-Ministru waqt li fakkar fl-iskola tal-anatomija u fl-iskola Barts li issa huma lesti. Insista li dak li qed jagħmlu Steward f 'Għawdex qed jagħmel ġieħ lill-pajjiż u kien hawn li saħaq li jekk ix-xogħol fuq l-isptarijiet se jkunu tal-istess livell tal- iskola Barts u tal-anatomija "f 'Għawdex se jkollna sptar ħafna aqwa minn Mater Dei." Fearne qal ukoll li issa li lest ix-xogħol fuq Barts, fix-xhur li ġejjin se jibda x-xogħol ukoll fuq l-isptar ta' Għawdex, San Luqa u Karin Grech waqt li insista li d-disinji tal-isptarijiet huma lesti. Chris Fearne jimmaġinah flok Joseph Muscat? Qlibna d-diskors biex nitkellmu dwar il-futur politiku ta' Chris Fearne. Joseph Muscat qal li mhux se jitlaq għalissa, imma kien qal ukoll li mhux se jerġa' jikkontesta elezzjoni ġenerali. Chris Fearne jikkunsidra t-tmexxija tal-Partit Laburista? Kif kien mistenni, it-tweġiba kienet waħda. Fit-tmexxija tal-PL ma hemmx post vakanti. Insista li kulħadd huwa wara Joseph Muscat, li hu onorat li jaħdem miegħu u li jixtieq li din ir-relazzjoni tibqa' għal ħafna snin. Għalhekk reġa' ddeskriva din il- mistoqsija bħala "ipotetika." Iżda dan l-aħħar Chris Fearne deher jimbotta ħafna lilu nnifsu. Deher f 'festi, fuq il-qxur ta' magazines, saħanistra jippoża bil-kelb. "Ma taħsibx li qed tagħmilha ovvja?" staqsejt lil Fearne. "Imbilli għandi kelb? ... Xi xahar ilu kien hemm Ira Losco fuq il-magazine, allura din ħierġa għal Prim Ministru? Dawk il-magazines minn jeddhom," insista d-Deputat Prim Ministru. Baġit 2020? X'hemm lest għas-Settur tas-Saħħa? Fl-aħħar nett staqsejt lill-Ministru x'se jkun jinkludi l-Baġit tas-sena d-dieħla għas-Settur tas-Saħħa. "Il-flus allokati għall-qasam tas-saħħa se jkompli jiżdied," saħaq il-Ministru. Insista li l-akbar nefqa f 'dan is-settur se tkun fuq ir-riżorsa uman u mediċini ġodda, fosthom għall-kura tal-kanċer, taċ-ċirkolazzjoni, tal-prostata u tilqim għall-meninġite u mediċini ġodda tal- HIV. Intervista Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum it-tendering ma jkunx influwenzat mill-Ministru' Ċert li fl-aħħar mill-aħħar anke jiena nitla' nixhed. Ma għandi l-ebda problema li l-affarijiet isiru bl-aktar mod trasparenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019