Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
21 Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aquarius ser ikun ifisser li riesaq taqlib lejk u dan il-perjodu se joffrilek opportunità pożittiva immens f 'kull sitwazzjoni li reisqa lejk f 'dawn il-ġimgħat. Int trid temmen fik innifsek aktar sabiex dan kollu jseħħ. Irrifletti. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: kannella u abjad L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28 L-istilla ideali għalik għal din il-ġimgħa ġejja minn Libra Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Pisces ser iġib taqlib li trid toqgħod attent ftit aktar mis-soltu għal dak li ma kontx tati tant importanza. Aħjar tkun ftit imħejji u tagħti ftit aktar attenzjoni sabiex tkun tista' tissaħħaħ. Namaste Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aries ser ikun fażi fejn tibda tkun ikkonċentrat aktar għal xi deċiżjonijiet minn mument għall-ieħor dan għaliex jaf ikun xi xkiel b'intenzjoni u trid tuża aktar moħħok. Hekk biss tista' timxi 'l quddiem. Agħraf dan. Namaste Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: kannella u aħmar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 28 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Taurus ser ifisser li ser ikollok ftit ta' taqbida biex tagħraf x'verament tixtieq. Idħol fik innifsek biex tkun tista' timxi fuq dak li tħoss ġewwa fik biss. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta' mera għall- futur qarib. Irrifletti sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: blu u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 27 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Gemini ser joffrilek toroq aktar miftuħa ta' opportunitajiet fil-karriera u dan se joħloq xejra ta' tibdil pożittiv. Għalhekk f 'din il-fażi int trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta' madwarek. Agħraf dan. Namaste Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: oranġjo u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 25, 27 u 28 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Cancer ser ikun ifisser li se tkun aktar stabbli f 'dak li tant qed tiffoka fuqu. Dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ. Però trid tagħraf żżomm bilanċ mat-tkomplija ta' ħajtek. Namaste Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Leo ser ikun ifisser li int għandek tibda tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek. Li tisma' parir huwa dejjem ta' gwida imma wasal il-mument li għandek tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet fuq li tħoss int. Namaste Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: isfar u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 26 u 27 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio Leo huma magħrufin bħala persuni umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Virgo se jkun ifisser ifisser li issa l-perjodu ta' madwarek ser ikun aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu u hekk kif tagħraf dan il-perjodu ta' stabbiltà agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar fil-ħidma li topera. Ħares 'il quddiem. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: blu u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 27 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Libra stess ser ifisser li int tista' tagħraf aktar il-bżonnijiet tiegħek, l-aktar dawk li jolqtuk direttament. Agħraf minn issa sib aktar spazju għal dak li ilem ma twettaq sabiex dan jibda jerġa' fik. Irrifletti sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: griż u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 27 u 28 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries Libra huma magħrufin bħala nies umli Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Scorpio ser ikun ifisser li int trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu. Trid tagħraf tiddeċiedi tajjeb quddiem sitwazzjonijiet li mhux mistennija. Dan jaf joħloq ċertu tensjoni fik. Agħraf żomm kalm. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 25 u 27 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minnTaurus Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser li int se tħossok ftit imfixkel bejn dak li int kellek fil-passat għal dak li għandek fil-preżent. Għalhekk agħraf biss f 'dak li qiegħed illum u mhux f 'dak li kont. Il-passat kien biss tagħlima. Ħares 'il quddiem Namaste Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: aħmar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer Sagittarius huma magħrufin għall-organizzazzjoni tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-new moon taħt iż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser li int se toħloq ftit tat-tensjoni madwarek. Dan l-aktar se jaffettwak mal-kollegi u anke fl-imħabba. Agħraf din il-gwida ħalli tikkumbatti dan kollu sew. Namaste Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 25, 27 u 28 L-istilla ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9:00am u d-9:00pm fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur is-sit www.pauljon13.com Niggwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com In-New Moon għaż- Żodijaku ta' Libra Dan in-new moon ta' Libra ser ikun qiegħed jinfluwenza ż-żodijaku b'mod dirett fuq l-imġiba tagħna u t-tħejjija għal aktar ippjanar dwar il- karriera. Dan in-new moon joffri wkoll trankwillità, armonija u jagħtik lok sabiex tkun tista' tħares lejn saħħtek. Dan in-new moon, peress li jiġi taħt iż-żodijaku ta' Libra, joħloq aktar bilanċ mis-soltu. Bilanċ sabiex int tagħraf tqassam aħjar dak li hemm madwarek. Jekk ikollok skeda li mhix stabbli dan in-new moon jagħtik enerġija sabiex torganizza dan l-aspett aħjar. Libra, Sagittarius, Pisces u Taurus ser jaraw tibdil b'mod l-aktar qawwi f 'din il-fażi. Scorpio, Aquarius, Aries u Leo ser ikunu affettwati bil-mod kif ikattru aktar il-madwar tagħhom. Capricorn, Virgo, Cancer u Gemini ser jaraw l-organizzazzjoni tagħhom tissaħħaħ u anke toroq ġodda jinfetħu għalihom. Għal aktar informazzjoni ta' kif jista' jaffettwak dan in-new moon, żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com Namaste L-oroskopju ta' New Moon fiż-żodijaku ta' Libra Mill-Ħadd 22 ta' Settembru sas-Sibt 28 ta' Settembru