Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham I lbieraħ iċċelebrajna l-55 anniversarju mill-mument hekk storiku u importanti li ra lil pajjiżna jsir indipendenti. Rajna f 'idejna, terraqna triq li mhux twila ħafna fl-istorja globali u kkumparat ma' pajjiżi oħrajn. Jiġifieri xi it jew wisq għadna żgħażagħ bħala pajjiż indipendenti. F'dawn il-55 sena pajjiżna esperjenza ħafna, inbidel ħafna. Mhux dejjem għall-aħjar, kien hemm fejn inbidel għall-agħar. Bqajna poplu ħanin u qalbu tajba li jgħin, jipparteċipa bi ħġaru f 'karità u li jkun hemm għal għajru. Iżda l-miġja tal-barrani b'numri kbar, sfortunatament qajmet l-ispettru tal-intollernza, tal-biża' minn dak li huwa differenti u tal-preġudizzju. Minn naħa għadna poplu li ngħożżu lil għajrna imma fl-istess ħin, bħal donnu hemm bomba tal-ħin. Bħall- ilma jbaqbaq li għad ifur, ta' rabja u frustrazzjoni li pajjiżna qed jiġi maħkum, mhux mill-għadu ħakkiem imma mill-popli kollha li qed jiġu hawn u jgħixu madwarna. Forsi huwa riżultat tal-mentalità assedjali ta' poplu fuq gżira, forsi għax m'aħniex ċerti biżżejjed mill-karatteristika tagħna ta' Maltin li allura naħsbu li kulturi oħrajn se jibilgħuna jew inkella biża' ġenwina ġejja mill-fatt li pajjiżna huwa żgħir u sigur, imma li jħossu illi qed isir iffullat u perikoluż. Bqajna poplu li ngħożżu t-tradizzjonijiet tagħna; inħobbu l-festi u niċċelebrawhom bil-kbir, inħobbu l-familja u niċċelebraw magħha tant avvenimenti u ġranet importanti. Inħobbu l-figolla u l-Irxoxt tal-Għid, il-qubbajt fil- festa, l-imbuljuta, il-presepju u l-purċissjoni tal-MUSEUM fil- Milied. Dan il-pajjiż mexa 'l quddiem u ra tant progress matul dawn il-55 sena; minn ekonomija protetta għal waħda miftuħa, minn infrasttruttura tat-tielet dinja għal waħda aħjar, pajjiż li bena ajruport li jagħmlilna ġieħ, waħda mill-aqwa Universitajiet fir-reġjun, sptar mill-aqwa li jagħti dinjità lill-pazjent, toroq u flyovers, skyscrapers u tant iktar. Minkejja dan kollu bqajna poplu leali lejn l-għeruq tiegħu, poplu li ma ċaħadx minn fejn beda anke jekk mexa tant 'il quddiem. Dawn il-55 sena rawna bħala poplu ta' wens; inħolqu sistemi ta' benesseri, inbnew mijiet ta' djar biex iż-żgħir jogħla 'l fuq u kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, daħlu sistemi u miżuri li jwieżnu bħaċ-children's allowance, childcare centres, benefiċċji tal-qgħad, skejjel b'xejn, sistema tas-saħħa b'xejn, ċentri tas-saħħa fil-lokalitajiet u tant aktar. U minkejja li bqajna poplu ta' wens bqajna b'mod ġenerali għaqlin bi flusna, biss biss illum pajjiżna qed idaħħal iktar milli joħroġ. Imma sfortunatament ukoll, bqajna pajjiż medhi bil-politika u bil-firdiet parrakkjoli u lokali. 55 sena li raw episodji koroh ta' ġlied, tilwim u vjolenza fit-toroq. Malti kontra Malti, Malti li jhedded lil Malti minħabba l-politika. Snin illi fihom doqna l-oppressjoni tal-libertà tal-kelma u l-libertà tal-kelma użata biex tkisser u tivvalenizza lill-poplu u toħloq gwerer tal-klassi. Rajna l-qtil ta' Raymond Caruana, l-ittra bomba li qatlet lil Karin Grech u l-karozza bomba li qerdet lil Daphne Caruana Galizia, ilkoll episodji tal-intolleranza politika jew soċjali, episodji li juru illi minkejja li bqajna soċjetà ħanina,il-velenu tal- ħdura nxtered ukoll. Ma bqajniex poplu mmexxi minn imnieħru, mill-klassi politika u Ekkleżjastika. Rajna lill-Knisja fl-agħar tagħha, imma b'qawwa u bis- saħħa tal-konvinzjoni, bl-impożizzjoni tal-interdett kontra l-Laburisti filwaqt li mbagħad rajna Knisja titlef is-saħħa tal-konvinzjoni. Mill-biża' ħareġ poplu li ried jagħti ċans lil dawk li ż-żwieġ tagħhom falla, li ried juri illi l-imħabba ma tafx ġeneru jew sesswalità, imma hija ugwali. B'hekk dawn il-55 sena wrewna poplu li mill- għeluq mar għall-ftuħ. Forsi ma bqajniex sempliċi bħal qabel, kuntenti b'biċċa ballun taċ-ċarruta jew pupa, forsi sirna aktar sofistikati aktar moħħna fit- teknoloġija, forsi dik it-teknoloġija qed tneffaħ u turi aktar l-agħar aspetti tagħna. Forsi llum irridu iktar u rriduh issa, forsi llum m'għadniex nikkuntentaw bil-ftit, imma bil- ħafna. Żgur iżda li bqajna poplu ħawtiel u ġenwin. L-Indipendenza għandha tkun ċelebrazzjoni ta' poplu li miċ-ċokon umli kiber. Li mix-xejn, sar ħafna. Għandna biex inkunu kburin u jalla l-55 sena li ġejjin jgħallmuna u jkabbruna u jagħtuna aktar għerf mill-55 li għaddew. 55 sena indipendenti: poplu li kiber miċ-ċokon u l-umiltà

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019