Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
isqof, bil-mitra fuq rasu bix- xbihat tal-erba' evanġelisti u anke l-baklu f 'idu. Ħdejn saqajn Santu Wistin, anġlu żgħir qiegħed jgħinu jġorr il-baklu. Interessanti li wiċċ dan l-anġlu nħadem fuq dak tan-neputi tal-artist innifsu. Tirritorna l-ġostra tradizzjonali Il-ġostra tradizzjonali hija marbuta mal-festi ta' San Ġiljan u mal-festa ta' San Ġużepp fl-Imsida. Iżda, minn din is-sena, il- ġostra kellha tirritorna wkoll fil-festa ta' Santu Wistin fil- Belt Valletta. Fil-fatt, fis-1:00pm, wara l-purċissjoni, kellu jibda marċ minn Bieb il-Belt li jibqa' nieżel sal-pitch tal-waterpolo f 'Marsamxett fejn il-festa kellha tagħlaq bil-ġostra. L-għan tal-parteċipanti huwa li jiġru fuq arblu mdellek bix-xaħam u jipprovaw jaħtfu l-bandiera fit-tarf tiegħu. Il-ġostra hija logħba tradizzjonali li tmur lura għal żmien il-Kavallieri. Splużjoni ta' karti ssellem lil Santu Wistin qabel jidħol fil-Knisja Tradizzjoni li saret sinonima mal-festa ta' Santu Wistin fil- Belt Valletta hija dik magħrufa bħala sciuta. Fi kliem sempliċi din hija spettaklu jew aħjar splużjoni ta' karti kkuluriti li kważi kważi jgħattu kull fejn tħares. Din it-tradizzjoni hija popolari ħafna fil-festi li jiġu ċċelebrati fi Sqallija, partikolarment fil-festa ta' San Pawl ta' Palazzolo Acreide. Splużjoni ta' eluf jekk mhux miljuni ta' karti ta' kull lewn jilqgħu lil San Pawl malli joħroġ mill-knisja. F'dawn l-aħħar snin, l-Agostinjani Beltin għamlu tagħhom din it-tradizzjoni. Minn fuq struttura li tintrama biswit il-knisja parrokjali, il- famuża sciuta ssellem lil Santu Wistin qabel il-vara tiegħu tiddaħħal lura fil-knisja. Knisja mżejna b'rakmu fin Il-knisja ta' Santu Wistin, anke jekk mhux kbira fid- daqs, hija mżejna b'diversi opri sbieħ. L-istess knisja kienet sfat vittma tal-bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija iżda l-patrijiet kien irnexxielhom isalvaw ħafna mill-opri artistiċi li jżejnuha. Min se jżur din il-knisja, se jinnota r-rakmu fin u sabiħ li jżejjen diversi opri ta' din il- knisja, fosthom is-sopradvalji u anke l-apparat liturġiku li jintuża u ieħor li jintrama fil- ġranet tal-festa. Spinta fl-armar ta' barra Min hu midħla tal-festi, jaf li f 'dawn l-aħħar snin, il-festa ta' Santu Wistin għamlet qabża fejn jidħlu mhux biss il-festi esterni, iżda anke l-armar li jżejjen it-toroq tal-Belt Valletta. Din is-sena, kellu jiżżanżan ħafna armar ġdid. Fost dawn kellha tiżżanżan statwa ta' Santu Wistin ma' San Ġużepp, liema statwa saret b'tifkira tal-150 anniversarju mill- Patroċinju ta' San Ġużepp fuq il-Knisja Universjali u fuq l-Ordni Agostinjana. Apparti minn hekk, nhar il-Ħamis li għadda, kellha tiżżanżan ukoll statwa ġdida ta' Malta Rebbieħa. Iż-Żgħażagħ Agostinjani bdew jaħdmu wkoll fuq proġett ta' erba' pilandri għal pjazza Mattia Preti, proġett ta' erba' kolonni bl-anġli għal quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann u anke xogħol fuq sett anġli għal Triq ir- Repubblika. Apparti minn hekk ġew irrestawrati erba' puttini xogħol ta' Karlu Darmanin, apparti xogħol ta' rħamar u skultura fuq diversi kolonni. Dan jikkumplimenta t-tkomplija ta' proġetti oħra ta' armar fid-drapp li l-Agostinjani bdew jaħdmu fuqhom fl-aħħar snin. Iż-żgħażagħ Agostijani jagħlqu ħames snin Ta' min isemmi wkoll li matul din is-sena, iż-Żgħażagħ Agostinjani qed jiċċelebraw il-ħames anniversarju mit- twaqqif tagħhom. Dan il-grupp ta' żgħażagħ jaħdem is-sena kollha b'risq il-festa, fejn anke jieħu ħsieb ħafna xogħol fuq l-armar li jintrama fil-festa ta' Santu Wistin. Biex ikun imfakkar dan l-anniversarju, il-Kumitat Ċentrali rregala marċ ġdid lil din is-sezzjoni, li jismu: "Iż-Żgħażagħ tal-Beltija," b'referenza għall-istatwa l-ġdida li tirrappreżenta l-Belt Valletta u li ġiet imżanżna s-sena li għaddiet. Iżda ż-żgħażagħ ukoll taw rigal lill-parroċċa. Matul l-aħħar xhur huma ħadmu fuq l-ewwel parti minn proġett ta' girlanda ġdida għall-vara ta' Santu Wistin. 15 Festi Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum tħassret f 'salt; X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? Illejla se tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna taċ- Ċintura fil-Kolleġġjata Arċi Matriċi ta' San Ġorġ f 'Ħal Qormi. Fil-5:00pm, tiġi ċċelebrata quddiesa u wara toħroġ il-purċissjoni bil-vara tal-Madonna taċ- Ċintura. Intant, fil-Knisja ddedikata lit-Twelid tal- Verġni Marija f 'Birkirkara qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-Vitorja. Dalgħodu, fl-10:00am, ikun hemm it- tberik tal-annimali u llejla fis-6:00pm tiġi ċċelebrata quddiesa solenni. L-istatwa tal-Beltija mżanżna s-sena li għaddiet Waħda mill-bandalori mżanżna fl-aħħar snin Waħda mill-kapep irrakkmati li nsibu fil-knisja ta' Santu Wistin