Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
29 Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum Sports MANUEL Bartolo - fost l-aqwa goalkeepers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kien missieri li ġegħelni nibda l-futbol. U għaliex għażilt proprju l-irwol ta' goalkeeper? Niftakar konna jien u ħija, missieri staqsiena min ħa jilgħab plejer u min ħa jkun goalkeeper, u jien kont għażilt goalkeeper. Xi tgħidli dwar l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Ħamrun Spartans? S'issa hija waħda pożittiva ħafna. U fuq l-eks kowċ Giovanni Tedesco u l-president Nunzio Antignani? Il-kowċ Tedesco bla dubju huwa professjonali ħafna u naħseb li huwa l-aqwa kowċ li qatt kelli fil-karriera tiegħi. Il-president huwa umli ħafna u qed jaħdem bil-għaqal ħafna. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Taħseb li kien wieħed mill-aqwa fil-karriera tiegħek sa issa? Naħseb li kien staġun pożittiv ħafna. Iva, inħoss li kien wieħed mill-aqwa li kelli fil-karriera tiegħi, anke meta tara l-pożizzjoni tat-tim fil-klassifika, fejn wara dak iż-żmien kollu, Ħamrun Spartans, reġa' kien wieħed mit-timijiet ta' fuq tul l-istaġun kollu. Kif qed tħares lejn dan l-istaġun? Għalkemm ma tantx beda bit- tajjeb dan l-istaġun għax kelli injury lejn l-aħħar tas-sena l-oħra li ħallietni iktar minn tliet xhur barra, qed naħdem bl-istess mod li dejjem ħdimt biex inkun fl-aħjar kundizzjoni possibbli. Bħala tim inbidlu xi plejers mis-sena l-oħra, però xorta waħda qed nara tim tajjeb u magħqud bħalma kellna fl-istaġun li għadda. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq il- kowċ il-ġdid Manuele Blasi? Manuele Blasi huwa kowċ bravu u jinżel ħafna għal-livell tagħna. Ma nistgħux ninsew li huwa lagħab fis- Serie A fl-Italja u żgur li għandu ħafna x'joffri lill-futbol Malti. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naħseb li d-differenza naqset fejn li kienet, però d-distakk bejn it-timijiet ta' fuq u ta' isfel qiegħed fid-dinja kollha. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma tantx naqbel għax it-tfal ħa tkun ħafna iktar diffiċli għalihom li jsibu posthom. In-nurseries tagħna huma limitati biex itellgħu tfal li jistgħu jlaħħqu ma' ċerti barranin li jkunu lagħbu f 'ċerti kampjonati barranin. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, ikun hawn barranin li ma jkunux tajbin anki daqs il-plejers Maltin, imma jkun hawn tajbin ukoll. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Irranġajna ħafna fejn li konna, speċjalment l-Istadium Nazzjonali, però nemmen li għandu jkun hawn iktar grawnds speċjalment għad- diviżjonijiet li mhumiex parti mill- Premier. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Ifhem, hawn referis tajbin, però fl-aħħar staġun speċjalment qed isiru ħafna żbalji li jistgħu jiġu evitati. Mhux qed nitkellem fuq il-logħob tagħna biss, imma rajna ħafna deċiżjonijiet ħżiena li swew punti lil ħafna timijiet. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Hemm ħafna sagrifiċċji u jien nemmen li aħna l-Maltin nagħmlu ħafna iktar minn plejers barranin. L-ewwel ħaġa li ħafna minna rridu nqumu kmieni u nagħmlu tmien sigħat xogħol u nibqgħu sejrin għat-taħriġ. Trid tiekol kemm jista' jkun tajjeb u tkun iddedikat ħafna fil-ħin tat-taħriġ. Kif jirnexxilek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Ifhem, mhi faċli xejn. Ix-xogħol dejjem trid iddawru mal-futbol tista' tgħid, jiġifieri ssib xogħol li tlaħħaq tmur għat-taħriġ, li mhux għal kulħadd ikun faċli. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Il-futbol huwa xi ħaġa li dejjem ħabbejt u għamiltu b'ċertu passjoni. Sakemm nara li nkun qed nilgħab tajjeb, naħseb li nibqa' nilgħab. M'hemmx dubju li l-pass li jmiss tiegħek huwa li tilgħab mat-tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia. X'taħseb? Naħseb li issa kbirt biżżejjed biex niġi mgħajjat man-nazzjonal, iktar u iktar meta tara li qatt ma kont hemm, lanqas fl-aqwa żmien tal- karriera tiegħi! Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Lit-tfal tal-lum, waħda ngħidilhom - ħudu l-futbol bis- serjetà għax is-sodisfazzjon li jagħtikom il-futbol huwa wieħed inspjegabbli u dejjem irrispettaw lill-kowċis tagħkom li jixtiqulkom kull ġid fil-karriera tagħkom! 'Qed nara tim tajjeb u magħqud bħalma kellna fl-istaġun li għadda' minn Cristian Antony Muscat Manuel Bartolo