Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

IL-PM Joseph Muscat aċċetta li jiltaqa' mal-familja Caruana Galizia wara li l-istess familja staqsiet biex issir din il-laqgħa. Il-familja għamlet din it-talba ftit wara li kienet mħabbra inkjesta pubblika u indipendenti mill-gvern. Fl-istqarrija l-familja, filwaqt li esprimiet sodisfazzjon li l-eks Imħallef Michael Mallia se jkun qed imexxi l-inkjesta "bħalma nies ta' rieda tajba ilhom isejħu biex jiġri minn meta nqatlet mara u omm." Qalu wkoll illi l-bord għandu jkollu iktar membri mingħajr l-ebda konnessjoni finanzjarja jew politika mal- amministrazzjoni preżenti. "Il-bord ma jkunx kredibbli jekk il-pubbliku jkollu raġuni biżżejjed biex jiddubita l-indipendenza jew l-imparzjalità tal-membri tal-bord." Il-familja kienet qed titlob biex tiltaqa' mal-PM biex tiddiskuti dawn il-materji kemm jista' jkun malajr. 'Ian Refalo jirrappreżenta lill-FIAU, lil Adrian Hillman u lit-Technoline' - Repubblika Intant anke Repubblika rreaġixxew u prattikament ġabu fid-dubju kull wieħed mill-membri magħżulin mill- Gvern għall-inkjesta filwaqt li qalu illi hija ferm inkwetanti li l-familja ma kinitx ikkonsultata dwar l-għażla ta' dawn l-istess membri. Filwaqt li jammettu illi l-Professur Ian Refalo huwa kompetenti jfakkru li hu jirrappreżenta lill-FIAU, "li kellu (l-FIAU) r-reputazzjoni tiegħu mkissra grazzi għall- ġurnaliżmu formidabbli ta' Caruana Galizia. Repubblika jfakkru illi Caruana Galizia esponiet in-nuqqas ta' rieda biex tiġġieled kontra l-ħasil tal-flus, tant li kellha wkoll tkun skrutinizzata mill- Awtorità Ewropea tal-Banek. Fakkru wkoll kif Refalo jirrappreżenta lill-FIAU fil-każ kontra Jonathan Ferris, "whistleblower mhux rikonoxxut mill-Gvern u mkeċċi mill-aġenzija li hija klijent ta' Refalo." Repubblika jfakkru wkoll illi Refalo għandu lil Adrian Hillman bħala wieħed mill- klijent u jfakkru illi dan kellu "relazzjoni korrotta maċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM Keith Schmebri." Jgħidu wkoll illi l-kumapnija Technoline hija klijent ta' Refalo. Dwar Anthony Abela Mediċi, Repubblika jgħidu illi l-għarfien tiegħu ftit li xejn għandu x'jaqsam mal-materja tal-inkjesta, filwaqt li dwar Mallia fakkru li dan diġà kien parti mill-investigazzjoni krrimali u allura hija stramba "wara li l-PM kien ilu jgħid li ż-żewġ inkjesti m'għandhomx jidħlu f 'xulxin. "Mhux kuntenti li l-Gvern dam kważi sentejn biex isejjaħ din l-inkjesta u għamel dan biss wara r-rabja u l-prospett tat-tielet kundanna mill-Qrati." "Il-qraba ta' kwalunkwe qtil, aħseb u ara ta' dan il-qtil, jixraqilhom bil-wisq aħjar mill-istat. F'dawn is-sentejn qatt ma ngħatat informazzjoni mill-pulizija, l-ebda informazzjoni mill- uffiċċju tal-prosekutur u l-ebda komunikazzjoni,ħlief dak li qal il-PM fil-pubbliku, lill-familja." "Din il-politika ta' indifferenza lejn familja li għadha f 'luttu qed tikber grazzi għal kampanja ta' mibgħeda mmexxija mill-PM innifsu li jitratta lill-familja ta' Daphne daqslikieku kienu huma l-aggressuri tal-att." 2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 għal 5 li jsir Punent Majjistru Baħar Ħafif għal moderat Imbatt Baxx minn Nofsinhar ix-Xlokk L-OGĦLA: 28˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Xlokk forza 4 għal 5 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk Baħar Ħafif għal moderat Imbatt Ftit li xejn agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Il-PM Muscat jaċċetta li jiltaqa' mal-familja Caruana Galizia dwar l-inkjesta pubblika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019