Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
12 CHRIS Fearne. Wieħed mill- aktar ministri popolari tal-Gvern Laburista u maħbub ukoll mill- Laburisti li eleġġewh Deputat Mexxej u eventwalment Deputat Prim Ministru. Jibqa' wkoll wieħed mill- kandidati favoriti biex jieħu post Joseph Muscat anke jekk dan qal li mhux se jwarrab għalissa. L-ILLUM tiltaqa' miegħu u tistaqsih. Il-Ministru Fearne ilu tliet snin Ministru għas-Saħħa. Bdejt l-intervista nistaqsih x'jaħseb li kienu l-aqwa affarijiet li kiseb fl-aħħar xhur. Beda jagħmel referenza għall-aħħar snin ta' Gvern Nazzjonalista, jisħaq li fis-settur tas-saħħa kien hemm moral baxx ħafna li hu ħassu b'idejh stess bħala kirurgu. "Ir-riżorsi umani kienu qed jonqsu, il-bereġ kienu qed jiġu abbandunati, tagħmir ġdid kważi xejn. Il-listi ta' stennija kienu telgħin," saħaq Fearne. "Kien hemm nuqqas ta' tmexxija, nuqqas ta' ppjanar u mediċini out of stock." Kien hawn li Fearne saħaq li waħda mill-kisbiet li rnexxielu jagħmel Gvern Laburista kienet li biddel l-attitudni. "Tajna l-faċilitajiet biex min irid jaħdem jaħdem. L-ekonomija b'saħħitha tgħin biex stajna ninvestu aktar f 'riżorsi mhux biss finanzjarji iżda anke umani." Iżda mhux l-ewwel darba li l-infermiera, partikolarment il-unjin li tirrappreżentahom, ilmentaw dwar in- nuqqas ta' riżorsa umana li qed twassal biex l-infermiera jiżdidilhom ħafna x-xogħol. Mistoqsi dwar dan, il-Ministru insista li mill-2013 sa issa, l-għadd ta' infermiera żdied b'1,200 persuna. "Għaxar snin ilu ggradwaw 51 infermier. Din is-sena se jiggradwaw 180. L-akbar żieda ta' rata ta' infermiera gradwati fl-Unjoni Ewropea," qal Fearne. Fakkar kif skont studju li kien sar mal-MUMN madwar ħames xhur ilu, irriżulta li kien hemm bżonn 400 infermiera oħra. Qal li diġà daħlu 200 minnhom u fis-sentejn li ġejjin se jidħlu l-bqija. Iżda jekk ir-riżorsa umana qed tiżdied, id-domanda, anke biż-żieda fil-popolazzjoni, qed tikber. X'jaħseb Fearne? Filwaqt li rrikonoxxa dan, tenna li l-Ministeru tiegħu biddel sistema li kienet qatgħet qalbha, għal sistema motivata li toffri l-aqwa servizz lill-pazjenti. "Daħħalna l-patient charter. Jagħti l-ammont ta' ħin li wieħed jista' jistenna fl-emerġenza, fl-out patients, għall- kura tal-kanċer u għall-operazzjonijiet ... jekk dak il-ħin inqabeż, tista' tmur tinqeda fi sptar privat u jħallas il- Gvern. Ftit li xejn kellna naslu għal din is-sitwazzjoni," saħaq Fearne. Semma l-listi ta' stennija, bid-Deputat Prim Ministru jisħaq li dawn tnaqqsu drastikament, fosthom anke għax il-ħinijiet li fih isiru l-operazzjonijiet żdiedu waqt li nkrew swali fi sptarijiet privati. Anke jekk il-listi ta' stennija naqsu, fl-aħħar xhur din it-tendenza staġnat u staqsejna lill-Ministru x'inhi r-raġuni. Qal li dan minħabba n-nuqqas ta' anesteżisti. "Fl-aħħar sena ftaħna aktar għal anesteżisti żgħar u qed inġibu wkoll anesteżisti minn barra l-pajjiż." Spjega kif sal-aħħar tas-sena d-dieħla, se jkun hemm 10 anesteżisti żejda biex ilaħħqu mad-domanda. Imma Mater Dei għadu biżżejjed? Miexi l-Paola Hub? Staqsejt lill-Ministru jekk jaħsibx li minħabba li d-domanda dejjem tiżdied, Mater Dei għadux biżżejjed. "Gvernijiet Nazzjonalisti bnew Mater Dei, nefqu ħafna riżorsi u l-pjan kollu tal-qasam tas-saħħa kien Mater Dei ... Il-konsegwenza kienet li abbandunaw il-qasam tal-kura primarja," beda jwieġeb Fearne. "Aħna jidhrilna li jekk tista' tieħu l-kura fil-komunità ma għandekx tmur Mater Dei." Kien għalhekk li saħaq li l-Gvern qed jaħdem ħafna mat-tobba tal-familji, waqt li semma, fost oħrajn, is-sistema tal-My Health. Kompla jfakkar li l-Gvern għandu wkoll €10 miljun esklussivament għaċ-ċentri tas-saħħa u qed jerġgħu jinfetħu l-bereġ, liema fondi ġejjin ukoll mill-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment. "Importanti mhux l-infrastruttura, iżda li qed noħorġu s-servizzi minn Mater Dei ... issa qed niftħu wkoll il-GU Clinic fiċ-ċentri tas- saħħa u fil-bereġ," kompla jgħid. Fakkar fix-xogħlijiet li se jsiru fiċ- Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira u f 'dawk li għaddejjin fiċ-Ċentru Ċensu Moran ta' Raħal Ġdid. Mistoqsi fiex wasal ix-xogħol fuq il-Paola Hub, il-Ministru qal li x-xogħlijiet kellhom jieqfu għal madwar sitt ġimgħat minħabba li nstab xelter kbir tal-gwerra u anke fdalijiet Rumani. "Fix-xhur li ġejjin se noħorġu sejħa biex ikollna ċentru ieħor reġjonali fin-naħa ta' fuq ta' Malta," saħaq il- Ministru. Apparti minn hekk insista kif f 'Mater Dei qed isir użu aħjar tar-riżorsi fejn fakkar fil-proġett varat ftit tax-xhur ilu għad-distribuzzjoni tal-mediċina permezz tar-robotika. "Qed noħorġu numru ta' servizzi, anke li mhumiex kliniċi u affarijiet amministrattivi minn Mater Dei għal binjiet oħrajn madwar l-isptar, inkluż binjiet li dwarhom qed niddiskutu mal- Università, biex nilliberaw aktar spazju f 'Mater Dei u jiżdiedu s-sodod," spjega Fearne. Fakkar ukoll li s-sena d-dieħla se jkun qed jibda l-bini fuq out patients ġdid, li jinkludi wkoll parkeġġ taħt l-art u anke l-isptar għat-tfal. "Wasalna fl-aħħar fid-diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar biex ikollna parkeġġ temporanju biex fejn bħalissa hemm parkeġġ (ħdejn il-kamra mortwarja) ikun jista' jibda x-xogħol fuq l-out patients ... Tinsiex li fuq Mater Dei, minħabba l-problema tal-konkrit ma nistgħux nibnu." Monte Karmeli: Se jingħalaq? Meta? Kien hawn li qlibna d-diskors fuq l-Isptar Monte Karmeli u l-kura tas- saħħa mentali, hekk kif il-Ministru fakkar fuq l-isptar tal-psikjatrija li se jinbena biswit Mater Dei. Fuq Monte Karmeli smajna dwar soqfa kkundannati u pazjenti li jinżammu fi spazju limitat. Staqsejna lill-Ministru dwar is-sitwazzjoni f 'dan l-isptar, bi Chris Fearne jisħaq li kien il-Gvern li beda jitkellem fuq dan. "Għamilna rapport li ma fih xejn kunfidenzjali ... u issa qed nindirizzaw dawn il-problemi. Hemm blokka minnhom bħalissa vojta fejn prattikament qed jinbidlu s-soqfa," saħaq id-Deputat Prim Ministru. "Imma Monte Karmeli se jagħlaq? Mhux hekk wiegħed il-Partit Laburista?" staqsejtu. Fakkar li għall-ewwel darba, il-pajjiż għandu pjan nazzjonali għall-kura tas- saħħa mentali, li wieħed mill-kunċetti tiegħu hija li l-kura toħroġ minn dan l-isptar. "Fl-aħħar xahrejn ftaħna ħames ċentri ġewwa Malta u se jkollna wkoll f 'Għawdex ... għandna l-art identifikata u l-pjan tagħna huwa li jkollna sptar apposta fil-kumpless ta' Mater Dei. Bħalma inti tidħol l-isptar jekk għandek infezzjoni fil-pulmun, f 'dan l-isptar tak attakk ta' skizofrenija, dħalt, ħadt il-kura u ħriġt u mhux tidħol l-isptar u tibqa' hemm ħamsin sena kif kien jiġri qabel," saħaq il-Ministru. Mistoqsi jekk il-Gvern għandux tir meta dan l-isptar ikun lest, Fearne saħaq li l-medical brief sar, qed ikun diskuss mal-istakeholders biex ikun jista' jibda x-xogħol tad-disinn. "Qed nimmiraw li sal-aħħar tas-sena d-dieħla noħorġu t-tenders... naraw li sal-2023 ikollna l-isptar il-ġdid. "Allura dan ifisser li mhux se jkollna bżonn aktar Monte Karmeli?" erġajna staqsejnieh. Fakkar kif f 'Monte Karmeli wara proċess biex ikun stabbilit min ma hemmx għalfejn jibqa' l-isptar, minn 600 pazjent inħarġu 200 u bħalissa għaddej proċess biex jiġu rrilokati 30 pazjent ieħor. "Kemm nistgħu noħorġu pazjenti minn Monte Karmeli se noħorġuhom. Iżda se jibqa' madwar 300 pazjent, li huma istituzzjonalizzati, li se jkun kważi impossibbli li toħroġhom. Monte Karmeli jingħalaq biċċa biċċa. Il-pjan tagħna huwa li din is-sena jingħalqu żewġ swali kompletament u ma nerġgħux niftħuhom," saħaq Fearne. "Iżda dan xorta jfisser li l-impjegati u l-pazjenti jaħdmu u jirċievu l-kura f 'ambjent dinjituż." Intervista illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi Minn Mater Dei sa Monte Karmeli, mill-VGH sa Steward, mit-Technoline sal-Paola Hub, u r-rivisti għall-ġirja għat-tmexxija tal-Partit Laburista. L-ILLUM tistaqsi lill-Ministru Chris Fearne 'Il-VGH ma għażilhomx Konrad Mizzi ... it-tendering Ritratt: Zak Farrugia