Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum Aħbarijiet 'Irridu nuru lid-dinja li aħna tassew jixraqilna l-Indipendenza li ksibna' – Borg Olivier 55 sena ilu Malta saret Indipendenti, parti minn ħolqa ta' avvenimenti storiċi li fasslu l-pajjiż u l-poplu li aħna llum Minn Albert Gauci Cunningham ILBIERAĦ pajjiżna ċċelebra 55 sena minn meta kiseb l-Indipendenza, il-21 ta' Settembru 1964, meta għall- ewwel darba l-Maltin bdew imexxu lil Malta biex b'hekk pajjiżna ma baqax kolonja Ingliża. L-ewwel Prim Ministru ta' Malta indipendenti kien Ġorġ Borg Olivier, dak iż- żmien ukoll Kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-ġlieda għall-Indipendenza kienet twila u waslet wara bosta diżgwid kif ukoll wara diversi viżjonijiet fosthom dik tal-eks Prim Ministru Dom Mintoff li kien ħareġ bl-għajta ta' 'indipendenza jew integrazzjoni'. Finalment kien sar referendum dwar l-integration, bil-PN jibbojkottjah. Dak iż-żmien 67,607 voti minn popolazzjoni ta' 152,823 kienu vvutaw favur filwaqt li 62,480 ma marrux jivvutaw. L-Indipendenza saret possibbli wara referendum dwar il-bidliet fil- kostituzzjoni. Dan kien intrebaħ b'54.5% favur u 45.5% kontra. Iċ-ċelebrazzjoni tal- Indipendenza tibqa' ritratt ikoniku ta' Borg Olivier ixejjer 'l-istrument tal-Indipendenza' għall-ferħ u l-emozzjoni ta' poplu issa indipendenti. Artiklu ta' Joe Zahra, eks Editur tan-Nazzjon, fuq The Times jgħid illi dakinhar Borg Olivier qal hekk: "L-Indipendenza ma tfissirx li m'għandniex bżonn l-għajnuna, li l-poplu tagħna m'għandux għalfejn jaħdem, li m'għandniex bżonn l-għajnuna. L-Indipendenza tfisser li rridu naħdmu aktar u b'aktar rieda għax irridu nuru lid-dinja li aħna tassew jixraqilna l-Indipendenza li ksibna, li aħna nistgħu naħdmu b'mod demokratiku fit-triq tal-liġi u l-ordni, lejn prosperità ekonomika, għalina u għal uliedna." Naturalment l-Indipendenza kienet parti minn ħolqa akbar ta' kisbiet għall-pajjiż, hekk kif il-Kap tal-Istat baqgħet ir-Reġina Ingliża filwaqt li partijiet sħaħ minn Malta baqgħu taħt il-kontroll tal- Ingliżi, li kienu għadhom stazzjonati hawnhekk. B'hekk it-tieni ħolqa fil- katina tal-Indipendenza seħħet fl-1979, dak iż-żmien taħt it-tmexxija ta' Gvern Laburista mmexxi minn Dom Mintoff. Matul il-jum tal-lum il- mexxejja politiċi ppreżentaw bukketti tal-fjuri mal- monument tal-Indipendenza biex jitfakkar dan il-jum hekk storiku. Il-PM Ġorġ Borg Olivier ixejjer l-istrument tal-Indipendenza fl-1964 Il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana Il-President jispezzjona l-Gwardja tal-Unur ilbieraħ Il-President , il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni wara li ħallew bukketti mal-monument

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019