Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 'Nispera li nkun ta' għajnuna għal Birkirkara biex nilħqu l-ambizzjonijiet tal-klabb' RYAN Fenech - isem li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena tal-futbol lokali hekk kif rebaħ bosta unuri. Fil-ġimgħat li għaddew ingħaqad ma' Birkirkara fejn qed jaspira li jkollu staġun mill-aqwa. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol u l-familja tiegħek kif għenitek biex tipprattika dan l-isport li tant tħobb? Il-futbol naħseb li kien minn dejjem fija. Naħseb li l-passjoni titwieled biha. Niftakar li l-familjari tiegħi kienu dejjem jiġru u jwassluni skont il-bżonnijiet ta' dawk iż-żminijiet peress li meta tkun żgħir ma tkunx possibbli ssuq inti. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma' Birkirkara? F'kull esperjenza fil-futbol se titgħallem xi ħaġa ġdid dejjem, bla dubju. Dejjem tipprova tkun pożittiv u timxi 'l quddiem. Nispera li nkun ta' għajnuna għal Birkirkara biex nilħqu l-ambizzjonijiet tal-klabb. Bdejt il-karriera tiegħek ma' Ħamrun Spartans. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek hemmhekk. Kont ingħaqadt ma' Ħamrun Spartans ta' 8 snin fejn kien hemm kowċ jismu Charlie li xtaqni mmur hemm u minn hemm bdiet l-avventura tiegħi ma' Ħamrun. Kienet esperjenza kbira fejn kont u kelli l-unur li niltaqa' ma' plejers li kitbu l-istorja tal-klabb, fosthom Michael Degiorgio u Stefan Sultana. Iddebuttajt ta' 16-il sena peress li f 'dak iż-żmien Ħamrun kienu qed jagħtu lilna ż-żgħażagħ ċans akbar minħabba problemi finanzjarji. Kienet esperjenza li ntemmet ftit qarsa però grat li tawni ċ-ċans, bla dubju. Imbagħad ingħaqadt ma' Sliema Wanderers fejn hemmhekk ikolli ngħid li ftit li xejn impressjonajt. Il- kummenti tiegħek. Ma naqbilx eżattament miegħek. Naħseb ma' Sliema fl-ewwel sena kellna tim kompetittiv u b'saħħtu flimkien mal-kowċ Stephen Azzopardi u naħseb li għamilt pass 'il quddiem bħala futboler. Bl-għajnuna ta' Sliema kelli nipprova lili nnifsi li nista' nimxi ma' klabb akbar wara Ħamrun Spartans. Iżda wara ngħaqadt ma' Valletta grazzi għall-president Victor Sciriha. X'kienet l-esperjenza tiegħek hemmhekk? Kienet esperjenza bla dubju kbira ma' Valletta għaliex huwa dak il-klabb li miegħu rbaħt żewġ kampjonati u bla dubju tal-aħħar se jibqa' wieħed memorabbli fil- ħajja tiegħi u tal-Beltin kollha. Hemmhekk mort u rbaħt dak kollu possibbli. Bħal kull esperjenza jkun hemm it-tajjeb u l-ħażin però ma' Valletta, bla dubju kienet waħda ferm tajba. Xi jfisser għalik Victor Sciriha? Kif jgħidu bħal missierek ma ssib qatt, però fix-xena tal-futbol is-Sur Victor Sciriha huwa nista' ngħid hekk missier - kemm hu kif ukoll il-mara tiegħu, Gillian. X'responsabbiltà kont tħoss għall-fatt li kont iġġorr il-faxxa ta' captain ta' club bi storja glorjuża bħalm'huwa Valletta? Għalija kienet responsabbiltà kbira li nġorr il-faxxa ta' captain ta' Valletta però bl-għajnuna ta' kulħadd timxi 'l quddiem. Hija faxxa li tirrappreżenta l-fatt li tipprova tmexxi lit-tim 'il quddiem. Plejer tal-kalibru tiegħek ġieli kkunsidra li jmur jilgħab barra minn Malta? Iva ġieli. Kelli offerti però ma naħsibx li kienu konkreti biżżejjed. Il-futbol Malti marid? Jista' jkun li l-futbol Malti huwa marid għal ħafna però għalija mhuwiex għaliex jien naħseb biss biex ma mmardux jien! Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali? Kull esperjenza mat-tim nazzjonali Malti hija u nħossha bħala waħda kbira. Li tilgħab għal Malta hija waħda mill-isbaħ esperjenzi li kull plejer joħlom. U ma' Balzan? Bħala Balzan ippruvajna ovvjament nirbħu l-ewwel unur però konna viċin iżda ma rbaħna ebda tazza. Hemmhekk iżda għamilt ħbieb ġodda. Bħala plejer ta' suċċess kbir fil-futbol Malti għaddi messaġġ lil dawk it- tfal u żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol. Bla dubju t-tfal u żgħażagħ għandhom isibu post għal kollox kemm skola u kemm sport u naħseb li biex tikseb u timxi 'l quddiem l-aktar ħaġa importanti hija dejjem is-serjetà fit-taħriġ u r-rieda li dejjem tipprova tkun aħjar kuljum. Fil-futbol dejjem hemm x'titgħallem, għandek kemm għandek età!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019