Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Meta kont għadni żgħir, il-ġenituri tiegħi kienu jeħduni ngħum fil- pixxina tan-Neptunes minħabba li n-nanniet tiegħi kienu jgħixu ferm viċin. Xi snin wara bdejt nieħu interess u ddeċidejt li nibda nitħarreġ mat-tim taż-żgħażagħ. B'hekk il- karriera tiegħi tista' tgħid li bdiet min- Neptunes. Bdejt nikkompeti f 'diversi turnaments mill-età ta' 11-il sena. Minn dejjem kien jogħġobni dak it-tip ta' sport li jinkludi grupp ta' ħbieb. Issa jien kont mistħi ħafna u għalhekk kienu l-ġenituri u n-nanniet li ħeġġuni sabiex nidħol nilgħab sport sabiex niżviluppa u nsaħħaħ il-karattru tiegħi. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek bħala plejer int li kont fundamentali għal Neptunes? Meta tkun żgħir u tikber ma' klabb, mingħajr ma trid tinħoloq rabta speċjali. Naħseb li din hi ħaġa normali. L-esperjenzi tiegħi fil-logħbiet dejjem għenuni sabiex intejjeb il-ħiliet tiegħi u ta' dan nirringrazzja lill-gruppi ta' plejers li kienu jiffurmaw Neptunes Waterpolo Club dak iż-żmien. Ringrazzjament speċjali jmur għal żewġ kollegi ta' dak iż-żmien Chris Bonello u Leonard Cachia li kienu strumentali għalija kemm ġewwa kif ukoll barra l-pixxina. Il-fatt li tirbaħ sitt kampjonati ma' Neptunes hi esperjenza li tibqa' tgħożżha tul ħajtek kollha. Aħna rnexxielna niktbu l-istorja bl-unuri li ġibna meta tqis li kien hemm timijiet b'saħħithom. Fl-istess waqt ma kinitx faċli li ssib ruħek fl-iskwadra ta' dan it- tim minħabba l-kompetizzjoni li kien hemm. Fil-fatt filli ssib ruħek fl-ewwel seba' plejers filli xi ħadd kien jieħu postok. Jien kont nieħu t-taħriġ bis- serjetà u naħseb dan il-fatt wassalni biex ksibt tragwardi importanti. Nista' ngħid li l-esperjenza tiegħi ma' Neptunes nibqa' ngħożżha mhux biss għall-imħabba li kelli lejn il-logħba iżda wkoll għal ħafna ħbieb li rnexxieli nagħmel. Sa dan iż-żmien stess għadna niltaqgħu flimkien minħabba li konna u għadna grupp magħqud. Fl-1995 tlaqt lill-klabb li kien jiġi raħal twelidi sabiex ingħaqadt ma' Marsaskala u f 'sentejn irnexxielna nirbħu l-kampjonat Premier għall- ewwel darba. Bi kburija ngħid li jien kont parti minn dan it-tim li wkoll kiseb l-istorja għall-klabb żgħir dak iż-żmien. Fl-aħħar nett, fl-1999 mort nilgħab ma' Sirens u anke hemmhekk irbaħna l-kampjonat u l-kompetizzjoni Knock- Out. Żgur li l-esperjenzi mal-klabbs l-oħrajn għenuni sabiex inżid unur ieħor fil-karriera tiegħi. X'differenza tgħaddi bejn plejer u kowċ? Jien inqabbel lill-plejer ma' artist f 'film filwaqt li kowċ huwa l-produttur ta' dan l-istess film. Imbagħad jiddependi kif l-individwu jħares lejha. Meta tkun għadek żgħir tara min qed jiskorja l-gowls filwaqt li jekk tkun l-età tiegħi, tara kif il-gowls jiġu maħluqa u skorjati u fuq kollox kif tipprova tevita milli taqlagħhom. Meta tkun plejer, int trid tagħti l-aqwa tiegħek speċjalment fis-sessjoni ta' taħriġ bl-intenzjoni li tkun dejjem aktar kompetittiv. Min-naħa l-oħra, kowċ irid jipprepara s-sessjoni ta' taħriġ u l-pjan tal-logħba bl-aqwa mod possibbli. Kieku għadni żgħir naħseb iktar infittex li nilgħab milli nkun kowċ. Hemm xi rwol aktar diffiċli minn ieħor jew tippreferi xi wieħed iktar minn ieħor? Bħala plejer int ikollok il-pressjoni li tilgħab l-aqwa logħob tiegħek partita wara l-oħra. Bħalma mhux faċli tkun kowċ, l-istess ħaġa bħala plejers trid tkun dejjem iffukat u fuq kollox konsistenti fil-logħob tiegħek. Issa li qbadt il-linja ta' kowċ nistqarr miegħek li xejn mhu faċli speċjalment persuna bħali li jekk dieħel għal biċċa xogħol, nagħmilha b'ruħi u ġismi. Bħala kowċ trid tkun motivatur filwaqt li tifforma lit-tim mhux biss ġol-pixxina iżda wkoll barra minnha. X'fisser għalik u għat-tim ta' Wied il-Għajn dan ir-rebħ tal- kampjonat? Dan se jibqa' wieħed mill-mumenti storiċi mhux biss għall-plejers tagħna iżda wkoll għall-klabb inġenerali. Kien staġun ferm diffiċli u ma konniex qed nistennew dan is-suċċess. Se nibqgħu niftakruh sew dan il-kampjonat m'hemmx dubju! Kif tiddeskrivi dan il-kampjonat? Taħseb li kien l-iktar wieħed sabiħ iżda diffiċli? Ifhem jekk tħares lejn il-klabbs li ħadu sehem f 'dan il-kampjonat, tinduna bid-diffikultajiet li ltqajna magħhom. Bdejna nifhmu li kien se jkun hemm oppożizzjoni iebsa, dejjem żammejna saqajna mal-art u emminna fil-potenzjal tagħna. Jien ili nikkowċja għal ħafna snin u ksibt ħafna suċċessi mhux biss unuri iżda wkoll is-sodisfazzjon li nrawwem żgħażagħ li eventwalment għamluha mal-iskwadra tal-kbar. Rajt ukoll diversi plejers li ssejħu mat-tim nazzjonali Malti u ma nistax ninsa 'Wasalt għal dawn il-livelli wara dedikazzjoni, sagrifiċċju u ħafna Cristian Antony Muscat Dorian Pisani – kowċ tal-waterpolo ogħla livell li wassal li matul l-aħħar staġun wassal lil Wied il-Għajn għar-rebħ ta' double storiku. Huwa kowċ tal-waterpolo tal-ogħla livell. Matul l-aħħar staġun wassal lil Wied il-Għajn rebħ ta' double storiku. Fil-passat kien jilgħab ma' Neptunes u mat-tim jonali tal-waterpolo. DORIAN PISANI L-għan tiegħi kien dak li nibda xi ħaġa ġdida billi l-ewwel u qabel kollox ġibna sitt plejers ġodda li kellhom età medja ta' 21 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019