Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 22 Films ċ-ċinema TV/Ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 IT: Chapter Two (15) 13:55, 17:20, 20:45 Aladdin (U) 10:30, 13:05, 15:45, 18:30, 21:15 Angel Has Fallen (15) 10:30, 13:00, 15:35, 18:10, 20:45 Angry Birds 2 (U) 11:55, 13:20, 15:30 Dora and The Lost City of Gold (PG) 11:25, 13:50, 16:05, 18:20, 20:40 Downton Abbey (PG) 13:00, 15:40, 18:15, 20:50 Fast & Furious: Hobbs & Shaw (12A) 13:00, 15:45, 18:30, 21;15 Good Boys (16) 14:15, 16:20, 18:25, 20:30 Once Upon a Time in Hollywood (18) 14:00, 17:30, 20:50 Hustlers (15) 13:50, 16:15, 18:40, 21:05 Pain and Glory (15) 17:40, 20:05 The Lion King 2D (PG) 13:00, 15:30, 18:05, 20:40 The Weeping House of Qala (15) 11:30, 14:30, 16:30, 18:40, 20:55 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Hustlers (15) 10:40, 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Angel Has Fallen (15) 10:45, 13:30, 16:05, 18:40, 21:15 IT: Chapter Two (15) 10:35, 14:00, 17:45, 21:05 Dore and the Lost City of Gold (PG) 11:00, 13:45, 16:15, 18:30 Scary Stories to Tell in The Dark (15) 20:50 The Lion King (PG) 10:35, 13:20, 16:00, 18:35 Good Boys (15) 16:25, 20:45 ŻEJT iż-Żejtun hija ċelebrazzjoni fi żmien meta jinġabar iż-żebbuġ kemm għas-salmura kif ukoll għall-għasir. Din ser issir fiċ-Ċentru taż-Żejtun, is-Sibt, 28 ta' Settembru, filgħaxija u l-Ħadd filgħodu, id-29 ta' Settembru. Dan l-avveniment, li issa daħal fit-tlettax-il sena, jiċċelebra kemm it- tkabbir tas-siġra taż-żebbuġ bil-frotta bnina tagħha kif ukoll l-isem Żejtun innifsu li fil-fatt hija l-kelma użata għal dak li aħna nsejħulu żebbuġ, fl- ilsna Semitiċi u pajjiżi fejn kien hemm il-kultura Għarbija bħal Andulusija fi Spanja. Hekk f 'bosta pajjiżi tul il-kosta tal-Afrika ta' Fuq kif ukoll fil-Lvant Nofsani nsibu bosta lokalitajiet li għandhom l-isem "ZAJTUN" jew "ZITUN". Dawn huma lokalitajiet fejn minn żmien il-Feniċi sallum hemm oqsma sħaħ bis-siġar taż-żebbuġ. Ma tantx huma magħrufa għaliex dawn tista tgħid li jinsabu kollha f 'żoni rurali, għalkemm kemm fil-Kajr l-Eġittu kif ukoll f 'Yerevan fl- Armenja, hemm distretti kbar bl-isem Żejtun. Żejt iż-Żejtun jiftaħ bil-ħruġ bid- defile tal-bdiewa u raħħala jġorru l-qfief biż-żebbuġ akkumpanjat mit- tnabar, daqqaqa, żeffiena u raħħala u jgħaddu minn diversi toroq ewlenin fiċ-ċentru taż-Żejtun. Il-folla tilqa' lill-Granmastru fil-pjazza quddiem il-knisja Arċimartriċi u Arċipretali ta' Santa Katerina V.M. fejn jinqara l-bandu, jitbierku l-qfif biż-żebbuġ u ssir talba mad-daqq tal-moti ferrieħa tal-qniepen. Dan l-avveniment ikompli bl-għasir taż-żebbuġ, ikun servut ikel tipiku mħawwar biż-żebbuġ u ż-żejt. Dan kollu ser iseħħ f 'atmosfera ta' festa b'għana u żfin folkloristiku, snajja' u artiġjanat Malti u ser ikun hemm ukoll għal bejgħ siġar taż-żebbuġ u prodotti agrikoli. Matul din l-attività, il-Knisja Parrokjali Santa Katarina V.M., il- mużew tal-parroċċa, l-Oratorju u s-Sala Parrokjali kif ukoll il-każini tal-baned ser ikunu miftuħin għall- pubbliku b'wirjiet interessanti relatati maż-Żejtun. Barra dawn il-postijiet wieħed ikun jista' jżur ukoll il-Kripta u bosta nħawi oħra ta' interess fosthom l-Istitut Ġesù Nazzarenu u l-parroċċa l-antika bil- kuritur sigriet li kienet isservi wkoll bħala torri tal-għassa. Din is-sena wkoll ser ikollna l-Festival Internazzjonali ta' żfin folkloristiku fejn madwar 12-il kumpanija barranija ser tieħu sehem. Ser jittellgħu wkoll serata bl-aqwa għannejja inkluż Mikiel Cutajar (Is-Superstar) fejn din is-sena Żeppi Spagnol ser jgħanni fatt fuq id- disgrazzja ta' Għawdex, programm mużikali mill-Banda Beland, marċ brijuż mill-Banda Żejtun, daqq, kant u żfin folkloristiku u kunċert fuq l-orgni tal-knisja Arċimartriċi u Arċipretali mis-Surmast Joe Caruana. Din il-festa tkompli l-Ħadd filgħodu meta jsir it-tberik tal-annimali kif wkoll wirja ta' bhejjem armati. Żejt iż-Żejtun. Il-festa tas-siġra taż-żebbuġ