Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi ANKE jekk f 'Malta u Għawdex il-festi tista' tgħid li jibqgħu jiġu ċċelebrati sena sħiħa, illum l-istaġun sajfi tal-festi kellu jiġi fi tmiemu bil-festa ta' Santu Wistin, liema festa tħassret ħabta u sabta nhar l-Erbgħa li għadda. Forsi mhux kulħadd jaf b'din il-festa, anke għax din ingħatat spinta 'l quddiem fl-aħħar snin, partikolarment kemm kien ilu Kappillan Patri Deo Debono. Ironikament, il-festa esterna ta' din is-sena kellha titħassar wara li l-istess Patri Deo qed ikun investigat fuq allegazzjonijiet ta' serq ta' pitturi u anke ta' xi fidda (Ara paġni 1 u 11). Jekk il-festa tħassret, ix- xogħol li wettqu l-voluntiera ta' din il-festa hemm qiegħed u għalhekk, kif għamlet kull nhar ta' Ħadd, l-ILLUM xorta waħda se tħares lejn din il- festa Beltija. Anke jekk hija festa pjuttost riċenti, din il-festa għandha l-karatteristiċi tagħha u kif għamlet kull nhar ta' Ħadd, l-ILLUM se tkun qed tesplorahom. Vara friska li għadek tista' tapprezzaha fis- sbuħija oriġinali tagħha Min f 'dawn il-jiem żar il- festa ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta, żgur laqtitu l-vara titulari li għall-kuntrarju ta' dak li mdorrija bih, la hi miżbugħa u wisq inqas indurata. Fil-fatt, il-vara ta' Santu Wistin għadha tista' tiġi ammirata fis-sħubija oriġinali tagħha, l-istess kif ħarġet minquxa mill-istudjos ta' Alfred u Aaron Camilleri Cauchi. Meta l-vari jiġu miżbugħa u indurati, l-injam jiġi miksi bil- ġibs li mbagħad fuqu tingħata ż-żebgħa u anke jsir l-iżgaffir għall-induratura. Xi ftit jew wisq, xi dettalji fini fl-injama jistgħu jinħbew u għalhekk, kif inhi bħalissa, il- vara tista' titgawda fid-dettalji kollha tagħha. Iżda l-vara mhix se tibqa' hekk għal dejjem. Il-ħsieb kien li wara l-festa ta' din is-sena, titlaq biex tingħata ż-żebgħa u anke ssirilha l-induratura, biex hekk tieħu aktar il-forma ta' statwa proċessjonali kif imdorrija bihom il-Maltin. Din il-vara sabiħa nħadmet ftit tas-snin ilu u fil-fatt iżżanżnet f 'Ottubru tal-2017. Il-vara minquxa fl-injam, inħadmet mill-Kavallier Alfred u ibnu Aaron Camilleri Cauchi biex tieħu post l-ewwel statwa titulari li kellha din il- parroċċa. Il-vara l-antika ta' Santu Wistin kienet inħadmet ftit wara li fl-1968, il-knisja tal- Agostinjani saret parroċċa. Għalkemm ġiet minn barra minn Malta, din inħadmet fuq disinn tal-iskultur Malti Ċensu Apap. Madanakollu, din il-vara ta' Santu Wistin, li wkoll kienet minquxa fl-injam, ma tantx daħlet fil-qlub tal-parruċċani, anke jekk kienu saru xi xogħlijiet ta' rinovar fuqha. L-istatwa kellha wkoll ħafna ħsara, fosthom minħabba l-moffa li kibret fuqha matul is-snin. Kien għalhekk li nħasset il-ħtieġa li l-vara tinbidel. Illum, il-vara l-antika, li tirrappreżenta lil Santu Wisin duttur, bl-ereżija taħt saqajh, tinsab fil-Kunvent tal- Agostinjani. Fil-vara l-ġdida, Santu Wistin jidher aktar żagħżugħ u l-enerġija riflessa f 'din il-vara tirrifletti l-ħeġġa kbira li Wistin kellu għall- predikazzjoni u l-imħabba tiegħu għal Alla. Fil-vara l-ġdida, Santu Wistin qiegħed iżomm 'il fuq il-qalb, simbolu ta' dan id-Duttur tal-Knisja u l-Ordni Agostinjana. Santu Wistin huwa liebes ta' 14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 Festi Kellha tagħlaq l-istaġun iżda tħassret X'inhi l-festa ta' Santu Wistin? Din il-ġimgħa l-ILLUM kellha tiċċelebra l-festa ta' Santu Wistin iżda ċ-ċelebrazzjonijiet esterni tagħha tħassru. L-ILLUM xorta waħda tħares lejn din il-festa u lejn dak li ġara biex din is-sena waqfet ħesrem Il-pavaljuni ta' Triq ir-Repubblika Min kien Santu Wistin? Santu Wistin twieled f 'Tagaste (l-Alġerija) fit-13 ta' Novembru tas-sena 354. Missieru kien pagan, iżda ommu (Santa Monika) kienet Nisranija ferventi, tant li wasslet għall- konverżjoni ta' missier Wistin fis-sena 370. Iż-żgħożija ta' Wistin kienet waħda kkulurita. Meta kien għadu żgħir mar Kartaġni biex jistudja r-rettorika u l-filosofija. Hemm iltaqa' ma' mara, għex magħha u kellu tifel. F'dan iż- żmien huwa ħaddan l-ereżija tal-Minkej. Minn meta kien żgħir, Wistin kien għatxan u beda t-triq tal-konverżjoni tiegħu meta sema' lill-Isqof ta' Milan, Sant Ambroġ, jipprietka. Tgħammed minn Sant Ambroġ stess fis-sena 387 meta kellu 33 sena. Ommu, Monika, li qattgħet ħajjitha titlob għall- konverżjoni ta' binha, kienet hemm preżenti. Wistin sab ruħu f 'Ruma, fejn ġie ordnat qassis u sar koadjatur tal-Isqof Valerju ta' Hippo, fejn waqqaf monasteru li minnu tnisslu monasteri oħra. Meta miet l-Isqof Valeju, huwa laħaq Isqof minfloku. Baqa' Isqof ta' Hippo għal 34 sena oħra, jipprietka u jikteb ħafna mhux biss biex jgħallem lill-fidili tiegħu, iżda wkoll biex jeħodha b'qawwa kbira kontra l-Manikej u l-ereżiji ta' żmienu, u biex ifisser il-fidi bil-għaqal. L-iktar kotba famużi tiegħu huma "il-Belt ta' Alla" u l-"Istqarrijiet," li sal-lum, il- Knisja għadha tgħożż u tislet it-tagħlim minnhom. Wistin miet f 'Hippo fit-28 ta' Awwissu 430, meta kellu 76 sena. Huwa Duttur tal-Knisja. Santu Wistin qed jinħareġ filgħodu Il-festa ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta hija pjuttost waħda riċenti u bdiet tiġi ċċelebrata ftit wara li l-knisja tal-Agostinjani saret parroċċa, 51 sena ilu. Bil-għan li aktar nies isiru jafu dwar din il-festa u jattendu għaliha, il-komunità Agostinjana Beltija ħasbet biex il-purċissjoni, minflok filgħaxija, tibda tinħareġ filgħodu. Fil-fatt, għat-tielet sena konsekuttiva, din is-sena, il-purċissjoni tal-festa kellha tinħareġ dalgħodu. Madanakollu, għall-kuntrarju ta' dak li rajna fil-festa ta' Santa Elena ftit tal-ġimgħat ilu, il- purċissjoni madwar it-toroq mhijiex il-purċissjoni tal-bidu tal-quddiesa solenni tal-festa. Fil-fatt, fil-każ tal-festa ta' Santu Wistin, il- quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku qed issir lejlet il-festa filgħaxija, jiġifieri wara t-tranżlazzjoni solenni tar-relikwa, kif seħħ ilbieraħ. Il-vara l-ġdida ta' Santu Wistin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019