Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 NIKOLAI Zammit - iben il-plejer leġġendarju tal- waterpolo lokali, Charlie Zammit, iktar magħruf bħala 'Iż-Żiemel', u li kulma jmur qed jistabilixxi lilu nnifsu bħala fost l-aqwa plejers Maltin f 'pajjiżna u li jinsabu determinat li jkompli miexi fuq il- passi ta' missieru u b'hekk m'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ f 'dan l-isport li tant iħobb. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? L-imħabba tiegħi lejn il- waterpolo bdiet minħabba missieri u ħija. Kien kampjonat twil u diffiċli ħafna mill-bidu sat-tmiem tiegħu iżda aħna żammejna konċentrazzjoni massima u lgħabna bħala tim u naħseb li kien għalhekk li erġajna sirna champions. Huma t-tnejn għenuni ħafna kemm fil-klabb u anke barra minnu. Huma żewġ persuni mill-aħjar li jistgħu jgħinuni nkompli nikber bħala persuna. Diffiċli nipprevedi x'jista' jkun il-futur tiegħi. Għadu kmieni għax għadni żgħir iżda wara dan l-istaġun naħseb li kkonferemajt x'nista' nagħti lill-klabb. Dan filwaqt li se nkun qed nagħti l-100% tiegħi lit-tim nazzjonali wkoll. Kemm ispirak u għadu jgħinek missierek Charlie fil-karriera tal-waterpolo? Missieri ispirani ħafna u għadu s'issa jikkoreġini anke meta nilagħbu kontra xulxin X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal- waterpolo? Jien nieħu gost nilgħab ma' Malta għax dejjem huwa unur li tirrappreżenta lin- nazzjon tiegħek u fis-sajf tas-sena li għaddiet, kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f 'European Championships u kienet esperjenza vera sabiħa. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Ma tantx nista' nikkummenta fuq ir- riżorsi għax jien nitħarreġ n-Neptunes imma meta niġu biex nilagħbu l-pixxina m'hemm xejn fuq xiex nista' ngerger. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jinvolvi l-waterpolo? Plejer tal-waterpolo għandu bżonn jagħmel ċerti sagrifiċċji imma hemm żewġ tipi ta' plejers: min irid jilħaq livell ta' Malta u min jixtieq jilħaq livell aħjar. Kien propju għalhekk li jien xtaqt intejjeb il- livelli tiegħi fil-waterpolo u għalhekk kelli nagħmel sagrifiċċju u mort xahrejn nitħarreġ barra minn Malta waħdi u kienet esperjenza diffiċli ħafna għax kelli nidra ngħix waħdi. Jiena mort il-Montenegro biex nitħarreġ u hemmhekk indunajt kemm jinbidel it-taħriġ minn Malta għal- livell professjonali. Jien hemmhekk kelli taħriġ darbtejn kuljum li kien iebes ħafna imma meta ġejt lura Malta ħassejtni li tjibt ħafna fil-logħba u bdejt nilgħab mal-kbar fejn qabel kont rotation biex nintgħażel. Xi jfisser għalik il-kowċ tat- tim nazzjonali Karl Izzo? Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Karl Izzo dejjem għeni biex insir plejer aħjar. Kien propju hu li beda jgħidli biex immur nitħarreġ barra minn Malta. Huwa wkoll dejjem tani ċans ma' Malta biex nilgħab kontra timijiet barranin . Il-kampjonat tas-sajf baqagħlu ftit imma bħala preperazzjoni għalih diġà bdejna nżidu fit-taħriġ u jien qiegħed inħares lejh bħala wieħed ferm importanti wara li ma tantx morna tajjeb fis-sajf li għadda, avolja spiċċajna t-tieni fil- klassifika. Xi tħoss kull darba li tilgħab kontra missierek li jilgħab ma' Valletta? Dejjem iħossni eċitat meta nilgħab kontra missieri imma ma nħallix il-fatt li huwa missieri jbiddilli l-mod ta' kif inkun ħa nilgħab. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-waterpolo. Għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil- waterpolo, huma għandhom jitħarrġu bis-serjetà u jagħtu l-100% u meta ma tkunx qed tilagħbu, tħarrġu aktar ħalli turu biċ-ċar li tridu tilagħbu! Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum 'Żammejna konċentrazzjoni massima u lgħabna bħala tim u naħseb li kien għalhekk li erġajna sirna champions' Cristian Antony Muscat Nikolai Zammit • Ritratt: Stef Mizzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019