Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
27 Sports Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum KARL 'Dunda' Micallef - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Maltil f 'dawn l-aħħar snin u li huwa pedina ferm importanti għal Ħamrun Spartans waqt li qed jintgħażel b'mod regolari mat-tim nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Writtha mill-familja speċjalment minn missieri u ħuh. U xi tgħidli dwar l-esperjenza ma' Ħamrun Spartans? Esperjenza sabiħa immens. Nilgħab u dejjem nitjieb fl- abbiltà tiegħi. U fuq il-kowċ Giovanni Tedesco? Giovanni Tedesco għalija huwa wieħed jekk mhux l-aqwa kowċ li hawn f 'Malta. Il-grinta u l-passjoni li għandu lejn il-logħba għenitna biex matul l-istaġun li għadda ksibna riżultati pożittivi. X'tikkummenta proprju fuq l-aħħar staġun ma' Ħamrun Spartans? L-aħħar staġun għalija kien wieħed ferm importanti, kemm personali kif ukoll għall-club tal-Ħamrun. Bħala pożizzjoni fil- klassifika ġejna fir-raba' post li għalina l-plejers huwa ta' unur kbir u bħala aspett personali nħoss li l-aħħar staġun kien l-aħjar wieħed s'issa fil-Premier għax kelli ħafna logħob pożittiv u anke ġejt magħżul kif ukoll għamilt id-debutt tiegħi mat-tim nazzjonali. U rigward dan l-istaġun? Inħossni ppreparat u nemmen li ser ikolli staġun tajjeb ħafna. Nixtieq u konvint li bħala tim ser nagħtu minn kollox u li nkunu ma' ta' fuq kif konna fl-istaġun li għadda. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq il-kowċ il-ġdid Manuele Blasi? Il-kowċ Manuele Blasi għalija huwa bniedem professjonali ħafna. Huwa kowċ determinat li qed nitgħallem ħafna mingħandu u b'hekk għandu jkolli wirjiet ferm tajbin waqt li qed inħossni iktar kunfidenti fil-grawnd. Int lgħabt ukoll mat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il- 21 sena. X'inhi l-esperjenza tiegħek meta tirrappreżenta lil pajjiżek speċjalment wara l-aħħar riżultati pożittivi li ksibtu bħala tim? Esperjenza li ma ninsa qatt. Konna vera sfortunati fil-bidu imma fl-aħħar żewġ logħbiet irnexxielna niksbu rebħa ta' 2-1 kontra l-Ungerija kif ukoll draw ta' 1-1 kontra Ċipru. Kemm tgħallimt mill-kowċ Silvio Vella? Mill-kowċ Silvio Vella, irnexxieli nitgħallem ħafna bħala plejer kif ukoll bħala dixxiplina fil-karattru. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Jiena kieku għalija 10 timijiet aħjar milli 14 għax b'hekk ikun iktar akkanit bħala kampjonat. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Ovvjament li jkun hemm ċerta differenza mit-timijiet ta' fuq għat-timijiet ta' taħt għax ta' fuq għandhom iktar plejers professjonali kif ukoll finanzjarjament huma iktar b'saħħithom. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le ma naqbilx li jkun hemm 11-il barrani fil- Premier. Ma naqbilx għax il- plejers Maltin ser ikollhom inqas ċans jilagħbu u anke l-livell tat-tim nazzjonali ħa jinżel. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Naqbel li l-plejers barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell. Hawn timijiet jippreferu jġibu barrani li jkun ta' kwalità medja minflok jilagħbu żagħżugħ promettenti jew plejer Malti u dik ma naqbilx magħha. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Bħala grawnds f 'Malta għad hemm ħafna xogħol xi jsir. L-uniċi żewġ grawnds għalija li tista' tgħid huma professjonali huma dawk ta' Ta'Qali - National Stadium kif ukoll is-Centenary Stadium. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun? Ġieli ma naqbilx mad- deċiżjonijiet li jieħdu, imma fl-aħħar mill-aħħar ikollok tbaxxi rasek u toqgħod għad-deċiżjonijiet tagħhom. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Hemm ħafna sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel jew jimxi magħhom. Irid ikollok impenn għat-taħriġ, dixxiplina, toqgħod lura minn ikel u xorb żejjed u fl-aħħar mill-aħħar irid ikun ix-xogħol tiegħek. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal- istudju tiegħek fl-MCAST u mal-futbol? Inlaħħaq għax inqasam il- ħin tajjeb, nippjana l-ġurnata ta' kuljum u nipprova nibbilanċja bejn studju, taħriġ u familja. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Fil-futur nixtieq li nsib opportunità biex immur nilgħab barra minn Malta u ovvjament li nkompli nissejjaħ b'mord regolari mat-tim A tan-nazzjonal. Iktar kmieni matul din is-sena, iddebuttajt mat- tim nazzjonali proprju fil-konfront kontra Spanja. X'fisser għalik dan? L-ewwel ħaġa nixtieq nirringrazzja lill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia u lill-kowċ Branko Nisevic talli tawni ċ-ċans biex niddebutta mat-tim nazzjonali Malti. Ovvjament ninsab kuntent ħafna għax waħda mix- xewqat tiegħi saret realtà iktar u iktar li ddebuttajt kontra Spanja. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq ngħidilhom biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jekk vera tixtiequ li taslu xejn ma jiġi b'xejn imma trid tkun int li taħdem għaliha! 'Nixtieq u konvint li bħala tim ser nagħmlu minn kollox' Cristian Antony Muscat Karl Micallef