Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
T miem l-istaġun tas-sajf jagħlaq ġimgħat sħaħ ta' attivitajiet li saru parti integrali mill-kalendarju kulturali sajfi u li huma mistennija sena wara l-oħra minn kulħadd. Kellna sajf eċċellenti fejn jidħlu attivitajiet kulturali. Mhux biss dawk li huma f 'idejn l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru, imma wkoll dawk organizzati minn għaqdiet volontarji mxerrda ma' Malta, xogħol volontarju li aħna mhux biss napprezzaw, imma wkoll nagħmlu minn kollox biex insostnuh. Inħares 'il quddiem għax-xhur li ġejjin u wkoll inħares b'sodisfazzjon lejn dak li hemm ippreparat. Se jkollna xitwa li wkoll għandha kalendarju kulturali impenjattiv, b'dawk l-attivitajiet li nkunu qed nistennew minn sena għal sena, imma wkoll innovazzjonijiet. Tħares lejn dak li hemm ippreparat minn entitajiet varji – tara programm varjat – mużika, teatru, arti, żfin, attivitajiet kulturali, u b'hekk tara wkoll fejn wasalna f 'dawn is-snin riċenti ta' ħidma f 'dan il-qasam. Apparti minn hekk, ikomplu wkoll proġetti varji li huma xogħol kontinwu li ma jispiċċa qatt, fosthom il-programm vast ta' restawr li qed isir. Il-ħeġġa u l-ħidma tagħna f 'dan il-qasam – u fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt dan il-ministeru qiegħda hemm biex inkomplu ntejbu u nsaħħu dak li hemm u wkoll inħarsu lejn proġetti ġodda. *** Meta ssemmi x-xhur tax- xitwa ma tistax ma ssemmix l-avvenimnet li donnu jimmarka l-bidu ta' dawn l-attivitajiet kulturali – Notte Bianca. Nhar il-5 ta' Ottubru mis- 19:00 'l quddiem, il-Belt Kapitali meraviljuża tagħna tinbidel kompletament għal dan l-avveniment li jiġbed l-eluf. U din is-sena Notte Bianca ngħatat wiċċ ġdid minn Festivals Malta b'identità friska u slogan ġdid: 'Fejn l-arti tagħti ħajja lill-belt'. B'aktar minn 50 spettaklu, in-Notte Bianca huwa l-ikbar u l-uniku festival ta' dan it-tip f 'Malta, bil-parteċipazzjoni ta' aktar minn 200 artist lokali u internazzjonali. Lejla spettakolari li tkun possibbli grazzi għal tim iddedikat ta' aktar minn 100 ruħ li jaħdmu qatigħ biex jiżguraw li l-festival ikun ta' suċċess. Innovazzjoni ta' din is- sena hija li se tkun l-ewwel darba li l-Qorti ta' Malta se tkun miftuħa għall-pubbliku b'mod uniku. Għall- edizzjoni ta' din is-sena wkoll l-Aġenzija Kulturali għall- Belt Valletta qed tikkollabora ma' Festivals Malta biex ittella' 'Orkestra fil-Miftuħ', vjaġġ mużikali fi Pjazza Teatru Rjal. Din is-sena nvestejna wkoll fi strateġija ġdida għall- viżitaturi biex ngħinu lin-nies jippjanaw iż-żjara tagħhom bil-quddiem ħalli niżguraw li dawk li jattendu jkollhom l-aħjar esperjenza possibbli tal-akbar avveniment tal- arti u l-kultura fi gżiritna. Il-viżitaturi li se jattendu n-Notte Bianca din is-sena se jkunu jistgħu jippjanaw il- ħarġa tagħhom minn qabel, permezz ta' strateġija ġdida għall-viżitaturi. Il-programm inqasam f '7 rotot biex l-esperjenza tan-Notte Bianca tiġi ffaċilitata. Dawn huma r-rotta l-Ħamra (li tikkonsisti minn spettakli għall- adulti), Installazzjonijiet, Żfin, Teatru, Tfal, Klassiku (mużika klassika) u Mużika. *** Anki fejn jidħlu attivitajiet tal-Komunità. Fil-waqt li matul is-sajf kellna wkoll numru interessanti ta' attivitajiet, dawn jibdew ukoll jiżdiedu issa, matul ix-xhur li ġejjin. Dan it-tmiem il-ġimgħa kellna propju l-End of Summer Family Weekend Festival b'risq Dar Bjorn fil- Bajja s-Sabiħa f 'Birżebbuġa – li beda l-ġimgħa u jintemm illum il-Ħadd mill-5 ta' filgħaxija 'l quddiem. Huwa importanti ferm li jiġu organizzati avvenimenti ta' din is-sura għal kawża ġusta. L-arti u l-kultura saru parti intrinsika għas- soċjetà tagħna u permezz ta' pjattaformi ta' din is- sura mhux biss inkunu qed nippromovu t-talent lokali imma qegħdin nagħmlu dan is-settur aktar aċċessibbli. Dan il-Gvern jappoġġja dawn it-tip ta' avvenimenti u huwa grazzi għal dawn l-inizjattivi li bħala komunità nistgħu nagħtu lura lil dawk li huma fil-bżonn. Dan l-avveniment hu organizzat minn numru ta' voluntiera u appoġġjat mill- Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa u mill-Kunsill Malti għall- Arti. Il-Kunsill Malti tal-Arti jgħin b'divesi skemi biex il-kultura Maltija tkompli titkattar. Bħal fil-każ tal- Kunċert Ħuġġieġa – li propju huwa possibbli grazzi għall- Project Support Grant ta' dan il-Kunsill. Il-banda 12th May ta' Ħaż-Żebbuġ bħalissa qed tipprepara għal dan il- proġett Ħuġġieġa, kunċert li se jittella' nhar is-Sibt 16 ta' Novembru fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta' Malta. Aħna nħossu li huwa importanti, kif dejjem għidt, li jiġu appoġġjati dawn l-avvenimenti li jsiru mill-organizzazzjonijiet artistiċi u kulturali. Il-Kunsill Malti għall-Arti għandu rwol essenzjali fit-twessigħ tal-kalendarju kulturali tagħna. Proġetti ta' din is- sura huma mod opportun għall-artisti u l-mużiċisti biex ikomplu jsaħħu t-talent artistiku tagħhom. Il- kunċert se jipprovdi wkoll lok biex l-artisti juru t-talent tagħhom. F''Ħuġġieġa' jiltaqgħu diversi forom ta' arti jiċċelebraw il-qawwa tan-nar bis-seħer li kellu fuq il-bniedem mill-qedem sa żminijietna. Il-kompożituri Alex Vella Gregory, Véronique Vella, Albert Garzia u Euchar Gravina salpaw fuq dal-vjaġġ artistiku biex ikkomponew mużika kontemporanja għall- Banda Sinfonika 12th May. Fil-qalba tagħha, il-mużika hija mnebbħa mill-versi bit- tema tan-nar miktubin minn Sebastian Saliba, kif ukoll mill-esperjezi personali u artistiċi tal-kompożituri stess. Il-mużika se tkun taħt id-direzzjoni ta' Mro Herman Farrugia Frantz bis-sehem tas-sopran Francesca Aquilina flimkien mal-atturi Carmel Gauci u Karl Schembri. L-udjenza preżenti se tassisti wkoll għal spettaklu viżwali mill-artist Andrew Schembri li għandu esperjenza wiesa' fil-qasam tad-dawl sinkroniżżat mal-mużika. Schembri se jkun qed iwieġeb għall- versi u l-mużika matul l-erba' kompożizzjonijiet permezz ta' lingwa viżiva li tissawwar mid-dawl. Dan ix-xogħol se jwassal għal rappreżentazzjoni memorabbli tal-ewwel kollaborazzjoni ta' dan it-tip. Id-diretttur artistiku ta' 'Ħuġġieġa' huwa Pawlu Mizzi. Proġett interessanti ferm. Huwa għalhekk li dan il- Gvern huwa kommess li jkompli jagħti sostenn lill- għaqdiet u jkompli jsaħħaħ il-pjattaforma kulturali lokali għal aktar suċċessi fil-futur. *** Intemm billi nsemmi d-donazzjoni li rċevejna din il-ġimgħa li se tkompli tarrekkixxi dak li għandu t-Teatru Manoel – il-kisba ta' numru ta' strumenti rari u ta' valur kbir li tħallew minn Dr George Debono, li kien jibni l-istrumenti huwa stess. L-istrumenti jinkludu pjanu tad-ditta Broadwood tal-1888 li jista' jitqies bħala l-aktar parti ewlenija ta' din il-kollezzjoni – u li kien irrestawrat grazzi għal The Friends of the Manoel – żewġ Viola da Gambas, vjolinċell Barokk, flimkien ma' żewġ klavikordji. Interessanti li l-pjanu ta' Broadwood se jkun l-ewwel strument minn dawn li se jintuża waqt kunċert tat-Teatru Manoel, nhar l-Erbgħa 13 ta' Novembru fit-20:00, li se jieħu l-ħajja waqt kunċert ta' Mozart mill- Ensemble DeNote. Il-kunċert huwa appoġġat minn The Friends of the Manoel u se jittella' b'tifkira tal-maħbub Dr George Debono. Bħala parti mill-istrateġija tagħna biex inkomplu nippromovu l-arti u l-kultura, it-Teatru Manoel qiegħed ikompli jaħdem biex ipoġġi d-dinja Barokka b'mod aktar preżenti fl-attivitajiet kulturali ta' gżiritna, permezz ta' Festival Internazzjonali tal-Barokk u l-ispettakli li jsiru matul is-sena, mhux biss fil-Belt Valletta imma wkoll madwar pajjiżna. Il-manutenzjoni u ż-żamma ta' dawn l-istrumenti hija wkoll eżempju ta' dan. Apparti minn hekk, mhux biss qegħdin narrikkixxu l-kalendarju kulturali tagħna, imma grazzi għas-settur kulturali estensiv li għandna li dejjem nistgħu nagħmluh aktar aċċessibbli permezz ta' inizjattivi ta' din is-sura. Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali OWEN BONNICI illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 18 Opinjoni Esperjenzi kulturali