Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 TEŻISTI rabja fost il- Gvernaturi tal-Awtorità tal-artijiet għall-mod kif ittra mibgħuta liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi spiċċat f 'idejn il-ġurnalist Ivan Camilleri qabel ma biss ġiet diskussa fl-istess bord. Dan meta huwa mifhum li l-gvernaturi nfushom mhux kollha setgħu kienu infurmati bil-konentut tal-ittra. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi fost dawk li kienu jafu bil-kontenut ta' din l-ittra kien hemm il-membru tal-bord Ryan Callus. Swaba' akkużatorji qed jiġu ppuntati lejn Callus u qed jakkużawh illi kien hu li għadda din l-ittra lill-ġurnalist. Il-kwistjoni kollha tittratta d-direzzjoni tal-Gvern biex poteri eżekuttivi jgħaddu f 'idejn il-Kap Eżekuttiv, James Piscopo bil-għan li l-Board jikkonċentra fuq materji aktar ta' policy u approvar ta' transazzjonijiet importanti. Huwa mifhum li din id-direzzjoni waslet fid- dawl tal-fatt illi l-Bord tal-Gvernaturi kien qiegħed jitlaqqa' sa erba' darbiet fil- ġimgħa biex ilaħħaq, ħaġa li kull min jaf kif topera awtorità jew kumpanija, jaf tajjeb li dan ikun sintomu ta' ineffiċjenza u nuqqas serju ta' separazzjoni bejn l-operat tal-Bord u l-Eżekuttiv. Meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM, Piscopo kkummenta hekk: "Il-Bord għad irid jiddiskuti dan kollu, għalhekk se noqgħod lura milli nidħol wisq f 'dettall. Iżda konxju li tali deċiżjoni tal-Gvern tfisser mhux biss fiduċja iżda wkoll responsabbiltà li determinat li nġorrha kif dejjem għamilt kull fejn kont. Jeħtieġ li l-Awtorità tkompli timxi 'l quddiem b'mod aktar żvelt u effiċjenti". James Piscopo spjega kif ser ikun qiegħed jippreżenta riżultati pożittivi lill-Board li l-Awtorità kisbet matul l-aħħar 6 xhur iżda kien kawt ħafna fi kliemu, "il-Lands (kif isibuha ħafna) għandha problemi akkumulati fuq għexerien ta' snin partikolarment backlogs antiki. Bdejna nduru l-kantuniera iżda fadal ħafna xi jsir u dan it-tibdil ġdid se jgħin biex inkunu nistgħu nkomplu ntejbu l-operat. Ser inkunu qegħdin indaħħlu riformi aktar sinifikanti biex inkunu ta' servizz aħjar liċ-ċittadini. Irid jispiċċa ż-żmien li klijenti jdumu ma jiġu moqdija s-snin, jew ma jirċevux risposti. Għaddejt dan il-messaġġ anke lill- amministrazzjoni u kull min mhux lest ilaħħaq ma' dan il-pass, mhux postu fl- Awtorità." Meta mistoqsi direttament kif ser jassigura kontabbilità u trasparenza Piscopo kien skjett: "illum spiċċa ż-żmien li individwu fl-Awtorità jew Ministru jiddeċiedi hu kif jiddisponi l-Art tal-Gvern. Illum tiddetta l-liġi. Trasferimenti jsiru biss b'tender pubbliku jew riżoluzzjoni parlamentari jew skont id-dispożizzjonijiet tal- liġi nnifisha u mhux b'mod dirett. Allura hija ħrafa dak li qalet l-Oppożizzjoni li se niddeċiedi kollox waħdi. Ukoll l-iskrutinju tal-Bord tal-Gvernaturi ser jibqa' anzi jissaħħaħ, filwaqt li l-liġi tobbligani mmur għand l-Awditur f 'każ ta' tranżazzjonjiet 'il fuq minn €100,000. Il-valutazzjonijiet isiru minn 3 periti esterni u mhux internament. Ic- checks and balances huma b'saħħithom ħafna." Mistoqsi dwar xnigħat ta' diżgwid bejnu u bejn iċ- Chairman tal-Bord Lino Farrugia Sacco, il-Kap Eżekuttiv ċaħad dawn ix- xnigħat, "mhuwa veru xejn. Kien hemm min kellu interess ipinġiha hekk fil-media iżda dan mhux minnu. Jeżisti rispett kbir min-naħa tiegħi li nemmen li huwa reċiproku." The Embryo Protection Authority is seeking to recruit an Assistant Director to complement its existing team. Assistant Director Jobsplus Permit No: 317/2018 Contract: • Definite – 3 years. Applicants eligible for this post must be in possession of: • A recognized Bachelors qualification (BSc); • Due Consideration will be given to those who have studies related to the Infertility field; • Candidates should have a good leadership spirit and good Communication Skills; • Candidates must Not have less than 5 years relevant work experience of which one (1) year must be in a Management position; Interested persons are to submit their applications together with detailed Curriculum Vitae and the names of two referees by not later than Friday 27 th September 2019, at noon. Applications should be addressed to: The Executive Director Embryo Protection Authority Room 7, Entitlement Block, St Luke's Hospital, G'Mangia For additional information and job description please contact 25951650 Applications may also be submitted via email at: info.epa@gov.mt NOTICE TO CUSTOMERS WasteServ Malta Ltd wishes to notify that the Magħtab Civic Amenity Site will be closed for maintenance works as of the 20th of September for two weeks. General Public is advised to use one of the other sites which are in Ta' Qali, Imrieħel, Luqa & Ħal Far. We apologise for any inconvenience caused. Rabja fost il-gvernaturi tal-Lands għax saru jafu bil-kontenut ta' ittra lilhom minn fuq il-gazzetta Diversi qed jippuntaw is-swaba' lejn id-Deputat tal-PN Ryan Callus li huwa gvernatur tal-istess awtorità Inċident iħalli lil raġel f'qagħda ħażina ILBIERAĦ, għall-ħabta tal-11:00a.m, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra marru fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm impatt bejn vettura tat-tip Toyota Tercel, misjuqa minn raġel ta' 59, residenti l-Imġarr u mutur tat-tip Yamaha misjuq minn raġel ta' 64 sena, residenti r-Rabat. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Parti mit-triq (direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar) ingħalqet għat-traffiku, filwaqt li bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta. Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. De Gaetano – On September 20, MAURICE, aged 70, passed peacefully away, surrounded by his family, comforted by the rites of the Holy Church. He leaves to mourn his great loss his wife Carmen, his children Alistair and Oliver and those close to them, his brother-in- law Godfrey, his mother Mary, his brother Edward and his wife Grace, nephews, many relatives and friends. The funeral will be held at Balzan parish church on Wednesday, September 25 at 8.30am, followed by intern- ment in the family grave at Addolorata Cemetery. Grant him, O Lord, eternal rest. OBITUARY James Piscopo

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019