Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306
Sports 31 r-riżultati memorabbli li ġibt waqt l-esperjenzi tiegħu fil-kowċing. Qbilt mas-sistema tal-play-offs? Ħa ngħidlek la nista' ngħid iva u lanqas le fuq din is-sistema tal-play- offs. Bħala kowċ jien noqgħod għal dawk ir-regoli li toħroġ l-ASA u dak li jiddeċiedu flimkien mal-clubs. Ix-xogħol tiegħi mbagħad hu dak li nadatta lill-plejers tagħna fuq kif se jkun l-istaġun. Issa kieku ssaqsi lili b'mod personali dwar is-sistema tal-play-offs jien inwieġbek fin-negattiv. Ma naqbilx ma' din is-sistema għax verament ma tagħmilx sens speċjalment meta għandek diviżjoni b'sitt timijiet u oħra b'ħamsa. Nara li l-play-offs ikunu ta' vantaġġ biss għal dawk it-timijiet li jkunu ġew fir-raba' post tal-klassifika finali u li xorta għandhom iċ-ċans li jirbħu l-kampjonat. Mill-banda l-oħra, timijiet kapaċi jdumu ma jilħqu l-aqwa tagħhom u jsibu dan iċ-ċans biex jissieltu xorta għall-unuri finali. X'kien is-sigriet ta' dan is-suċċess matul din is-sena? Ma kienx hemm xi sigriet partikolari. Kollox idur fuq kemm int taħdem u tistinka kif ukoll għall-motivazzjoni kontinwa, dixxiplina fit-taħriġ u kemm tifhem sew il-logħba. Minn hemm imbagħad tkun tista' tikkalkula l-progress u fuq kollox turi rispett lejn il-kollegi tiegħek kemm fit- taħriġ kif ukoll barra l-pixxina. Dawn l-ingredjenti għenuna sabiex niksbu rebħa storika u sorprendenti li fihom ħadna kemm il-kampjonat kif ukoll il-kompetizzjoni Knock-Out. X'tikkummenta rigward iż-żewġ plejers barranin li kellkom? Fil-bidu tal-istaġun kien hemm bosta nies li qalulna li l-għażla tal- plejers barranin ma kinitx waħda tajba. Minkejja kollox jien bqajt nemmen fid-deċiżjonijiet li ħadna. Kristjan hu mexxej li kapaċi jiddefendi u jikkontrolla l-logħba filwaqt li beda jgħin lil sħabu jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom f 'dan l-isport. Mill- banda l-oħra Averka, jew kif inhu magħruf aħjar Kosta kellu ħeffa liema bħalha fil-logħob tiegħu u ħadem qatigħ għall-ġid tat-team. Dan kollu kkontribwixxa sabiex intejbu l-attakk tagħna u niddefendu wkoll bi strateġiji differenti. X'sehem kellek fir-rebħ ta' dan il- kampjonat? L-għan tiegħi kien dak li nibda xi ħaġa ġdida billi l-ewwel u qabel kollox ġibna sitt plejers ġodda li kellhom età medja ta' 21 sena. Aħna bnejna t-tim tagħna madwar dan il-grupp ta' plejers. Min-naħa tiegħi, jien tajt il- mija fil-mija tiegħi mħallta wkoll mal- esperjenza li għandi. Jien ukoll ridt inkompli nikber f 'din il-logħba u fuq kollox ħdimt sabiex it-tim jingħaqad aktar. Nemmen li l-kowċing mhux biss li tagħmel siegħa u nofs ta' taħriġ kuljum iżda wkoll kemm int tifhem lill-plejers tiegħek fis-sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja. B'sodisfazzjon ngħid li l-plejers semgħu mill-istruzzjonijiet li tajthom u b'hekk wasalna biex nilħqu l-għanijiet tagħna. Kuntent ħafna għalihom. Għalija dan kien tragward importanti minħabba li wasalt għal dawn il-livelli wara ħafna xogħol, dedikazzjoni, sagrifiċċju u ħafna paċenzja. Xi tgħidli dwar il-kumitat ta' Wied il-Għajn? L-ewwel u qabel kollox nixtieq nirringrazzja lill-president Aaron Simpson li emmen fija u tani l-opportunità li mmexxi lil dan it-tim. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għall-kumitat ta' li għarfu li jekk ikollok grupp ta' nies li jaħdmu id f 'id, is-suċċess jasal żgur. Għal dan il-klabb dan kien staġun storiku wkoll fis-sens ta' parteċipazzjoni minħabba li ħadna sehem bit-tim taż-żgħażagħ u ieħor tan-nisa. Mertu kbir jieħdu l-kumitat li ħadem bla heda sabiex naslu fejn xtaqna. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar il-plejers żgħażagħ li kellkom fit- tim? Kif għedt fl-iskwadra tagħna kellna numru ta' żgħażagħ fl-iskwadra li taw l-almu kollu tagħhom. L-entużjażmu li jħaddnu jtina garanzija li se jkollna futur fis-sod. L-esperjenza li ħadu se tgħinhom sabiex jiksbu aktar riżultati importanti fl-istaġuni li ġejjin. Illum dawn l-istess żgħażagħ għandhom iħossuhom kburin b'dak li għamlu. Issa kellimthom u għedtilhom li għandhom iżommu saqajhom mal-art u fuq kollox ikomplu jitħarrġu bis- serjetà sabiex iżommu l-livell li qabdu. Żgur li se jkollhom aktar sodisfazzjon bl-unuri li se jirbħu 'l quddiem. Taħseb li kontu tajbin biżżejjed biex tikkompetu fil-kampjonat Premier li kieku kellkom l-opportunità? Naħseb li konna nkunu kompetittivi għal dan il-kampjonat għalkemm biex inkun realistiku kien ikun kmieni għal dan it-tim żagħżugħ. Dawn l-istess żgħażagħ kapaċi kienu jsibuha diffiċli biex jaddattaw għal dan il-livell għalkemm tkun opportunità kbira għax tgħinhom jimmaturaw iktar. X'inhu l-futur għall-istaġun li ġej? Se jinġiebu xi plejers ġodda? Jien ngħid li l-futur jidher wieħed ferm eċitanti u fuq kollox pożittiv. Il-club investa f 'diversi żgħażagħ u jien bħala kowċ għandi l-ambizzjoni li nkompli nibni ambizzjonijiet ġodda. Għandna l-ħsieb li nagħmlu xi rtokki u fuq kollox li nsaħħu l-iskwadra tagħna. Fil-verità għandna xi dipartimenti fil-pixxina li għad irridu nirranġaw sabiex verament ikollna skwadra kompluta. wara ħafna xogħol, ħafna paċenzja' il-Għajn għar- mat-tim nazz- Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum