Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 panadol: 'Għandna dmir nistaqsu' Morning After Pill wara li jkun għamlu l-mistoqsijiet tagħhom lill- mara li tmur għall-pillola. Shoemake bdiet billi tfakkar li l-ispiżjar jistaqsi mal-pazjent dejjem u mhux meta jiddispensa l-Morning After Pill. Saħqet li r-raġunijiet li jistgħu jwasslu lill-ispiżjara biex ma jbigħux l-Morning After Pill jistgħu jkunu varji. "Il-Morning After Pill hija mediċina li bħal kull mediċina oħra trid tintuża bir-reqqa." Fost dawn, l-ispiżjara semmiet kif mara li għandha storja ta' puplesija jew inkella tpejjep ħafna għandha tiġi mgħarrfa li l-Morning After Pill tista' tiggrava s-sitwazzjoni. Semmiet ukoll nisa b'piż kbir. Saħqet li dawn għandhom jiġu mgħarrfa li l-Morning After Pill tista' ma tkunx effettiva u għalhekk l-ispiżjar huwa fid-dmir li jispjega u mhux iħalli persuna teħodha għalxejn. Apparti minn hekk, Shoemake kompliet tisħaq li l-ispiżjara huma fid- dmir li jistaqsu lill-mara meta l-aħħar li ħadet il-Morning After Pill, anke biex jekk jirriżulta li teħodha ta' spiss, jinfurmawha li jeżistu metodi aħjar ta' kontraċezzjoni, anke orali u li jista' jkollhom inqas impatt fuq is-saħħa tagħha. Il-MAP għandha tinbiegħ lill- irġiel ukoll? Fl-aħħar nett, staqsejna wkoll lill-ispiżjara dwar għalfejn f 'Malta, l-ispiżjara jirrifjutaw li jbigħu l-Morning After Pill lill-irġiel, tant li din tingħata biss lill-mara. Fil-fatt, mill-eżerċizzju li għamlet l-ILLUM, kważi l-ispiżjara kollha li weġbuna li jbigħu l-Morning After Pill fakkruna li jistgħu jagħtuha biss lil mara. Mistoqsija jekk dan jagħmilx sens, Claire Shoemake kompliet ma' dak li qalet qabel u insistiet li l-ispiżjara jridu jkunu assigurati li din qed tittieħed biss minn dawk in-nisa li huma eliġibbli u li jkunu assigurati li mhux se tagħmlilhom ħsara. Fakkret li l-bejgħ tal-Morning After Pill lill-irġiel jista' jwassal ukoll għal abbużi, fejn mara tista' saħanistra tkun kostretta li tieħu l-pillola, minkejja l-effetti li jista' jkollha. Madanakollu, kien hemm min saħaq li f 'pajjiżi oħra, il-Morning After Pill tinbiegħ ukoll lill-irġiel. Staqsejna lil Shoemake għalfejn f 'Malta le. "Għax jagħmlu hekk barra minn Malta se nagħmlu hekk aħna wkoll anke jekk nikkompromettu s-saħħa tan-nisa Maltin?" temmet tistaqsi l-ispiżjara. X'sabet il-gazzetta ILLUM? • L-ILLUM iċċempel 70 spiżerija mifruxa fil- lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex • 49 (70%) tal-ispiżjara li kellimna jgħidu li jbigħu l-MAP • 21 (30%) jgħidu li ma jbigħux il-pillola • Il-maġġoranza tal-ispiżjara javżawna li l-mara li se tmur tixtri trid twieġeb mistoqsijiet jew twieġeb kwestjonarju • Numru inqas ta' spiżjara jgħidulna li mara trid tippreżenta wkoll il-karta tal- identità • Diversi spiżeriji jistokkjaw biss tip wieħed ta' Morning After Pill • Jgħidulna wkoll li fl-istess spiżerija jista' jkun hemm spiżjara li jbigħu u oħrajn li jbigħux il-MAP • Il-maġġoranza tal-ispiżjara li ma jbigħux il-MAP qalulna minn fejn insibuha • Ditti stess tal-MAP joffru lill-ispiżjara gwida dwar il-mistoqsijiet li għandhom jistaqsu L-ispiżjara Claire Schoemake

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019