Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 8 Aħbarijiet NHAR il-Ħadd li għadda din il- gazzetta kellha storja esklussiva dwar dak li qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat fl-aħħar laqgħa tal-Eżekuttiv tal- Partit Laburista meta sostna hekk; 'Mhux se nitlaq, la issa u lanqas wara l-Baġit.' Illum din il-gazzetta se tanalizza xi tfisser eżatt din l-istqarrija u l-effett tagħha filwaqt li se terġa' tagħti ħarsa lejn ix-xenarji politiċi li se jinħolqu meta Joseph Muscat jiddeċiedi li jitlaq. Muscat mhux se jirtira ... x'se jagħmel jekk jitlaq? Iċ-ċans ta' Muscat li jkollu kariga ewlenija fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea m'għadux hemm. Ma kienx magħżul biex imexxi l-Kummissjoni Ewropea u lanqas f 'waħda mill- karigi tal-istess istituzzjoni, fosthom l-irwol tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew li mid-dehra se jingħata lil Christine Lagarde. Dan ifisser li għalissa l-ambizzjonijiet politiċi ta' Muscat fl-Ewropa ħadu daqqa 'l isfel. Imma dan ma jfissirx li kollox mitmum għall-ambizzjonijiet ta' Muscat barra minn Malta. Hemm opportunitajiet oħrajn, li qegħdin hemm diġà jew li jistgħu jqumu fiż-żmien li ġej, uħud minnhom ta' prestiġju għoli li jaf jattiraw l-interess ta' Muscat. Hija improbabbilità kbira, li Muscat, politiku ambizzjuż u ta' suċċessi elettorali li għadu żgħir fl-età, se jirtira u joqgħod bilqiegħda ma jagħmel xejn. Hija kważi karatteristika tal- politiċi illi wara li ma jibqgħux f 'kariga li fiha għamlu suċċess jieħdu kariga ġdida jew jibqgħu politikament preżenti. Dom Mintoff, pereżempju baqa' omnipreżenti fil-Gvern kemm il-partit dam immexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici pratikkament waqqa' l-Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Eddie Fenech Adami kien maħtur President. Dan ifisser li lil hinn minn dak li ġenwinament jixtiequ ħafna Laburisti u dak li jixtiequ dawk li huma inqas ġenwini, il-mument tat-tluq ta' Muscat huwa primarjament determinat mill-opportunità li tista' tqum għal Muscat. Imma la mhux se jitlaq għalfejn ħass li kellu jgħid dan fl-Eżekuttiv? It-tron ta' Prim Ministru, speċjalment wieħed ġeneralment maħbub fi żmien ta' tkabbir ekonomiku qawwi b'partit li jinsab fl-aqwa tiegħu, huwa wieħed illi ħafna lesti jiġġieldu għalih. U fil-fatt jinħass li għaddejja kampanja minn kull wieħed minn dawk li qed jissemmew għat-tmexxija tal-partit, imma b'mod speċjali dawk li huma ministri. Affarijiet u mossi li jistgħu jidhru bħala frivoli; pereżempju li kull fejn il-PL rebaħ lokalità (anke kieku kien Ħal Muxa) fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli, tara lil Konrad Mizzi fin-nofs (imbagħad ġie Ian Borg), jaqbeż, jiċċelebra u jifraħ lill-Kunsilliera. Frivola? Le, mhix. Il-Laburist li kien qed jiċċelebra dakinhar jiftakar lil Mizzi se jiftakru jiċċelebra miegħu, jiftakar lil Mizzi jiċċelebra s-suċċessi tal-partit. Dan biex ma nsemmux il-kampanja personali #Gettingthingsdone ta' Ian Borg li qed juża l-proġetti tat-toroq bħala l-pjattaforma biex juri li hu kapaċi jkun ħafna iktar minn Super-Ministru. Imbagħad hemm Chris Fearne, intervistat fuq din il-gazzetta llum. Fearne huwa persuna stuża u politiku ambizzjuż ħafna, mhux xi sigriet allura li bena alleanzi ovvji ma' numru ta' gazzetti li jistgħu jinfluwenzaw l-opinjoni tal-votant Laburista li jkun mitlub jivvota f 'elezzjoni għall-mexxej ġdid Laburista. Kważi lanqas tgħaddi ġurnata li ma narawx lill-istess Fearne fuq quddiem tal-ġurnal l-orizzont. Din mhix kumbinazzjoni, imma b'mod ċar frott ta' ħidma mill-qrib ma' gazzetta popolari mal-għeruq Laburisti. Miriam Dalli, min-naħa l-oħra, jidher li tilfet l-okkażjoni għalissa, okkażjoni li ppreżentat ruħha b'mod assolutament perfett wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, wara "l-glorja", hekk kif saret l-aktar kandidat Laburista għall-elezzjoni tal- PE li qatt kisbet voti. Il-fatt li hija inqas preżenti iżda hija, l-ewwel nett riżultat tal-fatt li ħidmietha huwa fi Brussell u bl-ebda mod ma jfisser li m'għadhiex interessata jew li m'għadhiex l-aktar ippreferuta. Muscat ried joqtol din it-tiġrija mhux uffiċjali. U sa ċerta punt irnexxielu u sa ċerta punt le. Qatel jew ma qatilx it-tiġrija? Sa ċerta punt iva u sa ċerta punt le. Qatilha fis-sens li l-istorja tal-ILLUM, li mill-ħinijiet ta' filgħodu bdiet Joqtol tiġrija u jżomm il-bieb miftuħ Il-Ħadd li għadda din il-gazzetta żvelat x'qal Joseph Muscat f'laqgħa tal-Eżekuttiv Laburista. 'Mhux se nitlaq, la issa u lanqas wara l-Baġit'. Imma għalfejn qalha din? X'għan ried jilħaq? U se jibqa' sal-elezzjoni jew le? U x'inhuma l-konsegwenzi fuq il-partit? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham l-Baġit.' Ewropew li mid-dehra se jingħata lil Christine Lagarde. Dan ifisser li għalissa l-ambizzjonijiet politiċi ta' Muscat fl-Ewropa ħadu daqqa 'l isfel. Imma dan ma jfissirx li kollox mitmum għall-ambizzjonijiet ta' Muscat barra minn Malta. Hemm opportunitajiet oħrajn, li qegħdin hemm diġà jew li jistgħu jqumu fiż-żmien li ġej, uħud minnhom ta' prestiġju għoli li jaf jattiraw l-interess ta' Muscat. Hija improbabbilità kbira, li Muscat, politiku ambizzjuż u ta' suċċessi elettorali li għadu żgħir fl-età, se jirtira u joqgħod bilqiegħda ma jagħmel xejn. Hija kważi karatteristika tal- politiċi illi wara li ma jibqgħux f 'kariga li fiha għamlu suċċess jieħdu kariga ġdida jew jibqgħu politikament preżenti. pereżempju baqa' omnipreżenti fil-Gvern kemm il-partit dam immexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici pratikkament waqqa' l-Gvern Laburista mmexxi minn Alfred Sant. Eddie Fenech Adami kien maħtur President. Dan ifisser li lil hinn minn dak li ġenwinament jixtiequ ħafna Laburisti u dak li jixtiequ dawk li huma inqas ġenwini, il-mument tat-tluq ta' Muscat huwa primarjament determinat mill-opportunità li tista' tqum għal Muscat. Imma la mhux se jitlaq għalfejn ħass li kellu Imma la mhux se jitlaq għalfejn ħass li kellu Imma la mhux se jitlaq jgħid dan fl-Eżekuttiv? għalfejn ħass li kellu jgħid dan fl-Eżekuttiv? għalfejn ħass li kellu It-tron ta' Prim Ministru, speċjalment wieħed

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019