Illum previous editions

ILLUM 22 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1170306

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2019 | illum tinxtered sew fuq il-midja soċjali, qajmet mill-ġdid forza ta' partitarji li bdew jilqgħu din l-aħbar b'pożittività u jirrinforzaw il-ħsieb li Muscat se jibqa' hemm biex iwassal lill-PL għal rebħa elettorali kbira oħra, forsi rebħa rekord oħra. Dan is-sentiment jiskoraġġixxi kull forma ta' kkampanjar għall-kariga ta' Muscat u kważi jagħmel l-istess ikkampanjar deċiżjoni kontra r-rieda u direttament kontra Muscat innifsu. Min-naħa l-oħra ma qatilhiex għaliex Muscat qal li 'mhux se nitlaq, la issa u lanqas wara l-Baġit.' Fil-verità l-Baġit għad fadallu ftit iktar minn xahar u sena oħra għall-Baġit ta' wara. Ma tax garanzija li se jibqa' sal-elezzjoni li jmiss. Dan ifisser li Muscat, b'din il-mossa fl-Eżekuttiv Laburista li kixfet din il-gazzetta u l-istqarrija sussegwenti tiegħu fl-istess sens; qatel xi ftit minn din it-tiġrija mhux uffiċjali, imma fl- istess ħin żamm il-possibilitajiet tiegħu miftuħin. B'hekk it-titlu! Imma għalfejn ma jaqbillux li tibqa' għaddejja din it-tiġrija mhux uffiċjali? Hija ovvja. L-ewwel nett din qed toħloq inċertezza mhux biss għall- partit imma anke għall-pajjiż, bħal donnu għandek Prim Ministru u m'għandekx għax taf li se jitlaq minn mument għall-ieħor. Dan iġib fid-dubju l-immaġini ta' mexxej indubitat, assolut u kważi meqjum tal-Partit Laburista li sar Muscat u f 'daqqa waħda sezzjonijiet differenti tal-partit bdew jiġbdu l-ħbula differenti tal-kandidat ippreferut tagħhom. Iktar kemm iddum għaddejja din it-tiġrija, iktar hemm ċans li l-Partit Laburista jerġa' jibda riesaq lejn is-sitwazzjoni li fiha kien qabel ta' fazzjonijiet u ġlied intern. Min huwa ta' Fearne kontra min huwa ta' Mizzi u ta' Mizzi kontra min hu ta' Borg u ta' Borg kontra min hu ta' Dalli. U l-partit jaqbillu li jitlaq Muscat? X'inhuma l-konsegwenzi ta' dan? Definittivament li le u żgur li l-konsegwenzi jistgħu jkunu kbar. Mhux xogħol din il-gazzetta li tagħmel eloġji, imma fil-verità Muscat qabad partit imkisser, b'partitarji diżillużi u li kien meqjus bħala wieħed tellief, għal partit rebbieħ u l-partit naturali fil-Gvern. Dan għamlu billi żamm lil-Laburisti miegħu u magħhom żied eluf ta' switchers, li llum kważi kważi tista' ssejħilhom Laburisti, u magħhom żied uħud mill-akbar negozjanti u intraprendituri li dejjem kienu taw l-appoġġ lill-PN. Din il-koalizzjoni għandha kollha waħda, jew inkella s'issa waħda li nistgħu ngħidu illi tat ir-riżultati u din hija Joseph Muscat. Ladarba u fil-ġurnata li Muscat ma jibqax, dik il-kolla li twaħħad lil dawn l-interessi kollha differenti ma tibqax u jekk ma temminx ħares lejn il-PN. Eddie Fenech Adami, politiku konservattiv u meqjus bħala viċin il-Knisja Kattolika kien irnexxielu jbiddel lill-PN f 'wieħed ħafna eqreb lejn il-ħaddiem, ħafna inqas elitista u li permezz tal-viżjoni tas-sħubija ta' Malta mal-Unjoni Ewropea kien irnexxielu jgħaqqad taħt umbrella waħda; konservattivi u liberali, votanti tan-nofsinhar u dawk taċ-ċentru (Slimiżi, Ġiljaniżi, Swieqi ...), foqra u sinjuri, ħaddiem tal-id u ħaddiem tal- moħħ, reliġjużi u l-komunità LGBTIQ. Dik il-kolla nħallet malli Fenech Adami ma baqax Kap tal-PN u minn hemm in-niżla ma setgħetx kienet aktar wieqfa, b'kull biċċa tal-PN tinħall u donnha titlaq għaliha. L-aħħar waħda u l-iktar ovvja hija l-qasma bejn in-Nazzjonalisti minn Tas-Sliema, is-Swieqi, Tal-Ibraġġ, ġeneralment min-naħa ta' fuq tal- klassi tan-nofs u li titkellem bl-Ingliż kif ukoll li kienet issegwi lil Daphne Caruana Galizia, minn Nazzjonalisti tan-naħa ta' isfel, ġeneralment min- naħa ta' isfel tal-klassi tan-nofs, li tgħix fin-Nofsinhar u li ressqu lejn il-partit l-aktar grazzi għall-politika ta' Eddie u l-avvenimenti tal-aħħar tas-snin 80. Dak li qed jiġri llum fil-PN jista' jiġri fil-bażi ta' votanti Laburisti tal-lum, li bħalissa tinkludi firxa wiesgħa ħafna ta' eks votanti Nazzjonalisti. Min huwa l-aħjar biex imexxi 'l quddiem il-wirt politiku ta' Muscat? Din hija l-aktar mistoqsija kardinali li m'aħniex se nwieġbu. Huwa żgur li l-aqwa indikazzjoni ta' min se jmexxi 'l quddiem lill-PL għal snin oħra ta' suċċess se jkun min se jkun wara min u l-intenzjoni ta' min hemm warajhom. Mill-erbgħa li qed jissemmew hemm min hu kapaċi jwettaq (a doer), hemm min għandu balagalja politika naqra tqila, hemm min nafu ftit li xejn dwaru jew dwarha (forsi wisq ftit) u hemm min iġib l-innovazzjoni. Hu x'inhu ħafna se jiddependi fuq min se jkun hemm wara l-kandidati u x'inhuma l-aspettattivi tagħhom. miftuħ għalih. L-aħħar mossa ta' Muscat Għalissa l-ambizzjonijiet politiċi ta' Muscat fl-Ewropa ħadu daqqa 'l isfel. Imma dan ma jfissirx li kollox mitmum għall-ambizzjonijiet ta' Muscat barra minn Malta. Hemm opportunitajiet oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 September 2019