Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST 'LEWWEL TURI RRIŻULTATI ... IMBAGĦAD TIBNI' Nr 678 • 13 ta' Ottubru 2019 Aqra iktar f 'paġna 3 Impjegati tal- HSBC ordnati ma jitkellmux mal-midja... iżda l-ILLUM tistaqsihom Ara paġna 5 ILPROVINĊJA A g o s t i n j a n a għadha qed tik- kunsidra t-triq 'il quddiem fil- każ tal-eks kap- pillan Patri Deo Debono li nhar it-Tnejn li għadda ammetta li seraq pitturi mill-kunvent tal-Agostinjani tal-Belt Valletta u anke mill-Monasteru ta' Santa Katarina fil-Belt ukoll. L-ILLUM għamlet kuntatt mal-Pronvinċjal tal-Agostinjani Patri Leslie Gatt biex tistaqsih jekk issa li ammetta u nstab ħati, hux se jkunu qed jieħdu passi ulterjuri fil-konfront ta' Patri Deo, jekk hux se jitħalla jirritorna l-kunvent u jekk hux se jerġa' jitħalla jqaddes fil-pubbliku. It-tweġiba tal-Provinċjal għal dawn il- mistoqsijiet kollha kienet: "Għadna qed nikkunsidraw it-triq 'il quddiem." L-ILLUM staqsiet ukoll lill-Kurja, li saħqet li bħala reliġjuż (jiġifieri membru ta' ordni reliġjuż) Patri Deo Debono se jibqa' jiġi segwit mill-Ordni Agostinjana, li, permezz tal- Provinċjal, tinsab f 'kuntatt mal-Arċisqof. Malli kienu ħarġu l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Patri Deo, l-Arċisqof immedjatament neħħa lil Patri Deo minn kappillan tal-parroċċa ta' Santu Wistin tal- Belt Valletta u bi qbil mal-Provinċjal kien ukoll ordna li Patri Deo ma jibqax jeżerċita l-ministeru saċerdotali fil-pubbliku sakemm jibqgħu pendenti l-investigazzjonijiet. Patri Deo ttella' l-Qorti nhar it-Tnejn li għadda u ammetta minnufih. Huwa ngħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi u ġie ordnat iħallas €9,500 lill-persuna li laħqtet xtrat mingħandu l-oġġetti misruqa. Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Ian Farrugia qal ukoll li Patri Deo għadda minn umiljazzjoni u rikatt, tant li jidher li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan. ati tal- tistaqsihom Ara paġna 5 TIBNI' TIBNI' Meta mistoqsi mill-gazzetta ILLUM dwar jekk l-Università Amerikana ta' Malta għandhiex titħalla tibni estensjoni tal-kampus u dormitorju f 'Bormla, il-Ministru għall- Edukazzjoni Evarist Bartolo jgħid iswed fuq l-abjad li din għandha l-ewwel turi bil-fatti li tassew hemm bżonn għal dawn il-faċilitajiet X'se jsir minn Patri Deo?