Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
I l-faqar u l-ħsara ambjentali huma relatati. Qishom tewmin, inkella ż-żewġ naħat tal- istess munita. Il-faqar jiġġenera ħsara ambjentali filwaqt li l-ħsara ambjentali inevitabbilment twassal għall-faqar. Dan kien enfasizzat minn Indira Gandhi, dak iż-żmien Prim Ministru tal-Indja, meta fl-1972, fi Stokkolma, indirizzat konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent Uman. Din hi wkoll it-tema ewlenija tal-eko-enċiklika Laudato Si tal-Papa Franġisku, kif ukoll l-argument bażiku tas-Sinodu tal-Isfqijiet tar-Reġjun tal-Amażonja li preżentment għaddej f 'Ruma. Il-konferenza ta' Stokkolma kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha dwar materji ambjentali internazzjonali. Kienet ix- xrara li kebbset l-iżvilupp tal-politika ambjentali internazzjonali. Fi ftit kliem, il-politika soċjali u dik ambjentali huma interrelatati: huma dak li l-għeruq Latino Amerikani tat-teoloġija tal-liberazzjoni jiddeskrivu bħala 'ekoloġija integrali'. Maurice Strong, Segretarju Ġenerali tal-konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ambjent Uman fi Stokkolma kiteb, fil-memorji tiegħu, dwar kemm u kif id- diskors ta' Indira Gandhi fil- konferenza mhux biss baqa' mfakkar imma fuq kollox kemm kien influwenti. It- tema li Gandhi żviluppata b'komunikattiva kbira kienet dwar kif "il-faqar hu l-ikbar sors ta' tniġġis". Kienet enfasizzat b'qawwa: "kif qatt nistgħu nikkonvinċu lin-nies fl-irħula u fil-griebeġ biex iżommu l-ibħra, ix-xmajjar u l-arja ndaf u ħielsa mit- tniġġis, meta ħajjithom hi kollha kemm hi tniġġisa waħda?" Il-ħajja hi katina. Aħna l-bnedmin niffurmaw parti integrali min-natura. Saħħitna hi riflessjoni tas- saħħa tan-natura. Id-dmugħ tagħna huma d-dmugħ tal- istess natura. Leonardo Boff, il- Franġiskan Brażiljan, esponent ewlieni tat- teoloġija tal-liberazzjoni, jitkellem ċar ħafna biex jiddeskrivi dan, saħansitra fit-titlu tal-ktieb influwenti tiegħu tal-1995: "Il-karba tal-art, il-karba tal-fqir" (Grito da Terra, Grito dos Pobres.) L-argumenti f 'dan il-ktieb kienu influwenti kemm fl-eko-enċiklika ta' Jorge Bergoglio kif ukoll fis-Sinodu tal-Isfqijiet tal-Amazonja li għaddej bħalissa. Il-ħsara ambjentali għandha impatt enormi fuq il-kwalità tal-ħajja tagħna lkoll. Fuq il-ħajja ta' kulħadd ħlief ta' dawk il-ftit li jaħtfu għalihom u għal ta' madwarhom vantaġġi ekonomiċi jew ta' xorta oħra u fl-istess ħin jitfgħu l-piżijiet fuq ħaddieħor. Il-ħsara ambjentali hi strument għall-inġustizzja soċjali. Il-ħarsien ambjentali hu, għaldaqstant essenzjali biex tissaħħaħ il-ġustizzja soċjali. Id-dinja li qed ngħixu fiha hi d-dar komuni tagħna: flimkien magħha għandha futur komuni. Kull ħsara li nagħmlu fin-natura tispiċċa lura fuqna. Bħal min jobżoq lejn is-sema, u tgħallem li dak li jagħmel dejjem jiġi lura f 'wiċċu! Hemm l-impatti diretti bħal meta l-arja tant meħtieġa għan-nifs tkun imniġġsa, inkella meta l-ilma jkun ikkontaminat, jew ħaxix inkella ħut li jkun imniġġes minħabba diversi fatturi ambjentali. Imbagħad hemm l-impatti indiretti li jieħdu ż-żmien biex jimmaterjalizzaw. Bħat-tibdil fil-klima. L-emissjonijiet tal-karbonju ilhom jakkumulaw għal mijiet ta' snin b'mod li jidher, minn diversi studji, li qed noqorbu lejn xi waħda kbira. Bħala riżultat tat-tibdil fil-klima qed nissograw impatti katastrofiċi: żieda fit-temperatura u silġ li jdub b'mod aċċelerat fil- poli u fil-Grenlandja b'mod partikolari: dawn iwasslu għal żieda sostanzjali fil- livell tal-baħar. Il-vulnerabbli u l-foqra jkunu dawk li l-iżjed ilaqqtuha. L-istati gżejjer żgħar fil-Paċifiku diġà qed jgħaddu minn din l-esperjenza. Għandna speċi ġdida ta' immigranti: ir-refuġjati tal-klima li qed jaħarbu minn impatti ambjentali li jridu jissaportu mingħajr ma kkontribwew għalihom. In-natura, kif nafu, tirritalja b'qawwa kontinwament biex tirrestawra bilanċ. M'għandhiex għażla. Lanqas ma tiddiskrimina. Dan hu kollu frott tar- rgħiba. Hi frott ta' viżjoni li ma tħarisx fit-tul. Viżjoni li ma titlifx opportunità waħda biex issarraf vantaġġi li jistgħu jinkisbu malajr bla ma jkun hemm l-iċken idea tal- impatti fit-tul. In-natura hi kapaċi tipprovdi għall-ħtiġijiet ta' kulħadd. Imma ma tistax tissodisfa r-rgħiba fit-tul. F'din il- komunità ekoloġika jeħtieg li mhux biss ningwalawha man-natura, mal-ambjent immedjat tagħna, imma iktar mal-ambjent fit-totalità tiegħu, mal-ambjent integrat. Dan jista' jsir biss jekk jirnexxilna nifhmu u nagħtu kas tal-weġgħat tan-natura. Carmel Cacopardo hu ċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 18 Opinjoni Preavviż tal-Miżuri MI.20 għall-Programm Operattiv ta' Malta għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industrija tas-sajd u l-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-pubbliku ġenerali li l-iskema ta' għajnuna għas-sajjieda Mizura 1.20 ser tiġi varata il-Ħamis fit-24 ta' Ottubru 2019.Din il-miżura hija immirata għal sajjieda li huma sidien tal-bastimenti tagħhom, sabiex jinvestu fit-tagħmir jew abbord, effiċjenza enerġetika u skemi, studji għal valutazzjoni tal-kontribut tas-sistemi ta' propulsjoni alternattivi u disinji tal-bwieq fir- rigawrd tal-effiċjenza fl-enerġija tal-basitmenti tas-sajd. Artiklu 41(1) – Miżura I.20 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tad-tibdil fil-klima Investimenti abbord, effiċjenza enerġetika u skemi ta' awditjar, studji Din Il-miżura għandha allokazzjoni totali ta' €150,000.00 f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid u tnaqqas din l-allokazzjoni. Applikanti prospettivi jistgħu jniżżlu l-Formulta tal-Applikazzjoni u dokumenti relevanti mill-web link tad-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi: www.eufunds.gov.mt / www.eufundsmalta.gov.mt mill-Ħamis, 24 ta' Ottubru 2019. Sessjoni ta' Informazzjoni għal applikanti prospettivi ser ssir fil-Ħamis, 24 ta' Ottubur 2019. Formula ta' Reġistrazzjoni ser tkun disponibbli fil-web link msemmi. Entitijiet interesseti għandhom jirreġistraw billi jibagħtu e-mail lil fpd.meae@gov.mt jew ċċempel tel. 2200 1108, mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 18 ta' Ottubru 2019. Il-Post u l-ħin tas-sessjoni tal-informazzjoni ser tiġi kkomunikata mill-Awtorita' tal- Immaniġġgjar lis-sajjieda li jirreġistraw għas-sessjoni Aktar informazzjoni tista' tiġi mitluba permezz ta' email lil (fpd.meae@gov.mt), jew tel. 2200 1108, jew mis-sit (http://www.eufundsmalta.gov.mt/). Data tal-Publikazzjoni: 11 ta' Ottuburu 2019 Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd Rata ta' ko-finanzjament: 37.5% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 12.5% Fondi Nazzjonali; 50% Fondi Privati* Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Il-karba tal-art, il-weġgħat tan-natura CARMEL CACOPARDO Għandna speċi ġdida ta' immigranti: ir-refuġjati tal- klima li qed jaħarbu minn impatti ambjentali li jridu jissaportu mingħajr ma kkontribwew għalihom