Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 ĠURNATA wara l-Baġit, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-Finanzi, Mario de Marco biex titkellem miegħu dwar dak li l-Partit Nazzjonalista ppropona u qiegħed jistenna mill- Baġit u anke biex tiċċara miegħu x'inhi l-pożizzjoni tal-PN fuq diversi suġġetti. Bdejt nistaqsi lil de Marco dwar l-aħbar ewlenija ta' din il-ġimgħa, jiġifieri li l-bank HSBC se jagħlaq seba' fergħat madwar Malta biex jinvesti aktar fis-sistemi bankarji diġitali. Fi stqarrija, il-PN kważi kważi tefa' t-tort fuq il- Gvern, anke jekk l-HSBC qed jieħdu miżuri simili f 'pajjiżi oħra. Ma jaħsibx li l-PN qed ikun wisq negattiv u jara kif se jitfa' kollox fuq il-Gvern? Mario de Marco insista li jekk wieħed jara l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, l-Oppożizzjoni ma kinitx qed titkellem fuq l-HSBC biss, iżda tkellmet fuq din l-aħbar f 'kuntest ta' aħbarijiet oħra li ġraw fis-settur bankarju fl-aħħar sena. Semma fost oħrajn, l-aħbar li l-Bank of Valletta għalqet numru ta' kontijiet ta' kumpaniji tal-igaming, l-aħbar li d-Deutsche Bank waqqaf ir-relazzjoni tiegħu mal-BOV, il-kwistjoni tas- Satabank, tal-Pilatus Bank u oħrajn. "Il-problemi li l-Oppożizzjoni ilha tara fis-settur bankarju mhumiex problemi ta' bank, iżda meta teħodhom f 'kuntest kollettiv tirrealizza li mhux kollox huwa sewwa fis-settur bankarju," insista l-kelliem. Iżda ma kienx ikun aktar għaqli u aktar attwali kieku qabdu u tkellmu fuq l-aħbar tal-HSBC? De Marco wieġeb li l-PN kien kawt u ma riedx li jkun sensazzjonali. "Ma ħadniex din l-aħbar f 'iżolament, iżda mal-istejjer kollha fis-settur bankarju...Hemm xi ħaġa li mhux sejra tajba. Jekk trid ekonomija li tkompli tikber, trid settur bankarju li huwa qawwi, konsistenti, robust, b'saħħtu u li għandu, fuq kollox, reputazzjoni b'saħħitha," insista d-Deputat. "Ma tistax tieħu dawn l-aħbarijiet f 'iżolament." Fi kliemu, ma tistax ma tinkwetax li l-BOV għalaq il-kontijiet ta' diversi kumpaniji tal-igaming. "Min huma l-banek li issa se jaqdu lil dawn il- kumpaniji?" staqsa. "Ma għandi xejn kontra li bank ikun kawt, imma llum il- ġurnata jekk titkellem mal-professjonisti minn dawn il-kumpaniji, isemmulek li sar impossibbli li jiftħu kont bankarju." Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC, Andrew Beane qal li l-aħbar mhijiex li l-HBSC se jagħlqu seba' fergħat iżda li qed jinvesti fil-futur bankarju. Allura dan ma jwaqqax l-argument tal-Partit Nazzjonalista? "Jekk qed jagħlaq seba' fergħat mhux qed jinvesti. Il-fatt li se jagħmel fergħa kbira fil-kwartieri tiegħu stess huwa investiment, iżda fl-istess ħin qed jagħlaq l-investiment f 'seba' fergħat," insista de Marco. 'Il-PN mhux kontra l-ħaddiema barranin' Qlibna d-diskors fuq id-dokument li l-PN ressaq bi proposti qabel il-Baġit. Id- dokument huwa sabiħ u professjonali, forsi l-aħjar wieħed li l-PN ippreżenta fl-aħħar snin. Ma' de Marco tkellimt fuq proposti tajbin u proposti oħra li fihom, il-PN kien xi ftit jew wisq vag. Bdejt bil-ħaddiema barranin. Id- dokument jisħaq li l-pajjiż jeħtieġ jattira ħaddiema ta' livell għoli. Imma l-PN kif se jikkontrolla liema ħaddiema jiġu? Min se jagħmel dawk ix-xogħlijiet li l-Maltin ma jridux jagħmlu? "Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex kontra l-ħaddiema barranin. Li qed jgħid huwa li rridu noqogħdu attenti li ma nġibux ħaddiema barranin sempliċiment biex inkabbru l-ekonomija," weġibna de Marco. Kompla jispjega kif f 'Malta hawn aktar minn 60,000 ħaddiem barrani, jiġifieri 28% tal-ħaddiema. Filwaqt li saħaq li fih innifsu dan mhux ħażin, insista li dan jista' jġib konsegwenzi, aktar u aktar għax fi żmien ħames snin il-Gvern irid iġib 60,000 ħaddiem barrani ieħor. 'Mater Dei ma jiflaħx aktar...' "Insa l-problema tal-konġestjoni tat-traffiku, l-isptarijiet tagħna ma jifilħux. Mater Dei ġie ddisinjat għal popolazzjoni ta' dak iż-żmien. Mater Dei diġà qed ikollu problemi," spjega d-Deputat. Iżda hawn waqqaftu u fakkartu li l-Mater Dei bnieh Gvern Nazzjonalista. Allura qed jgħid li l-PN ma ppjanax għall-futur? "Mhux aħna li kellna l-intenzjoni li nkabbru l-ekonomija bil-popolazzjoni. Aħna kabbarnieha billi ġibna setturi ġodda bħas-servizzi finanzjarji, l-igaming u l-avjazzjoni," wieġeb. Kompla jfakkar li l-għadd u l-kwalità tal-ħaddiema li qed jiġu qed ikollu effett dirett fuq l-akkomodazzjoni. "Koppja żagħżugħa Maltija, trid tikkompeti ma' disa' ħaddiema li jridu l-istess post," insista de Marco. 'Irridu npoġġu l-partiti u niftehmu fuq viżjoni ekonomika għal 20 sena' Kien hawn li insista li l-pajjiż irid jattira barranin ta' ċertu livell li mingħandhom il-Maltin jistgħu jitgħallmu biex għada pitgħada jkunu huma li jieħdu dawk l-impjiegi li jrendu. "Għandna bżonn viżjoni ekonomika mhux għal sena, lanqas għal leġislatura waħda, iżda fit-tul," saħaq id-Deputat. Kien hawn li appella biex iż-żewġ partiti jpoġġu bilqiegħda u jiftehemu fuq viżjoni ekonomika għal 20 sena, biex hekk, partit li jkun fil-Gvern, ikun qed jimplimenta din il-viżjoni. Semma l-iskejjel, l-MCAST u l-Università u staqsa jekk dawn hux qed jippjanaw il-korsijiet tagħhom skont il- ħtiġijiet ta' għaxar snin oħra. "Meta aħna dħalna fl-Unjoni Ewropea kellna viżjoni ta' fejn irridu naslu. Ridna nkabbru l-esportazzjoni, nattiraw is-servizzi finanzjarji u aktar. Ma stajniex nibqgħu niddependu fuq il-manifattura jew is-settur turistiku biss," spjega de Marco. "Ħadd ma rrealizza li l-igaming kien se jkollu s-suċċess li kellu. Vera li ġew barranin, iżda barranin li jixtru proprjetà ta' valur, li jieklu barra, li jmorru jixtru u allura jdawru r-rota." Kien għalhekk li reġa' appella biex filwaqt li nitkellmu fuq il-barranin, nitkellmu fuqhom f 'kuntest ta' fejn irridu naslu aħna. "Ħadd mhu qed jgħid biex inwaqqfu l-barranin," tenna. "Imma mhux titkellmu għalxejn? In-nies x'jimpurtahom? Mhux tajjeb sejrin?" staqsejna lil de Marco. "L-ekonomiji huma dejjem ċikliċi. Allaħares pajjiżna, wara li kiseb l-Indipendenza straħ biss fuq it-turiżmu jew il-manifattura," weġibna. 'Il-passaport tagħna ġie abbużat kontra l-interess ta' pajjiżna' Kien hawn li semma l-Programm taċ-Ċittadinanza b'Investiment u staqsa fejn hi l-attività ekonomika li din qed toħloq. Semma wkoll il-blockchain u saħaq li sena wara, suċċessi ma hemm kważi xejn. Waqqaftu ftit mid-dokument biex nistaqsih fuq il-Programm tal-IIP. Staqsejtu fejn hu l-Partit Nazzjonalista fuq dan is-suġġett. L-ewwel qal li kontra, imbagħad qal li jżommu imma jemendah u issa qed jerġa' jappella lill- Gvern biex iwaqqfu. Xi jrid eżatt? "Il-Partit Nazzjonalista mill-ewwel ġurnata kien kontra l-bejgħ taċ- ċittadinanza," wieġeb minnufih, iżda fakkartu mill-ewwel li Simon Busuttil kien qal li se jżommu. "Imma b'ċertu riżervi," kompla jweġibna. Insista li fl-aħħar ġimgħat ħareġ ċar li l-biżgħat li kellu l-Partit Nazzjonalista saru realtà. "Rajna persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija u ġew akkużati b'akkużi serji ta' ħasil ta' flus. Rajna li l-passaport tagħna ma ġiex użat għall- ġid tal-pajjiż, iżda ġie abbużat kontra l-interess ta' pajjiżna," insista de Marco, waqt li fakkar fl-aħħar allegazzjonijiet kontra d-ditta legali Chetcuti Cauchi. "Il-Gvern qed jibbilanċja l-kotba ta' pajjiżna bis-saħħa tal-flus li ġejjin mill-bejgħ taċ-ċittadinanza. Irridu nibbilanċjaw il-kotba ta' pajjiżna mill- bejgħ tal-passaporti? Il-mument li ssir dipendenti mill-bejgħ taċ-ċittadinanza, allura se jkollok pressjoni qawwija biex tbigħ aktar u dan huwa kontra l-interess tagħna stess," saħaq id-Deputat. Min iħaddem kif laqa' l-proposti dwar is-sick leave u s-sahra? Lura għad-dokument, il-PN għandu Intervista illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi Ġurnata qabel il-Baġit, l-ILLUM tiltaqa' ma' Mario de Marco. Tistaqsih dwar l-aħbar tal- HSBC, il-proposti tal-PN għall-Baġit, l-IIP, it-tieni anniversarju mill-mewt ta' Daphne u l-futur tal-PN Jisħaq li l-PN għandu bżonn lil kulħadd

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019