Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

Minn Liam Carter MISTOQSI minn din il- gazzetta dwar għandux jiġi approvat il-permess għall- estensjoni tal-Università Amerikana f 'Bormla, il- Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo sostna li fl-opinjoni tiegħu l-Università għandha l-ewwel turi bil-fatti li tassew għanda bżonn dik il-faċilità. Mal-ILLUM huwa saħaq, "dik hija responsabbiltà tal-Awtorità tal-Ippjanar. Personalment nemmen li l-ewwel għandha turi bil-fatti li tassew se jkollha bżonn faċilità ta' dak id-daqs għall-istudenti tagħha." Il-ġimgħa l-oħra din il- gazzetta żvelat kif it-tmexxija tal-AUM mhix ċerta x'se tagħmel jekk il-PA tissiġilla d-deċiżjoni kontra l-estensjoni tal-kampus f 'Bormla. Dan għaliex ġimagħtejn ilu l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar iddikjara li huwa kontra din l-estensjoni kontroversajli, iżda ġaladarba l-applikazzjoni kienet ġiet approvata mill-uffiċjal inkarigat mill-każ, id-deċiżjoni finali se tkun qiegħda tittieħed f 'seduta oħra. Ta' min jinnota wkoll li meta mistoqsi dwar il-bżonn ta' din l-estensjoni fid-dawl ta' numru 'fqir' ta' studenti, il-President tal-AUM Lewis Walker saħaq mal-ILLUM li għalkemm f 'dan il-waqt m'għandhomx bżonn l-estensjoni u l-bini ta' erba' sulari dormitorju, l-Università trid isserraħ moħħha li jkollha spazju biżżejjed għal meta jirnexxielha ġġib numru kbir ta' studenti. Bartolo bi kliem iebes għall-AUM fil-Parlament Din il-ġimgħa waqt li l-Parlament kien qed jiddiskuti l-abbozz ta' liġi dwar l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla spikka l-intervent tal-Ministru Bartolo li sostna li mhuwiex sodisfatt bl-istess AUM. Bartolo qal li bl-esperjenza tiegħu issa sar 'allerġiku' għal min jiġi hawn u jiddikjara li se jġib eluf kbar ta' studenti. "Ninkwieta min jgħidli hekk. Li twaqqaf Università mhux qisek qed tiftaħ garaxx tax-xogħol," irrimarka l-Ministru. Żied jgħid li biex twaqqaf u tmexxi Università mhix ċajta u li Malta għandha tipproteġi r-reputazzjoni tagħha u tara li l-affarijiet isiru tajbin. Fl-istess diskors huwa ħoloq paragun u faħħar istutizzjonijiet edukattivi oħra li skontu ġew Malta u kattru suċċess fis-skiet. "Nistagħġeb meta ninnota li fil- London School of Commerce diġà ggradwaw bl-MBA 500 student minn 80 pajjiż differenti." L-iżvilupp li jridu jagħmlu l-AUM spjegat Sentejn ilu l-AUM kienet issottomettiet applikazzjoni għall-iżvilupp fil-bini biswit il-kampus attwali u żvilupp ta' dormitorju fi Triq San Pawl, Bormla propju viċin it-telgħa li tagħti għall-belt tal-Isla. Meta mbagħad żmien wara bdew il-laqgħat bejn l-Awtorità tal- Ippjanar u l-partijiet interessati, kemm il-Kunsill tal-Isla kif ukoll il-Kunsill ta' Bormla kienu esprimew ir-riżervi tagħhom dwar dan il-proġett u l-impatt tiegħu fuq il-komunità tal- Kottonera. Fl-istess waqt, id-deputat Laburista Glenn Bedingfield, li hu wkoll resident tal-Kottonera semma leħnu għal kemm-il darba fil-Parlament dwar din il- kwistjoni. F'Awwissu mbagħad il-materja eskalat, hekk kif ma' din il-gazzetta Bedingfield kien esprima t-tħassib tiegħu dwar din l-applikazzjoni u ġie kkwotat jgħid li l-bini propost huwa wisq kbir għall-ftit studenti, li l-binjiet eżistenti għandhom ikunu biżżejjed għall-AUM u li se jkun qed jgħatti d-daħla tal-Isla. Kien ippropona li l-iżvilupp isir f 'siti alternattivi Interessanti l-fatt li mal- ILLUM huwa kien saħansitra ppropona żewġ siti alternattivi għall-iżvilupp tad-dormitorju; il-Palazz tal-Kaptan tal-Galjuni fix-xatt tal-Birgu u l-Fortizza tas-Salvatur fil-Kalkara. Din il-proposta kienet sabiex appoġġ qawwi mill-għaqda ambjentali Flimkien Għal Ambjent Aħjar li fi stqarrija kienet qalet li tinsab fi qbil totali mal-proposta ta' Bedingfield. F'rapport separat konna żvelajna li s-sidien tal-Fortizza tas-Salvatur kienu jinsabu lesti jinnegozjaw mal-Gvern dar l-esproprijazzjoni tal-Fortizza. Rebħa għal Bedingfield u l-Kottonera Intant, ġimagħtejn ilu f 'laqgħa mqanqla, il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar iddikjara li huwa kontra l-estensjoni tal- Università Amerikana fil-Baċir Numru Wieħed. Waqt din is- seduta, iċ-Chairperson tal-PA Vince Cassar esprima riżervi kbar dwar din l-estensjoni u l-bini quddiem il-fortizza ta' San Mikiel u saħansitra d-dormitorju propost fi Triq San Pawl. Filwaqt li Clayton Bartolo f 'isem il-Gvern saħaq li huwa inaċċettabbli li dan il-bini jgħatti l-fortizza storika ta' San Mikiel. Madanakollu kif hawn spjegat fil-bidu ta' dan l-artiklu, ġaladarba l-applikazzjoni kienet ġiet approvata mill-uffiċjal inkarigat mill-każ, id-deċiżjoni finali se tkun qiegħda tittieħed f 'seduta oħra. Ir-reazzjoni tal-AUM Il-ġimgħa l-oħra din il- gazzetta tkellmet ukoll mal- President tal-AUM Lewis Walker li meta mistoqsi dwar l-eventwalità li s-sentenza preliminari tal-Awtorità tal- Ippjanar tkun ikkonfermata fis- seduta li jmiss stqarr li "għadna m'aħniex ċerti x'se nagħmlu. Ma nistax ngħid fiċ-ċert jekk nappellawx jew le." Intant fuq l-argument li l-Università m'għandhiex bżonn dan il-bini, minħabba l-fatt li s'issa n-numru ta' studenti għadu fjakk, Walker iddefenda l-AUM u qal, "ma nistgħux inġibu aktar studenti mingħajr ma jkollna l-ispazju u li d-dormitorju huwa fundamentali għall-operat tal- Università." 3 Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet 'L-AUM għandha turi bil-fatti li għandha bżonn dik il-faċilità' Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo jistqarr mal-ILLUM li jemmen li qabel jingħata l-permess għall-bini tal- estensjoni tal-kampus tal-AUM f'Bormla, din għandha turi bil-fatti li… Il-Ministru u l-PM waqt l-inawgurazzjoni tal-kampus tal-AUM f 'Bormla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019