Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
11 Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 | illum Aħbarijiet 11 Aħbarijiet sarx mill-Baġit 2019 Il-Ministeru għall-Finanzi Il-Ministeru għal Għawdex Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Il-Ministeru għat-Turiżmu Il-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Miżuri li twettqu Tkomplew jingħataw ir-rifużjoni ta' taxxa u daħħlu fis-seħħ il-benefiċċji lill-membri tal-forzi tas-sigurtà f 'każ ta' inċident fatali jew diżabbilità. Apparti minn hekk familji li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel privati ngħataw żieda fit-tnaqqis fit-taxxa. Miżuri li ma twettqux L-investiment f 'X-Ray Van għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jidher li għadu ma sarx. L-istess għall-investiment għall-bini ta' canine compound f 'Ħal Far. Miżuri li twettqu Tul din is-sena dan il-Ministeru daħħal fis-seħħ diversi riformi importanti fil-Qrati fosthom l-aċċessibbilità għas-servizzi tal- Qrati u awtonomija amministrattiva. Fl-istess waqt għall-ewwel darba studenti setgħu jżuru mużewijiet ta' Heritage Malta mingħajr ħlas. Ġie stabbilit ukoll qafas regolotarju għall-użu tal-kannabis fi skopijiet mediċinali. Miżuri li twettqu Bdiet tingħata allowance addiz- zjonali biex ittaffi l-piż tal-akkomo- dazzjoni f 'Malta u Għawdex. Miżuri li twettqux Jidher li l-Ministeru għal Għawdex għadu qed jiddiskuti l-possibbiltà li entitajiet ekkleżjastiċi joffru numru ta' postijiet ta' akkomodazzjoni għal studenti Għawdxin f 'Malta. Miżuri li twettqu Tul is-sena li għaddiet tkompliet il-promozzjoni għall- enerġija rinnovabbli permess ta' diversi skemi. Apparti minn dan tkomplew jingħataw inċentivi lil familji li qed jirrestawraw il-bir tad-dar tagħhom u għat-tibdil ta' appliances lil dawk il-familji vulnerabbli. Miżuri li ma twettqux Il-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima għall-perjodu 2020-2030 sabiex jiġu identifikati numru ta' azzjonijiet ħalli jintlaħqu l-miri Ewropej għadu f 'stat ta' diskussjoni. Apparti minn din, il-miżura li tissaħħaħ id-distribuzzjoni tal-elettriku f 'diversi ċentri fosthom Paceville u Marsaskala baqgħet ma saritx. Miżuri li twettqu Tul din is-sena komplew ix-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni f 'diversi bajjiet madwar Għawdex u f 'ċertu każi nħolqu jew ġew estiżi bajjiet ġodda. Sar ukoll investiment f 'faċilitajiet ġodda fosthom f 'changing rooms u showers. Miżuri li ma twettqux Fost il-miżuri li ma twettqux insibu l-programm ta' tisbiħ ġewwa Paceville li skont l-aħħar aġġornament jidher li għadhom qed jiġu evalwati l-working drawings mill-perit inkarigat. Miżuri li ma twettqux Fost il-miżuri li ma twettqux, insibu l-bini ta' faċilità ġdida li tieħu post il-Material Recovery Facility li kienet inħarqet. Attwalment mistenni jingħata kuntratt lill-konsulenti tekniċi sabiex jippreparaw il-bażi ta' disinn. Fl-istess waqt ix-xogħol fuq l-istrateġija nazzjonali għall-Ambjent baqa' ma bediex. Miżuri li twettqu Fost il-miżuri li daħħlu fis-seħħ insibu, żieda fiċ- childrens allowance bi dħul gross anqas minn €20,000, għotja ta' €300 lil dawk li għandhom 75 sena u għadhom jgħixu fid-djar. Komplew jingħataw ukoll ħlasijiet għal anomaliji li setgħu nħolqu tul is-snin u saret riforma fl-assistenza għal diżabbilità għal persuni li ma jistgħux jaħdmu aktar. Apparti minn hekk, daħlet fis-seħħ il-miżura li se tkun qed tgħin individwi ta' 'l fuq minn 40 sena jsiru sidien ta' darhom permezz ta' sussidju. Miżuri li ma twettqux Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin dwar skema li tagħti inċentiv fiskali lis- sid permess ta' tnaqqis ta' taxxa fuq il-bejgħ ta' kirja affordabbli għall-perjodu ta' seba' snin. Miżuri li twettqu Sar investiment fl-immodernizzar tal-vetturi tal- korp filwaqt li ssaħħet aktar is-sigurtà fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin b'investiment f 'body scanners. Miżuri li ma twettqux Jidher li l-miżura mwiegħda sabiex isir xogħol estensiv fit-titjib tal-Infrastruttura tat-Taqsima Forensika u xiri ta' apparat aktar modern baqa' ma sarx. Attwalment il-Ministeru qiegħed jistenna l-apparat forensiku jasal Malta u fl-istess waqt, il- permess ta' żvilupp. Miżuri li twettqu Tul din is-sena tkomplew jingħataw l-aħħar pagamenti ex gratia għal min kien irreġistra l-vettura tiegħu fl-2008. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq it-toroq kollha tal-pajjiż, ingħatat it-talinja card għall-istudenti kollha irrispettivament mill-età tagħhom. Miżuri li ma twettqux Fost il-miżuri li ma twettqux insibu, xogħol f 'postijiet ta' landing tal-ferry li attwalment il-Ministeru għadu qiegħed jistudja l-pjanijiet minħabba l-elementi naturali.