Illum previous editions

ILLUM 13 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Minn Yendrick Cioffi Bla dubju ta' xejn, isem Bormla huwa magħqud ħaġa waħda mal-Immakulata Kunċizzjoni u l-festa li huma jiċċelebraw fit-8 ta' Diċembru. Madanakollu, ftit jafu li fil- 15 ta' Ottubru, il-Bormliżi jiċċelebraw ukoll il-festa ta' Santa Tereża ta' Avila. Il-festa ta' Santa Tereża ta' Avila tiġi ċċelebrata fil-knisja antika u storika ddedikata lilha u li hi mmexxija mill-Patrijiet Karmelitani Skalzi, magħrufa bħala t-Tereżjani. Mhijiex festa kif imdorrija biha. Festa esterna ma ssirx u lanqas ma ssir purċissjoni iżda tiġi ċċelebrata festa interna bl-akbar solennità fi knisja mżejna minn kollox. Bħal kull ħaġa li tmiss ma' Bormla, anke din il-festa hija għal qalb il-Bormliżi u għalhekk l-ILLUM għażlet li żżur ukoll il-festa ta' Santa Tereża ta' Avila. Il-knisja ta' Santa Tereża Jekk il-festa ta' Santa Tereża issir fil-Knisja biss u ma jsirux ċelebrazzjonijiet esterni, ma jfissirx li d-dilettanti ma għandhomx x'jaraw. Apparti s-solennità kbira li biha tiġi ċċelebrata din il-festa, il-knisja ta' Santa Tereża hija ġojjell fiha nnifisha u armata għall-festa fiha għaxqa. F'Bomla, il-Karmelitani Skalzi ilhom mijiet ta' snin. Fil-fatt dawn ġew Malta fl- 1418 u bnew l-ewwel kunvent tagħhom fil-limiti tar-Rabat. Madwar 60 sena r-riforma Karmelitana mmexxija minn Tereża ta' Avika, il-Karmelitani Skalzi ċċelebraw l-ewwel quddiesa f 'Bormla, fil-post fejn kellhom jinbenew knisja u kunvent. Il-knisja hija mżejna b'diversi opri artistiċi mill-aqwa. Ma jistax jonqos li fi knisja tal-Karmelitani Skalzi, ma jkunx hemm artal iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu. Il-pittura x'aktarx li hija xogħol Mattia Preti jew il-Bottega tiegħu. Giuseppi D'Arna pitter ukoll pittura mill-isbaħ li turi l-preżentazzjoni tal-Madonna fit-Tempju. Fil-knisja, wieħed isib skulturi importanti tal-injam, jiġifieri l-bust ta' Marija Addolorata xogħol Mariano Gerada, Kristu Mejjet ta' Xandru Farrugia, San Elija ta' Pietru Pawl Azzopardi u statwa mill-isbaħ ta' San Ġwann tas-Salib li x'aktarx hija xogħol l-iskultur famuż Spanjol Gregorio Fernandez. Knisja armata sa snienha u kwadru titulari ġdid Jekk it-toroq ta' Bormla ma jintramawx għal din il-festa, għax iċ-ċelebrazzjonijiet isiru fil-knisja biss, il-knisja hija waħda armata sa snienha. Huma ħafna dawk id- dilettanti li f 'dawn il-jiem iżuru din il-knisja biex japprezzaw l-armar rikk li jżejjinha, ibda mid-damask li reġa' sar mill-ġdid fl-aħħar snin u anke l-linef tal-kristall li trid seba' għajnejn biex tarahom. Dan apparti l-gandlieri, il-fjuretti, il-ventartali u r-rakmu li jżejnu kull rokna 14 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 Festi Il-Bormliżi jiċċelebraw lil Santa Tereża fi knisja antika u storika mżejna b'kollox Anke jekk mhijiex festa kif nifhmu aħna l-Maltin, illum din il- gazzetta se tkun qed iżżur il-festa ta' Santa Tereża ta' Avila ċċelebrata f'Bormla matul din il-ġimgħa Il-knisja armata għall-festa X'nafu dwar il-vara ta' Santa Tereża? Il-vara mill-isbaħ ta' Santa Tereża ta' Ġesù, inħadmet fil-kartapesta mill-Bormliż Ġużeppi Caruana, magħruf bħala l-Marċjol. Din il-vara kienet tbierket nhar it-3 ta' Ottubru tal-1954, jiġifieri 65 sena ilu. L-istatwa, inkluż l-anġlu żgħir ħdejn sieq Santa Tereża, kienet swiet 47 lira. Il-pedistall li fuqu tistrieħ l-istatwa, inħadem f 'Bolzano mid-ditta Vincenzo Moroder e Figli Scultori. Dan sar fl-1958. Id-dijadema tal-fidda saret fuq disinn tal-Abram Gatt. Din kienet tħallset mit-Terzjarji Karmelitani rġiel ta' Bormla iżda kienet saret għall-istatwa l-antika fl-okkażjoni tat-300 sena mill-Kanonizzazzjoni ta' Santa Tereża fl-1922. Is-salib pettorali li jżejjen lil Santa Tereża fil-ġranet tal-festa kien tal-Kanonku Dun Anton Zammit. Il-vara hija mżejna wkoll b'erba' fjuretti u girlanda tal-ganutell li saru minn Patri Martin Borg O.C.D. L-ewwel knisja fid-dinja ddedikata lil Santa Tereża Qabel ġie spjegat kif l-ewwel quddiesa tal-Karmelitani Skalzi f 'Bormla saret fuq is-sit fejn kellhom jibnu knisja u kunvent, 60 sena wara r-riforma Karmelitana ta' Santa Tereża ta' Avila (ara aktar dettalji dwar dan fl-istorja tal- qaddisa 'l quddiem). Fil-fatt x'aktarx li dik f 'Bormla hija l-ewwel knisja ddedikata lil Santa Tereża ta' Ġesù. Iżda l-kunvent tal-Karmelitani Skalzi f 'Bormla huwa importanti wkoll għax għal madwar 150 sena serva bħala Kulleġġ Internazzjonali għall-Patrijiet Karmelitani Skalzi li xtaqu jmorru l-missjoni. F'dan il-kunvent, il-missjunarji kienu jistudjaw il-lingwi. Hu mifhum li madwar 250 missjunarju rċieva l-formazzjoni tiegħu f 'dan il-kunvent. Il-vara artistika ta' Santa Tereża ta' Avila POST TA' HIGHER CLERICAL OFFICER FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI (Permess tal-Jobsplus Nru. 694/2019) L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għal grad ta' Higher Clerical Officer. Il-Persuna magħżula se tiġi impjegata fuq bażi full-time u tkun mistennija li taħdem mhux inqas minn erbgħin siegħa fil-ġimgħa. Kull min japplika għandu jkollu grad ta' Diploma fil-livell ta' MQF 5 preferibbilment fil-Management jew Studji Legali. Applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: Riżorsi Umani (Jobsplus 694/2019) Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali Il-Palazz, Pjazza San Ġorġ, Il-Belt, Valletta jew ibgħat email fuq: ag@gov.mt L-applikazzjonijiet irridu jaslu mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgha, 18 ta' Ottubru 2019.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 October 2019