Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1176244
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2019 Ħarsa lejn dak li sar u li ma sarx L-ILLUM tagħti ħarsa lejn uħud mill- aktar miżuri interessanti li saru s-sena l-oħra u telenka dawk li saru u dawk li għadhom ma sarux. DIN il-ġimgħa waqt konferenza stampa, is- Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar spjega kif din is-sena l-Gvern wettaq 74% mill-miżuri tal- Baġit 2019. Din ir-rata hi simili għar-rati ta' implimentazzjoni li ġew irreġistrati fl-aħħar ħames snin, hekk kif dan l-eżerċizzju ta' kontabbilità issa sar appuntament annwali. Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM tat ħarsa lejn il-miżuri tal- Baġit 2019 u elenkat uħud mill-aktar miżuri interessanti u relevanti li twettqu kif ukoll oħrajn li ma twettqux. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L-Uffiċċju tal-Prim Ministru Il-Ministeru għall- Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji Żgħar Il-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol Il-Ministeru għall- Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Il-Ministeru tas-Saħħa Miżuri li twettqu Tul din is-sena twaqqfet entità speċjalizzata għall- Fintech fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Apparti minn hekk ġie ffirmat l-istatut ta' Tech.mt u b'hekk ġiet imwaqqfa uffiċjalment il- fondazzjoni li tippromovi l-qasam ta' 'disruptive technologies.' Miżura oħra li fil-fatt immaterjalizzat kienet dik li l-Gvern jattira kumpaniji tal-eSports. Miżuri li ma twettqux Miżura li s'issa għadha ma twettqitx hi dik li Identity Malta tibda testendi s-servizzi tagħha f 'Għawdex. Miżuri li twettqu Matul din is-sena tkompliet ħidma tal-Gvern fuq il-liġi ġdida dwar il-kummerċ ħieles, bl- għan li jitwaqqfu żoni ġodda bħal tal-Freeport. Filwaqt li tkompla l-pjan ta' azzjoni li jgħin lil start-ups jikbru permess tal-iskema Seed Investment. Miżuri li twettqu Fost il-miżuri li twettqu nsibu żieda fl-istipendji tal-istudenti, tneħħija tal- eżamijiet ta' nofs is-sena, tneħħija tal-ħlas minn fuq l-eżamijiet tal-Matsec u tas- Sec u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport għall-għaxar snin li ġejjin. Miżuri li ma twettqux Miżura li ma twettqitx kienet dik li jiġi fformulat qafas ta' assigurazzjoni ta' kwalità għax-xogħol tal-apprentistat li jiżgura li kull min jagħmel parti minn programmi ta' taħriġ ikun lest biex jintegra ruħu fid-dinja tax-xogħol. Miżuri li twettqu Fost il-miżuri li twettqu nsibu żieda ta' €2.33 fil-ġimgħa u l-għotja ta' ġurnata oħra frank lill-ħaddiema. Fuq nota simili, ġiet issupplementata l-paga minima nazzjonali li b'hekk impjegati b'paga minima jittellgħu minnha wara li jkunu ilhom sena fl- impjieg. Miżuri li twettqu Din is-sena, il-Gvern investa f 'makkinarju ġdid fil-Bank Nazzjonali tad-demm filwaqt li sar irrinovar estensiv f 'diversi bereġ madwar Malta u Għawdex. Apparti minn hekk miżura interessanti li twettqet kienet dik li l-Gvern beda jilqa' talbiet għall-mediċini ta' mard rari li ma jkunux fuq il-formolarju tal-Gvern. Miżuri li ma twettqux Fost il-miżuri li ma twettqux insibu l-investiment fil-klinika tas-saħħa mentali fit-Tramuntana ta' Malta, kif ukoll ċentru fil-komunità li jippermetti li pazjenti li jbatu minn problemi ta' saħħa mentali, jibqgħu jgħixu fil-komunità. Jidher li l-Ministeru għadu qiegħed jidentifika l-binja u fl-istess waqt qed issir analiżi ta' liem pazjenti jibqgħu jgħixu ġewwa Monte Carmeli u liem jistgħu jgħixu fil-komunità. Apparti minn dan, għadhom għaddejjin diskussjonijiet interni dwar reklutaġġ tar-riżorsi umani u sejħa għall- offerti għall-bini ta' sptar ġdid fil-viċinanzi ta' Mater Dei.