Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
12 intervista YENDRICK CIOFFI Jekk hawn saċerdot Malti li huwa maħbub minn kulħadd, bla dubju ta' xejn dan huwa Monsinjur Victor Grech. Dun Victor, kif jippreferi li n-nies issejjaħlu, huwa l-fundatur tal-Caritas u minkejja li llum jgħodd id-90 sena, jistqarr mal-ILLUM li ma joqgħodx kwiet jekk ta' sikwit ma jmurx jitkellem mar-residenti fil-programmi tar- riabilitazzjoni tad-droga. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Monsinjur Grech wara li qaddes il- quddiesa tat-tmienja fil-parroċċa tal- Ibraġġ. Domna it nistennewh, għax wara l-quddiesa jibqa' fil-knisja biex isellem wieħed wieħed u waħda waħda lil dawk kollha preżenti. Kważi kważi minn taħt l-ilsien, b'għajnejh jixegħlu, Dun Victor beda jirrakkonta magħna kif bdiet il-missjoni tiegħu ma' dawk il-persuni li jbatu mill- vizzju tad-droga. Fil-fatt, jistqarr magħna, li lanqas biss kienet tgħaddilu minn moħħu li din kellha tkun il-missjoni ta' ħajtu. Wara kważi 20 sena rettur tas- Seminarju, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, kien talbu biex jieħu f 'idu s-Segretarjat Ħidma Soċjali u ta' Karità. "L-idea tiegħu ma kinitx id-drogati. Kienet aktar mifruxa," spjega. "Ridt li nara x'inhuma l-ħtiġijiet tan-nies li jħossuhom imwarrba fis-soċjetà... ridna nidħlu u mmissu l-pjagi tas-soċjetà." L-ewwel ħidma ta' Dun Victor, fl-1977, kienet fiż-żona tal-Belt, fejn flimkien maż-żgħażagħ li ħarreġ bl-għajnuna ta' esperti barranin, beda jidħol fid-djar tan- nies biex jiem aħjar il-qagħda u l-isfidi tan-nies u l-familji. Allura kif beda l-ħidma tiegħu man- nies bil-vizzju tad-droga? Fi kliemu, kienet esperjenza providenzjali. "Darba sejħuli grupp ta' żgħażagħ minn Tas-Sliema. Riedu li niltaqa' magħhom f 'dar f 'Tas-Sliema. Kienu madwar 25 tfajliet u ġuvintur. Dħalt u nsibhom kollha bilqiegħda mal-art. Kont għadni ma nafx għaliex sejħuli," kompla jirrakkonta. "Qaluli li kollha kellhom il-problema tad- droga u li l-problema fl-inħawi fejn kienu jgħixu kienet qed tikber." Minn hemm bdiet il-ħidma ta' Dun Victor mal-persuni bil-vizzju tad-droga. Fil-fatt, dawn kienu l-ewwel persuni li daħlu fl-ewwel dar residenzjali li it wara fetaħ fil-Furjana. "L-idea bdiet minn hemm. Għamel xi ħaġa għalina Hu," qalli kważi kważi bid- dmugħ f 'għajnejh. "Mhux jien fittixthom. Ġew huma għandi." Jibda jitkellem u jhedduh b'ħajtu... Kien żmien fejn ħadd ma kien jitkellem fuq il-problema tad-droga. "Dak iż-żmien kienu jħarsu lejha bħala problema tas-sinjuri u mhux tan- nies komuni. Allura la l-Istat u lanqas il-Knisja ma kienu jitkellmu. Niakar li l-Istat ħa l-ewwel inizjattivi tmien snin wara li aħna l-ewwel ċentru għar- riabilitazzjoni," kompla Monsinjur Grech. Il-fatt li filli ħadd ma kien qed jitkellem dwarha u f 'daqqa waħda Dun Victor beda jagħfas u jiaħ għajnejn is-soċjetà fuq din il-kwistjoni ma tantx niżlet tajjeb ma' kulħadd, tant li dawk li setgħu marru minn taħt heddewh, saħansitra b'ħajtu. "Kont nitkellem fuq ir-radju. Kont nitkellem fil-miuħ. Minn dejjem hekk kont. Mhux xi wieħed li noqgħod naħbi dak li naħseb. Kont tkellimt. Kien hemm min kien qed imexxiha u ma ħax gost. Irċevejt diversi ittri anonimi. Waħda minnhom kienet iebsa ħafna. Kienet theddida ċara għal ħajti: Jekk ma tagħlaqx ħalqek aħna lesti li nneħħuk min-nofs," irrakkonta Dun Victor. Anke jekk hu rriuta, il-Kummissarju tal-Pulizija ried li jagħtih skorta 24 siegħa kuljum. "Kien riskju li ridt nieħu fil-ħajja. Ma ngħidx li ma bżajtx ta. Speċjalment l-ewwel xahar. Kont inħalli l-karozza barra u meta ndaħħal iċ-ċavetta kont nibża' li nsib xi splussiv u jtajjarni. Jiena bqajt nitħaddet xorta u bqajt nistieden nies u żgħażagħ bil-problema biex jitkellmu fuqha u l-gravità tagħha," kompla jgħid. 'Min kien imexxi d-droga kien jinħeba ... illum jagħmel dan fil-miftuħ' Għaddew ħafna snin. Nistaqsih dwar sejbiet rekord ta' droga f 'Malta. Iżda dawn, allura, ma jfissrux li hawn numru rekord ta' nies jieħdu d-droga? Għandna sitwazzjoni allarmanti? Filwaqt li faħħar il-ħidma tal-Pulizija f 'dan il-qasam, Monsinjur Victor Grech insista kif minkejja s-sorveljanza li hawn, il-problema tant kibret u daħlet fid-djar u fil-postijiet tad-divertiment, li llum, tmur fejn tmur se ssibha. "Dahri ridt tkun trid tagħmel sforz biex tkun taf min qed imexxiha. Illum il-ġurnata mhux wieħed jew tnejn hawn. Mijiet ta' nies li qed imexxu d-droga, f 'kull lokalità. Qabel min kien imexxi d-droga kien jinħeba ... illum il-ġurnata fil-miuħ isiru dawn l-affarijiet, f 'parties, tiġijiet," kompla Dun Victor. Apparti minn hekk fakkar kif minkejja li qabel kienet l-aktar popolari l-kannabis u l-eroina, illum infirxet ħafna l-kokaina, anke għax ma għandhiex l-effetti immedjati ta' drogi oħra. "Kulħadd jaf li meta għandek professjonista jew nies li għandhom ċerta responsabbilità fil-pajjiż u li jieħdu l-kokaina regolari, tistenna li se jkun hemm riperkussjonijiet anke fix-xogħol tagħhom. Għalina dan allarmanti," kompla jgħid il-fundatur tal-Caritas. 'Il-problema qed tikber anke fost it-tfal' Dun Victor spjega kif is-sena li għaddiet biss, resqu quddiem il-Caritas 671 persuna, anke sempliċiment biex jitkellmu u mhux neċessarjament biex jagħmlu programm. "Ma hemmx etajiet jew klassi. Saret problema ta' kulħadd. Jiġu anke żgħażagħ li jkollhom inqas minn 18-il sena. Fil-fatt, Dun Victor Grech. Għandu 90 sena u l-ħidma fil-Caritas man-nies bil-vizzju tad-droga għadha l-missjoni ta' ħajtu. Kif beda jaħdem ma' dawk bil-vizzju? Jinkwieta meta xi ħadd jerġa' jaqa' fil- vizzju? Ħabs jew riabilitazzjoni? U llum x'qed jagħmel? IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Kulħadd jaf li meta għandek professjonista jew nies li għandhom ċerta responsabbilità fil-pajjiż u li jieħdu l-kokaina regolari, tistenna li se jkun hemm riperkussjonijiet anke fix-xogħol tagħhom 'Anke fl-aktar nies żarmati hemm