Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
26 sport Lara Buttigieg u l-vjaġġ tagħha minn widien fondi għall-muntanji għolja "Sitt snin ilu dħalt għal dan il-vjaġġ li ħadni minn widien fondi għall-muntanji għolja. Dawn kollha huma toroq li xtaqt naqbad u li għamilt minn kollox sabiex inwettaqhom. L-ewwel ħolma tiegħi -isport baqgħet dejjem li nirrappreżenta lil pajjiżi barra minn Malta. Kont ferm viċin li nilħaq din l-ambizzjoni iżda proprju meta kont qed nippakkja l-bagalji, skoprejt li kelli ksur l-qasba ta' sieqi. Meta saruli t-testijiet meħtieġa skoprejt li kont qed insofri minn osteopenia. Issa li sar magħruf dan kollu, il- possibbiltà li mmur barra minn xtutna u fuq kollox inkompli dan l-isport, kompliet tonqos. Kont imkissra kemm żikament kif ukoll psikoloġikament. Kienet Dr Danica Bonello Spiteri li intervjeniet lwaqt li kompliet tagħtini kuraġġ u ħeġġitni biex nerġa' nibda ntellaq. Hi kienet se tikkowċjani, xi ħaġa li ma kinitx faċli tagħmilha. Minkejja kollox qatt ma qatgħet qalbha minni. L-ewwel li għamlet kien li għaqdet tim u semmietu Elite Sports Triathlon Team u ħdimna imkien bla heda. Dr Spiteri kienet qed tuża l-iktar metodi moderni li kienet ġabet mill-belt ta' Leeds, post fejn l-aħwa Brownlee u diversi atleti Olimpiċi kienu tħarrġu. Sa -aħħar waslet il-ħolma li tant kont ili naħdem għaliha. Irnexxieli nirrappreżenta lil Malta -Xterra World Championship li saru f 'Abruzzo. Kont verament kuntenta u ridt inkompli nibni fuq dak li diġà ksibt. Ridt nieħu sehem l- kategorija Elite u bdejt proprju minn dan l-avveniment. Madankollu kont naf li dan kollu ma kienx se jkun faċli. Is-sena ta' wara ma tantx mort daqshekk tajjeb tant li għal sentejn sħaħ ma stajtx inżomm mal-wirjiet mistennija minni. Wara dan kollu, bdejt dan l-istaġun bit-tama li nerġa' nilħaq l-aqwa rekords personali tiegħi. Bdejt is-sena 2019 b'taħriġ intensiv u b'xi rebħ li tawni kuraġġ għalkemm f 'kull tiġrija kont kull darba naqa'. Min-naħa tiegħi jien ma qtajtx qalbi u bdejt ni oka sabiex nasal għall-kampjonati nazzjonali tat-Triathlon bl-aqwa mod possibbli. Bdejt inġib iktar kun denza ja nnifsi għalkemm kont naf li se nsib kompetizzjoni iebsa. Bdejna din l-avventura t- Triathlon. Jien bdejt ngħum kemm ni aħ iżda ma kienx biżżejjed. Ħriġt mill-ilma r-raba' pożizzjoni, żewġ minuti wara r-rebbieħ. Minkejja kollox, ma qtajtx qalbi u transizzjoni mill- aktar pożittiva ressqitni lejn it-tielet post. Mort mal-ewwel għar-rota u qdi kemm aħt iżda d-distanza kompliet tiżdied. Kull min kien minn ta' quddiem, kienu rġiel veloċi u min-naħa tiegħi jien kont waħdi nikkontendi t-tiġrija ma' dawn l-istess atleti maskili. Għalkemm bħala tim ma konniex b'saħħitna daqs ir- rebbieħa, xorta għamilna li stajna sabiex innaqqsu d-distanza. Minkejja li kien hemm mumenti fejn kont qed niddubita l-kapaċitajiet tiegħi xorta bqajt nirsisti. Kif jgħidu, id-dubju hu l-akbar għadu tal-atleta u għalhekk tħarriġt sabiex nuża metodi biex nelimina dawn l-inċertezzi. Sirt konxja bit-tibdiliet tattiċi li kelli nagħmel waqt it-tiġrija u dawn kienu fundamentali sabiex xprunawni dejjem għall- aħjar. Bdejt inżid l-ġiri tiegħi u proprju -aħħar dawra minn sitta, irnexxielna nilħqu lill- atleta li kien fuq quddiem. Minkejja kollox, kien għad fadal dawra oħra x'nagħmlu. Għal darb'oħra bdejt niddubita mis-saħħa li kelli f 'saqajja u kemm kont psikoloġikament b'saħħti. U kien hawnhekk li rġajt użajt tattiċi psikoloġiċi li tgħallimt sabiex nerġa' niġi kif kont. Bdejt ngħodd il-passi li bdejt nagħmel u rġajt kelli kontroll fuq ħsibijieti. Għalkemm ma kontx f 'pożizzjoni tajba -aħħar transizzjoni, irkuprajt tajjeb tant li kont t-tieni post għal xi ħin. Minn hawn bdejt inħares lejn iż-żraben tal-atleta li kienet qiegħda fuq quddiem u bdejt nis da lili nnifsi sabiex innaqqas id-distanza bejni u bejnha. B'ċertu saħħa barranija rnexxieli nilħaqha u saħansitra ngħaddiha għalkemm saqajja bdew jaħarquni u juġgħuni. Minkejja kollox ma qtajtx qalbi, sfurzajt kemm aħt u rnexxieli nirbaħ din it-tellieqa tant prestiġjuża. Irnexxieli nikkompeti -ewwel kampjonat Olimpiku nazzjonali. Kont fuq il-podju fejn kont se niġi ppreżentata bil-midalja tad- deheb. Kemm aħtu bil-qalb il- ixkun tax-xampanja sabiex niċċelebra! Irnexxieli nispiċċa champion nazzjonali tat- Triathlon u l-iktar atleta li kellha l-ikbar numru ta' rebħiet f 'sena u fejn urejt titjib konsiderevoli. Bdejt l-istaġun noħlom biex nilħaq l-aqwa potenzjal possibbli u spiċċajtu bl-aqwa rekords possibbli f 'kull distanza u dixxiplina. Għall-ewwel darba ġejt inkurunata bħala l-aqwa atleta t-Triathlon. Minkejja li għaddejt minn ħafna inċertezza u problemi, kelli ħbieb li għenuni nilħaq il-milja kollha tiegħi. Nispera li rnexxieli nagħmel lit-tim tiegħu kburi u li ma ddiżappuntajtx lil min emmen ja. Fuq kollox irnexxieli nagħmel unur għal pajjiżi. Sadanittant il-ħolma tiegħi tkompli u issa nixtieq nasal biex nikkompeti -Elite International is-sena d-dieħla. Naf li jekk naħdem qatigħ, il-ħolm kapaċi jsir realtà." IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum