Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 editorjal Issa huwa l-mument! Q egħdin ngħixu żminijiet straordinarji, żminiji- et mhux daqstant sbieħ għall-pajjiż. Żminijiet illi matulhom id-dellijiet li hemm fuq in-nies li qed imexxu lil dan il-pajjiż, fuq persuni fin-negozju u persuni fil-klassi politika b'mod ġenerali jinsabu taħt dell tqil ħafna ta' dubju. Din hija bla dubju ta' xejn l-agħar kriżi li qatt iffaċċja dan il-Gvern u parti minn fejn jinsab illum huwa wkoll tort tiegħu għax baqa' jipposponi l-inevitabbli. Imma lil hinn mill-interessi strettament partiġġjani u l-istrateġija politika, hemm kunsiderazzjoni oħra iktar importanti u li titfa' kollox taħt dellha: il-ġustizzja. Issa li ġejna tant viċin u issa li jidher illi nqabdet waħda min-nies li qed jingħad illi hija parti minn dan il-qtil, l-ewwel kunsiderazzjoni qabel kwalunkwe oħra trid tkun li ma nagħmlu xejn u ma jiġri xejn li jaffettwa ħażin il-kors tal-ġustizzja jew li jidher li qed jaffettwa l-kors tal-ġustizzja. Issa li nfetħet il-kaxxa ta' pandora, ejja ma nagħlquhiex qabel il-verità u l-verità kollha tinkixef. U l-verità għandha toħroġ hu min hu jew hi min hi jew huma min huma mdaħħlin fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dan huwa l-ewwel interess li għandu jkollna. Qabel kollox. It-tieni interess huwa li nżommu l-kalma. Hawn min hu rrabjat u forsi għandu raġun ikun irrabjat għax ngħiduha kif inhi, li investigazzjoni bħal din tasal tant qrib persuni fil-poter hija veramanet għarukaża. Ħadd mhu qed jilgħabha tal- maġistrat hawnhekk, però huwa fatt li 17 Black hija ta' Yorgen Fenech. U sa issa ħarġu stejjer, mhux ikkontestati b'fatti oħrajn il-kuntrarju illi minn 17 Black kienu se jgħaddu l-miljuni biex imbagħad allegatament jgħaddu għand il-kumpaniji ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. Fenech, biex tgħaxxaq kien direttur tal-Electrogas, il-kumpanija li spiċċat f 'nofs kontroversja fuq allegazzjonijiet ta' tixħim. Alla jbierek, ir-rappreżentant ta' Nexia BT kien qed jigdeb meta qal li se jsiru tranżazzjonijiet ta' eluf kuljum lil 17 Black u Macbridge, target clients tal-istess Schembri u Mizzi? Issa aħna avukati m'aħniex, imma lanqas aħna fidili! Li jkun arrestat il-bniedem fil- qofol ta' din l-istorja kollha hija inkwetanti u ġġiegħlek tirrabja iva. Iżda dan ma jiġġustifikax il- vjolenza, partikolarment minn nies li tant kienu jgħajru lill-PL u l-GWU biha. Ma jiġġustifikax li protesta titlef il-kontroll b'dak il-mod. Hemm bżonn il-kalma, inkella l-qiegħa se tisħon u se nitilfu kontroll. Dan huwa l-mument tal-konvinzjoni mhux tal- konfrontazzjoni. Huwa l-mument fejn is-soċjetà ċivili tingħata spazju veru, mhux partiġġjan u kredibbli fejn isemmgħu leħinhom u jirrabjaw, mhux tisma' l-paniġierki minn nies li bir-rispett kollu, meta l-PN kien fil-Gvern kellhom mhux suba' imma id, fil-fonti. L-aħħar interess huwa li l-Gvern jitnaddaf u joħroġ minn taħt din l-isħaba sewda u kerha li qed tagħmillu tant ħsara, lilu u lill-pajjiż! Mhuwiex ġust li l-partit jegħreq biex isalvaw ftit. Mhuwiex ġust li l-ġid kollu li sar jindifen taħt ir- rgħiba, il-ħabi u l-ingann. Mhuwiex ġust li dan il-Gvern li tela' b'tant ħeġġa u enerġija jkollu legat daqstant dubjuż. Mumenti diffiċli jitlolbu deċiżjonijiet diffiċli! Issa huwa l-mument li dawk id-deċiżjonijiet jittieħdu, għall-ġustizzja, għall- familja Caruana Galizia, għall-Partit Laburista u l-legat ta' dan il-Gvern u fl-aħħar mill-aħħar għal pajjiżna! Issa l-mument. Jew issa jew qatt! illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019