Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
06 analiżi IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa kienet iddominata, mill-ġdid fuq il- kwistjoni tal-Panama Papers, iżda din id-darba l-kwistjoni kollha ddur mal-kumpanija 17 Black hekk kif sidha, jiġifieri Yorgen Fenech kellu d-dgħajsa interċettata filwaqt li hu kien arrestat. L-ewwel rapporti mill-ewwel bdew jindikaw li fil-fatt Fenech ġie arrestat fuq is-suspett fondat li kien parti mill-assasinju ta' Daphne Caruana Galizia. Minn hemmhekk qamu l-irwiefen, bdew l-għajtiet ta' riżenji u l-borma politika li kienet diġà qed tbaqbaq wara diversi kwistjonijet u kontroversji (immigrazzjoni, permess għal villa fil-Qala, Keith Schembri ...) bdiet tfur. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-effetti politiċi possibbli li jista' jkollu dan il-każ hekk kif ikompli jiżvolġi f 'kuluri u dellijiet differenti. Il-PM joħroġ iktar b'saħħtu minn din Wieħed mix-xenarji politiċi possibbli huwa li l-Prim Ministru, minkejja kollox, joħroġ aktar b'saħħtu minn din il-biċċa xogħol. Nibdew mill-fatt illi Muscat wera lilu nnifsu, matul is-snin bħala politiku li jissopravivi minkejja sfidi li jistgħu jidhru li huma kbar wisq. Muscat salva l-ħruġ tal- Panama Papers, skandlu internazzjonali li wassal għal diversi riżenji u minkejja kollox (jekk mhux ġiet favurih) salva l-kwistjoni ta' Egrant. Il-ħruġ tal-istorja dwar Egrant għolliet it-temperatura politika b'mod qawwi ħafna, b'prattikament kulħadd f 'Malta jitkellem dwar l-allegazzjonijiet. Minkejja dan iżda, fl-aħħar mill- aħħar in-nies lil Muscat emmnu jew inkella jekk ma emmnuhx fuq Egrant xorta ħassew illi jekk hix tiegħu jew le hija ta' it konsegwenza għalihom. Fl-2017 reġgħu vvutawlu b'maġġoranza ta' kważi 40,000 vot. Minkejja s-serjetà tal- konnessjonijiet bejn Fenech u Schembri kif ukoll Mizzi, Muscat jista' jiddependi fuq diversi fatturi. L-ewwel nett Muscat jista' jgħid b'element ta' kunfidenza u fattwalità li żamm mal-kelma tiegħu li mhux se jħalli xejn mistur u għall- fortuna. Muscat jista' jikkredita lilu nnifsu bil-fatt illi minkejja kull kritika kontra, il-każ beda jinkixef biċċa, biċċa. Ta' min wieħed jiaħ parentesi storika u jfakkar illi jekk il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jkun solvut, inkunu ktibna l-istorja bl- ewwel qtil 'politiku' soluvut mit- tiri li qala' Raymond Caruana u l-ittra bomba ta' Karin Grech. It-tieni nett, minkejja li diġà hemm konnessjoni politika permezz ta' 17 Black, Muscat jista' jgħid, fil-fatt kif diġà qal, m'hemm xejn li jgħaqqad l-assasinju ta' ġurnalista ma' xi ħadd fil-Gvern. Huwa allura jinnewtralizza l-kampanja ta' Repubblika illi fiha l-implikazzjoni li lil Daphne qatilha xi ħadd mill-Gvern hija wisq ovvja biex tkun injorata. Muscat jaf ukoll illi jekk jibqa' Mexxej Laburista u PM l-elezzjoni ġenerali fi żmienha għad fadallha madwar tliet snin oħra. Fi tliet snin ix- xenarju politiku jaf ikun kompletamenmt differenti minn dak ta' dawn l-aħħar ġimgħat. Il-PM jidgħajjef u ma jirkuprax Possibilità oħra politika hija li l-kuntrarju tal-ewwel, jiġifieri l-PM Muscat jiddgħajjef grazzi Din il-ġimgħa kienet iddominata mill-arrest tas-sid tal-kumpanija 17 Black. Dan l-iżvilupp kruċjali u jaħraq jista' jgħolli jew ikisser filwaqt li jista' jagħti skop għal partiti. L-ILLUM tħares lejn ix- xenarji politiċi li jistgħu jseħħu fiż-żmien li ġej Yorgen Fenech: L-effetti u x-xenarji