Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 analiżi IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum MILL-MONARKIJA SAL-JAM TA' FTIT LI XEJN ĊAQLIQ FIR-RENJU UNIT CORBYN L-ILLUM tkompli tagħti ħarsa lejn il-kampanja elettorali tar-Renju Unit. X'ġara fl-ewwel dibattitu? Min rebaħ? Corbyn iċċaqlaq? YENDRICK CIOFFI Il-kampanja elettorali fir-Renju Unit din il-ġimgħa kienet iddominata mill- ewwel dibattitu bejn il-Prim Ministru Boris Johnson u l-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn, dibattitu li ma biddel xejn. Kif irrappurtat il-gazzetta ILLUM fl- aħħar ġimagħtejn, id-distakk bejn il- Partit Konservattiv u l-Partit Laburista, dejjem skont is-sondaġġi, mhuwiex żgħir. Għalhekk, tista' tgħid li Boris Johnson seta' biss għaxxaq kollox u Jeremy Corbyn kellu l-opportunità li jċekken id-distakk. Iżda xejn minn dan ma seħħ. Interessanti, u dan ikkummentaw fuqu diversi opinjonisti, kienet l-udjenza li nfaqgħet tidħak kemm-il darba bid- dikjarazzjonijiet taż-żewġ mexxejja. Forsi dan irrifletta wkoll kif qed iħossuhom il-votanti Brittaniċi li quddiemhom, kif qalet din il-gazzetta bħal-lum ħmistax, ma tantx għandhom xi għażla spettakolari. Kif wieħed kien jistenna, iż-żewġ politiċi ma qablux fuq Brexit u s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa li, kif rajna bħal- lum ġimgħa, ukoll huwa kruċjali f 'din l-elezzjoni. It-tnejn li huma kienu kawti meta mistoqsija dwar il-monarkija u l-aħħar allegazzjonijiet li qed jiffaċja l-Prinċep Andrew, dwar relazzjoni sesswali ma' tfajla ta' 17-il sena. Brexit ... x'qalu Johnson u Corbyn? Brexit ħa parti sostanzjali mid-dibattitu li segwewh madwar seba' miljun persuna. Kif qed jagħmel tul il-kampanja kollha, Johnson iwiegħed li jekk jingħata mandat u maġġoranza komda fil-Parlament, se "jtemm din il-miżerja nazzjonali" waqt li insista li l-Partit Laburista qiegħed joffri biss diviżjoni. Lanqas Corbyn ma qal xejn ġdid. Insista li jarmi fil-ġenb il-ehim innegozjat minn Johnson u jinnegozja ehim ieħor biex ir- Renju Unit jibqa' viċin aktar tal-Unjoni Ewropea fejn jidħol is-suq waħdieni, fost oħrajn. Tenna, li fl-aħħar mill-aħħar, iħalli lill- pubbliku jiddeċiedi u għalhekk isejjaħ referendum ieħor. Battibekki dwar is-settur tas-saħħa Anke jekk Johnson, f 'kull opportunità li kellu, żeffen lil Brexit fin-nofs, Corbyn deher aktar lest biex jitkellem fuq kwistjonijiet oħra meqjusa importanti f 'din l-elezzjoni, fosthom is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa. "Inti se tbigħ is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa lill-Istati Uniti," qal Corbyn lil Johnson waqt li tkellem fuq "sensiela ta' laqgħat sigrieti" bejn il-Gvern u l-Istati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019