Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport X-Waters (Malta) Open Water Swim – suċċess lokali f'avveniment internazzjonali Iktar minn 200 għawwiem barrani, ħa sehem fl-X- Waters Malta, għawma li saret fl-ibħra Malti, bejn Malta, Għawdex u Kemmuna. Il-proġett X-Waters inġieb f 'Malta permezz ta' inizjattiva mill-Agones SFC b'kollaborazzjoni mal- Birkirkara St. Joseph Sports Club. Dan tal-aħħar hu klabb li ġabar ħafna snin ta' esperjenza fl-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet tal-Open Water f 'Malta. Il-parteċipanti, li kienu jirrappreżentaw 14-il pajjiż, fosthom il-Brażil, setgħu jagħżlu minn tliet distanzi - 6km (Għawdex - Malta), 2.3km (Kemmuna - Malta) u dawra ta' 1km qrib ix-xatt tal-Marfa. L-għawwiema ltaqgħu ma' kundizzjonijiet tat-temp favorevoli partikolarment f 'Għawdex sa Kemmuna. Kurrenti qawwija qrib Marfa ħolqu l-ikbar sfida fir-rotta kollha tat-tellieqa. Minkejja t-tellieqa meqjusa bħala waħda barra mill- istaġun għall-komunità tal- għawm lokali, Malta kienet irrappreżentata minn 32 atleta - riżultati notevoli ġew irreġistrati minn Isabelle Zarb u Richard Zerafa fl-għawma ta' 6km, filwaqt li Felicienne Mercieca u Roberto Russo ġew l-ewwel Maltin fit-tellieqa ta' 2.3. km. "Ir-riżultat ta' dan il-proġett huwa sodisfaċenti ħafna. Is- suċċess jista' jistqies fuq żewġ livelli – waħda hija l-isforz tagħna biex inpoġġu lil Malta bħala destinazzjoni sportiva għall-atleti internazzjonali, u l-oħra hu l-provvediment għal-lokali, l-opportunità li jtellqu kontra qasam varjat ta 'għawwiema barranin," spjega Warren Muscat, Direttur ta' X-Waters (Malta). "Barra minn hekk, dan l-avveniment ra lill- klabbs tal-Agones u Birkirkara St Joseph jingħaqdu u jaħdmu flimkien sabiex jitwettaq dan l-avveniment". X-Waters Malta kienet ko- ospitata minn Agones SFC u Birkirkara St Joseph Sports Club u appoġġjata minn Garmin Malta, Visit Gozo, Olimp Sport Nutrition, Nyoo Destination Wellness, Gozo Sports Board u l-Ministeru għal Għawdex. 12-il avveniment X-Waters bħalissa qed isiru f 'sitt pajjiżi madwar l-Ewropa u l-Lvant Nofsani. L-avveniment 2020 X-Waters Malta se jsir bejn is-16 u s-17 ta' Ottubru tal-istess sena. IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019