Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
08 analiżi IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum YENDRICK CIOFFI Din il-ġimgħa bdiet bl- aħbar illi Melvin euma, intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kien lest li jixef informazzjoni fir- rigward ta' dan id-delitt, wara li l-istess euma ġie arrestat mill-Pulizija. Il-Prim Ministru tkellem it wara u qal li lest jagħtiha din il- maħfra, basta euma jgħid u juri xi provi għandu. Muscat qal li għamel dan waħdu. F'serje ta' żewġ artikli, il- gazzetta ILLUM qed tħares lejn l-aktar żewġ maħfriet Presidenzjali famużi fl-istorja politika kontemporanja, jiġifieri l-każ tal-allegazzjonijiet ta' tixħim fix-xiri taż-żejt meta ngħata maħfra George Farrugia u l-ġimgħa d-dieħla nagħtu ħarsa lejn l-attentat ta' qtil fuq l-Assistent Personali tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami. L-aħħar maħfra presidenzjali 'taħraq' li ngħatat f 'Malta kienet dik mogħtija lil George Farrugia, b'rabta mal-każ ta' tixħim fix-xiri taż-żejt, liema każ bħal donnu ma jistax jara tmiem. Farrugia kien ingħata l-maħfra presidenzjali fi Frar tal-2013 bil- għan li jikxef l-informazzjoni kollha li kien jaf dwar dan il- każ kbir li heżżeż mhux biss lill-Enemalta iżda lill-Gvern ta' Lawrence Gonzi, partikolarment lill-Ministru Austin Gatt. Min hu George Farrugia? X'kien il-każ? Kienet il-gazzetta oħt MaltaToday li f 'Jannar tal-2013 żvelat kif il-kumpanija ġgant Trafigura għaddiet pagamenti, permezz ta' kont bankarju Żvizzeru, lil kumpanija f 'Ġibiltà li s-sid tagħha kien l-eks konsulent tal-Enemalta u l-eks Kap Eżekuttiv tal-MOBC Frank Sammut. Implikat ukoll fil-każ Tankred Tabone, dak iż-żmien Chairman tal-Enemalta. Fil-qalba ta' kollox, bħala intermedjarju, kien hemm George Farrugia, aġent tal- kumpaniji Trafigura u Totsa. Emails u dokumenti tal-bank, fost oħrajn kollha jikxfu kemm in-negozjant George Farrugia kien lagħab parti importanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill- Enemalta għax-xiri taż-żejt. L-istess emails kienu juru kif il-kumpaniji ġganti taż-żejt Total u Trafigura kienu jaħdmu viċin ħafna ta' uffiċjali għolja fl-Enemalta, Frank Sammut u Farrugia nnifsu. George Farrugia mhux biss kien iżomm kuntatt mal- partijiet kollha, iżda anke ltaqa' mal-uffiċjali tal-Enemalta u ŻEWĠ PRESIDENZJALI IMMA STORJA DIFFERENTI: TIFTAKRUH LIL GEORGE FARRUGIA? MAĦFRIET Trafigura, Totsa, żejt u Austin Gatt. L-istorja tal-maħfra Presidenzjali lil George Farrugia fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt