Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

Fis-sena 2013, Frozen li introduċejna ma' żewġ aħwa tassew diversi fil-karattru tagħhom, sar l-aktar film animat li daħħal flus minn madwar id-dinja Elsa (vuċi ta' Bell) b'don speċjali li kapaċi tikkrea s-silġ, tkun imkeċċija mill-belt ta' Arendelle meta ma tkunx kapaċi trażżan din il-qawwa tan-natura. Tliet snin wara, issa li sabet mezz kif iżżomm il-bilanċ, tinsab ħerqana terġa' lura biex terġa' tkun ma' oħtha Anna (Menzel) u ħbiebha. Qatt m'għandha kwiet f 'ġisimha, tisma' vuċi f 'moħħha li anki turiha xi avvenimenti tal-passat tagħha. Biex issib it-tifsira ta' dan kollu, timbarka fuq vjaġġ perikoluż lejn postijiet mhux magħrufa, foresti msaħħrin u ibħra perikolużi. Anna, li reġgħet saret qisha ħaġa waħda magħha takkumpanjaha biex flimkien u ma' ħbiebha Kristoff, Olaf u Sven jiskopru x'inhu dan il- misteru. Elsa qed tispera li l-poteri li tippossedi jkunu tajjeb biżżejjed biex jeħilsuha mill-intriċċi li se jiltaqgħu magħhom. Bħax-xogħol ta' 6 snin ilu, Frozen II hu b'xi mod ispirat mill-ħrafa klassika għat-tfal ta' Hans Christian Andersen miktuba fl-1845, The Snow Queen. Dan il-film ġdid jesplora aktar fil-fond ir-relazzjoni ta' bejn iż-żewġ aħwa. Din hija storja emozzjonanti, mimlija umoriżmu, dwar dak li nfittxu min tassew aħna. Din il-produzzjoni hi xi daqsxejn aktar skura minn ta' qabel bil-bdil tal-kuluri skond l-istaġun, fejn il-maturità tal- karattri hi aktar żviluppata. Kristen Anderson-Lopez u Robert Lopez li rebħu l-Oscar għall-Aqwa Kanzunetta Oriġinali fi Frozen, reġgħu kkomponew seba' kanzunetti ġodda għal dan is-sequel. L-effetti speċjali viżwali huma verament eċċellenti, kważi mirakolużi, speċjalment fejn tidħol l-azzjoni tal-ilma. Dawn jikkawżaw spettaklu divertenti li żgur se jsibu posthom fid-diversi kategoriji tal-Academy Awards (Oscars) li jmiss! Żewġ atturi ta' stoffa, film bi premessa ta' ħbiberija romantika li jaqleb fi thriller li jiżvolġi b'mod li ma tistenniehx. e Good Liar hu bbażat minn fuq il-ktieb bestseller, id-debut tal-awtur Nicholas Searle, bl-isem ta' A Reckoning. Roy Courtnay (McKellen), li qabel kien eroj tal-gwerra, issa qed jisloħ il-flus li kull min jafdah. Għalkemm imdaħħal fiż- żmien, issa li għandu 80 sena, qed jimmira li jakkwista somma fenominali... Minn fuq is-sit qed jimmarka lil Betty McLeish (Mirren), armla sinjura. Permezz t'hekk, dawn jibdew jiltaqgħu flimkien, joħorġu jieklu jew għal xi passiġġata, moħħu attent kif se jakkwista l-flus li għandha, għalkemm in-neputi tagħha Stephen (Tovey) donnu mmarka xi ħaġa. Forsi Betty ma tkunx daqshekk fidila daqs kemm tidher. Minn analessi ninnotaw id-dettalji li għamlu lil Roy il-persuna li hi fil-preżent speċjalment meta fil-gwerra kien jopera fl-intelliġenza militari. e Good Liar jippossedi l-ingredjenti kollha biex iżommok kurjuż dejjem attent x'se jseħħ, b'sorpriża kbira lejn l-aħħar. Dawn iż-żewġ atturi qegħdin jidhru flimkien għall-ewwel darba f 'dan id-dramm eċitanti dwar sigrieti li n-nies iżommu mistura u anki l-gideb li qed jgħixu. Wieħed mill-isbaħ films tal- biża' u t-twerwir li rajt bosta drabi (bil-verżjoni integrali fuq DVD) hu e Shining (1980), ibbażat minn fuq il-ktieb tal-awtur rinomat għal dan il-ġeneru ta' film, Stephen King. Doctor Sleep, ukoll xogħol ta' dan il-kittieb, hu s-sequel tal-kapulavur ta' qabel u jkompli l-istorja tat-tifel, Danny Torrence, 40 sena wara t-trawma terribbli li għadda minnha fl- Overlook Hotel, minħabba l-ġenn li ħakem lil missieru f 'dan il-post imsaħħar, magħluq u mbarrat minn barra bis-silġ. Fil-preżent, bħala adult Danny (McGregor) għadu jħoss l-effetti tal-biża' li għadda minnhom dawn is-snin kollha qabel u qed ibati minn dipressjoni kbira waqt li sar ukoll alkoħoliku. Qed jagħmel kull sforz biex jipprova jakkwista xi paċi f 'ħajtu. Danny baqa' msaħħar bl-ispirtu ta' dik il-mara, b'ġisimha qed jitmermer u jinten fil-banju tal-kamra 237 fejn fuq il-bieb kien ra miktub REDRUM - MURDER bil-maqlub. Meta jidhirlu Dick Halloran (Carl Lumbly), il-kok iswed ħabib tiegħu ta' qabel fil-lukanda, li bħalu għandu d-don speċjali u qawwi magħruf bħala shine, jgħidlu biex isakkar l-iħirsa li qed inikktuh f 'kaxxi immaġinarji f 'moħħu. Sadanittant, kult misterjuż: True Knot, immexxi mill-kattiva Rose the Hat (Ferguson), qed joqtlu nies innoċenti li jippossedu d-don fuqhom 'the shining' biex minn nifs li joħroġ minn ħalqhom jakkwistaw l-immortalità. Danny li telaq ix-xorb u jinsab f 'sikktu qed jaħdem fi sptar jgħin lill- pazjenti jmutu trankwilli u b'hekk kiseb l-isem ta' Doctor Sleep. Abra (Curran), tifla sensittiva u stuża bl-istess talent, tinduna kif dan il-kult qatlu lil tifel wara logħba baseball u tmur tfittex lil Danny. Dawn it-tnejn jiffurmaw alleanza soda u jmorru wara dawn il-qattiela vampiri. L-inkontru finali ma' Rose the Hat jeħodhom fil-lukanda Overlook fejn il-biża' palpabblu u t-terrur ta' qabel jerġa' jfeġġ. Waqt li l-aħħar parti ta' Doctor Sleep verament tikkomplimenta l-avvenimenti ta' kważi 40 sena qabel, il-maġġorparti tal-film aktar jixbah xogħlijiet oħra ta' King, bix-xenarju rurali qisu meħud minn Children Of e Corn. Minkejja li atturi stabbiliti bħal Ewan McGregor u Rebecca Ferguson jagħtu interpretazzjonijiet konvinċenti u anki bilanċ lil dan il-film, kważi l-qofol kollu jserraħ fuq spallejn t-tfajla Kayliegh Curran f 'dan id- debut ċinematografiku tagħha. Dawk li bħali jammiraw bil- kbir, għandhom ikunu tassew sodisfatti b'din il-produzzjoni. 23 films illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 FROZEN 2 THE GOOD LIAR DOCTOR SLEEP Films ġodda fis-swali taċ- ċinema minn din il-ġimgħa Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Helen Mirren; Ian McKellen; Russell Tovey; Jim Carter; Mike Lewis. Direttur: Bill Condon. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 110 min. Ċert 15. Vuċijiet Ewlenin: Kristen Bell; Idina Menzel; Jonathan Groff; Evan Rachel Wood; Stirling K. Brown. Diretturi: Chris Buck u Jennifer Lee. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 103 min. Ċert. U Atturi Ewlenin: Ewan McGregor; Rebecca Ferguson; Kyliegh Curran; Emily Alyn Lind; Cliff Curtis; Bruce Greenwood. Direttur: Mike Flanagan. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 151 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019