Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
09 analizi illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 allegatament mal-eks Ministru Austin Gatt u rappreżentanti minn kumpaniji taż-żejt biex jassigura l-bejgħ lill-Enemalta. Invoices minn Trafigura, ippubblikati mill-MaltaToday kienu juru kif anke Farrugia rċieva tixħim, imniżżla bħala "konsulenza," għal bejgħ speċifiku ta' żejt lill-Enemalta. Il-pagamenti kienu depożitati f 'kont bankarju li Farrugia kellu fl-Iżvizzera. F'waħda mill-emails Naeem Ahmed minn Trafigura jgħid hekk lil Farrugia: "As promised I have tried to increase the commission rates, I have been unsuccesful, so for all business for 2004 commissions it must remain 10% and will only increase to 15% for all new business for 2005." Jidher ukoll, kif jixhdu diversi emails u korrispondenzi, li l-istess Farrugia kellu għarfien estensiv fuq il-proċess tat- tendering fl-Enemalta. Għaliex il-maħfra Presidenzjali? Farrugia ngħata l-maħfra presidenzjali xahar wara, bil- għan li jikxef l-informazzjoni kollha li kien jaf dwar tixħim u korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. Fil-fatt, George Farrugia kien żvela dak kollu li kien jaf dwar sistema ta' tixħim li minnha bbenefikaw uffiċjali tal-Enemalta u anke "rigali" li rċevew xi uffiċjali responsabbli mill-proċess tal-privatizzazzjoni tad-diviżjoni tal-petroleum tal- korporazzjoni. Deċiżjoni tal-Kabinett mhux tal- Prim Ministru ... Interessanti, li għall-kuntarju tad-deċiżjoni meħuda mill- Prim Ministru Joseph Muscat, fil-każ tal-allegat intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, id-deċiżjoni dwar il- maħfra presidenzjali mogħtija lil Farrugia ma kienx ħadha l-Prim Ministru Lawrence Gonzi waħdu, iżda kienet deċiżjoni tal- Kabinett. Fil-fatt, stqarrija mill-Uffiċċju tal-President, kienet tgħid li Ġorġ Abela kien qed jimxi mar- rakkomandazzjoni li għamillu l-Kabinett u wara li ltaqa' mal- Avukat Ġenerali Peter Grech u l-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-eks Prim Ministru Gonzi meta kien qed jixhed quddiem il-Kumitat dwar il- Kontijiet Pubbliċi fejn spjega kif id-deċiżjoni dwar il-maħfra Presidenzjali ttieħdet waqt laqgħa tal-kabinett li saret tard billejl. Għall-kuntrarju, il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-każ tal-allegat intermedjarju li lest jikxef informazzjoni dwar il- qtil ta' Caruana Galizia, stqarr li d-deċiżjoni kien qed jeħodha waħdu u mhux se jkun qed jiddiskutiha fil-kabinett. Fi kliemu, għandu delega ġenerali mill-kabinett fuq deċiżjonijiet simili. Qal li minħabba preċedenti oħra li kien hemm f 'każi ta' maħfriet Presidenzjali, jemmen li għandu jerfa' waħdu din ir- responsabbilità. Il-maħfra ma ngħatatx bla kundizzjonijiet.... Il-maħfra Presidenzjali ma kinitx ingħatat mingħajr kundizzjonijiet. Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien spjega kif din ingħatat bil-patt u l-kundizzjoni li Farrugia jħallas lura d-dħul kollu illegali li rċieva, apparti pagament addizzjonali ta' €250,000 lill-Gvern. Dan il-pagament kellu jitħallas fi żmien ħamest ijiem. George Farrugia kien imwissi li jekk ma jgħidx il-verità kollha jew inkella ma jħallasx lura l-profitti illegali li għamel, il- maħfra Presidenzjali kienet tkun revokata. Anke fil-każ ta' Caruana Galizia, il-maħfra Presidenzjali mhux se tkun qed tingħata mingħajr kundizzjonijiet. Il- Prim Ministru Muscat insista li din mhux se tingħata qabel ma l-allegat intermedjarju jikxef l-informazzjoni kollha li din tkun ikkorraborata fil-Qorti. George Farrugia seta' tilef il- maħfra Id-deċiżjoni ta' Muscat li l-maħfra Presidenzjali ma tingħatax qabel il- kxif tal-informazzjoni u qabel l-informazzjoni tkun ikkorraborata fil-Qorti, tagħmel sens fid-dawl ta' dak li kien ġara fil-każ ta' George Farrugia. Fil-fatt, fis-17 ta' Marzu tal- 2016, l-istess Prim Ministru Muscat kien qal li l-Gvern se jkun qed jara jekk jirrevokax il- maħfra Presidenzjali mogħtija lil George Farrugia u dan wara li l-Qorti ħelset lill-eks Kap tal- Proġetti tal-Enemalta Ray Ferris mill-akkużi ta' frodi, korruzzjoni u aċċettazzjoni ta' rigali. Farrugia kien identifika lil Ferris bħala 'laison officer' għall- privatizzazzjoni tad-diviżjoni tal-petroleum tal-korporazzjoni u akkużah li kien talab €40,000 biex jinfluwenza l-proċess tal- għażla li l-istess Farrugia kellu interess dirett fih. Fl-2015, Ferris kien inħeles mill-akkużi li xxaħħam permezz ta' tliet rigali mingħand George Farrugia stess, bil-Qorti tal- Appell terġa' tikkonferma deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati. Farrugia kien qal ukoll li Ferris kien aċċetta platt tal-fidda, li jiswa eluf ta' ewro. Madanakollu, fil- Qorti kien ħareġ li Ferris irċieva dan il-platt bħala rigal tal-Milied (mhux għax talab xi ħaġa hu) u li wara, hu stess mar fil-ħanut minn fejn inxtara biex iżid il-flus ma' kemm kien jiswa l-platt biex ġab oġġett ta' valur akbar. Dwar il-possibilità li l-maħfra Presidenzjali tkun irrevokata, id-Deputat Jason Azzopardi, meta kien Shadow Minister għall-Ġustizzja, kien wissa li din tista' tkun deċiżjoni perikoluża li fil-futur tiskoraġixxi kriminali milli jikxfu informazzjoni importanti mal-Pulizija. Il- maħfra Presidenzjali qatt ma kienet ġiet irrevokata. Iżda maħfra Presidenzjali ma fissritx każ magħluq Iżda maħfra Presidenzjali ma fissritx każ magħluq... Bis-saħħa tal-maħfra Presidenzjali mogħtija lil Farrugia, tressqu l-Qorti numru ta' persuni. Madanakollu, anke jekk issa din il-maħfra ngħatat kważi seba' snin ilu, ħafna mill-każijiet għadhom pendenti u l-każ għadu ma ngħalaqx. George Farrugia, ingħata maħfra Presidenzjali biex jikxef aktar mill-iskandlu tax-xiri taż-żejt L-eks PM Lawrence Gonzi, kien ta l-maħfra lil Farrugia wara laqgħa tal-Kabinett