Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Il-futbol jedukak, jimmaturak u jagħmlek attiv' MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif nibtet fik l-imħabba lejn il-futbol? L-imħabba tiegħi lejn il-futbol ġejja l-iktar minn missieri. Dejjem kont insegwi xi logħba miegħu minn ta' età żgħira. Però, imbagħad bis-saħħa tal- kampanja Summer on the Move, bdejt nilgħab il-futbol. X'tikkummenta fuq l-aħħar staġun mat- tim tiegħek? Fuq nota personali matul l-istaġun li għadda, sodisfatta li ġejt minn injury u komplejt inżomm livell għoli kompetittiv. Jien sodisfatta wkoll bil-prestazzjonijiet tiegħi minħabba d-determinazzjoni li tgħinni niġġieled għal kull ballun u nkun ta' għajnuna għall-iskwadra. Fuq nota ta' tim, ninsab ferħana li bħala skwadra lħaqna t-tragwardi tagħna u ksibna d-double. Dan huwa riżultat ta' ħidma impenjattiva tat-tim u l-istaff tekniku. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan-nisa? Jien nemmen li l-futbol m'għandu qatt jiġi mqabbel bejn mara u raġel. Il-kritika li tinxtered minn dejjem kienet hemm, iżda bl-inizjattivi li qed isiru mill-UEFA, iktar nisa qed jidħlu fl-isport u aktar spettaturi qed isegwu dan il-qasam u qed jemmnu li l- futbol tan-nisa mexa 'l quddiem. Ċerti logħob madwar id-dinja sar ikollhom eluf ta' spettaturi. Din turi li l-kritika naqset u m'għadhomx iqabblu lill-rġiel man-nisa, l-iktar rigward fiżika. X'tikkummenta fuq wieħed mill-imħuħ wara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li preżentament qed jokkupa l-kariga ta' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Fil-fehma tiegħi, u żgur fil-fehma ta' ħafna plejers oħrajn, Pierre Brincat huwa l-moħħ u l-qalb tal-futbol tan- nisa f 'Malta. Dan għaliex l-inizjattivi innovattivi li jagħmel biex ikabbar l-futbol tan-nisa f 'Malta ma' dak tal-irġiel isarraf f 'ħafna ġid. Aħna l-plejers napprezzaw ix-xogħol siewi li jsir mingħand Pierre Brincat, minn żmien li kien kowċ għal issa li sar tekniku sportiv tal-qasam. Naf li t-tagħlim li ħadt mingħandu ħa nġorru miegħi tul ħajti kollha. Hemm xi logħbiet li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Hemm ħafna logħob tant memorabbli, bil-flokk ta' Birkirkara u anke bil- flokk favorit l-aħmar ta' Malta. Però, nemmen li l-isbaħ memorja kienet dik internazzjonali fejn ġejna draw ma' Cardiff MET fil-logħob ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League tas-sena l-oħra. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Personalment, nemmen li għandhna niġu aktar esposti biex nolqtu iktar nies lejn il-futbol tan-nisa. Ċerti finali u logħob importanti jistgħu forsi eventwalment jibdew jixxandru fuq it-televixin biex ikun hemm iktar interess. Però, l-MFA qed jagħmlu ħafna inizjattivi biex iħajru iktar nisa jibdew jipprattikaw dan l-isport u fil-fatt tista' tinnota li n-numri żdiedu sew f 'dawn l-aħħar tliet snin. Tikkunsidra l-possibbiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Li tilgħab barra minn Malta dejjem kienet esperjenza li nixtieq eventwalment ikolli, però kuntenta Malta u nemmen li l-kampjonat Malti huwa kompetittiv iktar minn ċerti kampjonati barranin. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol u mal- futbol? Issa li ilni nilgħab il-futbol 10 snin, sirt insib bilanċ u nagħmel mezz biex inlaħħaq mal-impenji kollha personali fosthom l-iskola u l-isport. Dejjem sibt mod u manjiera bl-appoġġ tal-ġenituri biex inlaħħaq ma' kollox. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Fil-futur tiegħi, nemmen li kapaċi nżid fuq nota personali u nibqa' nagħti prestazzjonijiet tajbin. Nara wkoll li nattiraw iktar tfal lejn l-isport u nkomplu nġibu l-unuri lejn il-klabb ta' Birkirkara. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tesponi biżżejjed il-futbol tan-nisa? Kif semmejt qabel, nemmen li ċertu tip ta' xandir għandu jsir iktar għax logħob lokali ma tantx jissemma fuq it-televixin u r-radju. Ħaġa li tant iddiżappuntatni hija li fuq stazzjon tar-radju lokali ntqal li "għandu jsir tim tal-futbol tan-nisa wkoll". Dan juri nuqqas ta' interess, kif ukoll nuqqas ta' għarfien minn siti elettroniċi lokali rigward il-futbol tan-nisa. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Jien inħeġġeġ lill-ġenituri biex jagħtu s-sapport lil dawk it-tfajliet interessati jibdew il-futbol. Dan għaliex il- logħba tal-futbol teduka, timmatura u tagħmlek attiv, kif ukoll tkun qed tgħin l-isport tal-futbol tan-nisa f 'Malta jikber u jsir bażi għal tfajliet għal aktar opportunitajiet, lokalment u fix-xena internazzjonali. Alishia Sultana - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin u li hija pedina ferm importanti kemm għal Birkirkara FC kif ukoll għat-tim nazzjonali tan-nisa mmexxi mill-kowċ Mark Gatt illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019