Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
02 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Ġeneralment tajba Riħ Punent Majjistru forza 4 għal 5 li jdur mil-Lbiċ forza 4 għal 5 Baħar Moderat li jsir ħafif għal moderat Imbatt Baxx mill-Punent Majjistru L-OGĦLA: 20˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Sabiħ jew ftit imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet tax-xita iżolati Viżibilità Ġeneralment tajba Riħ Nofsinhar ix-Xlokk forza 6 għal 7 għall-ewwel, li jsir mil-Lbiċ forza 4 għal 5 Baħar Qawwi li jsir moderat Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Waqt intervista ma' NET FM, il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia saħaq kif "meta d-demokrazija titnaqqar u tiġi mhedda, ir-rieda tal- poplu li jeleġġu lil min jirrappreżentahom ma tiġix iżjed irrispettata u min ok ikollok Gvern li jsir illeġittimu." Delia rrakomanda lill-Prim Ministru sabiex iħalli lill-istituzzjonijiet ta' pajjiżna jagħmlu xogħolhom u mhux ixekklilhom il-libertà ta' ħidmithom. Delia qal li l-Prim Ministru qed jitkellem għall-Kummissarju tal- Pulizija, għall-Avukat Ġenerali u għall-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, daqslikieku qed jagħmel tiegħu x-xogħol li qed isir minn dawn l-istituzzjonijiet. Mill- banda l-oħra, ir-responsabbiltà tiegħu li hija dik politika, il-Prim Ministru qed jibqa' jagħżel li ma jerfagħhiex. Delia saħaq li Joseph Muscat għandu r-responsabbilità politika u għandu jerfa' din ir- responsabbilità u mhux jibqa' jiddefendi l-eqreb nies tiegħu: iċ- Chief of Sta Keith Schembri u l-Ministru ewlieni Konrad Mizzi meta dawn jinsabu implikati - ikbar każijiet ta' korruzzjoni - istorja ta' pajjiżna. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Joseph Muscat l-passat ħa deċiżjoni l-konfront ta' membri oħrajn l-Kabinett iżda mhux qed jieħu l-konfront ta' Keith Schembri, u staqsa min qed jikkmanda jekk hux Joseph Muscat jew inkella Keith Schembri. "Din sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru huwa ostaġġ tal-kriminalità u allura l-pożizzjoni tiegħu mhix tenibbli." Delia qal li mar għand il- President ta' Malta -irwol tiegħu ta' Kap tal-Oppożizzjoni biex jurih it-tħassib serju tiegħu dwar dawn l-irwol li jrid ikopri u jassumi l-Prim Ministru, u dan żmien di ċli għal pajjiżna u f 'mument delikat - investigazzjonijiet dwar dawk kollha involuti, kompliċi jew responsabbli direttament jew indirettament -assassinju tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia. 'Delia mhux kapaċi jaġixxi ta' Kap tal-Oppożizzjoni'- PL Fi stqarrija min-naħa tal- Partit Laburista, intqal li l-Partit Nazzjonalista issa donnu mhux kuntent li l-poplu Malti u Għawdxi qed jerġa' jara li dawn l-istituzzjonijiet qed jiskbu r-riżultati, dan wara snin jattakka l-istituzzjonijiet. "Il-Kap tal-PN, lanqas f 'mumenti sensittivi mhu kapaċi jqum għall-okkażjoni u jaġixxi ta' Kap tal-Oppożizzjoni. F'mumenti delikati jrid biss jagħmel argumenti politiċi partiġjani u li jistgħu j xklu l-investigazzjonijiet. Dan lwaqt li ma jridx lill-Prim Ministru jkellem il-mezzi tax- xandir." Il-PL jgħid lil Delia kif "għandu ji em li ma jkunx leġittimu min m'għandux l-appoġġ tal-poplu warajh. Il- Gvern għandu l-appoġġ tal- poplu anke għax jirrispetta l-istituzzjonijiet u jħarishom biex iwettqu xogħol tagħhom f 'pajjiż fejn il-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd." 'Il-Prim Ministru huwa ostaġġ tal- kriminalità' - Delia NADER KABAR Ilbieraħ, l-aġenzija internazzjonali ta' kreditu Creditreform, ħabbret li kkonfermat rating ta' A+ għal Malta, kif ukoll li għolliet l-outlook tar-rating tal-pajjiż minn stabbli għal pożittiv. Mir-rekords tal-istess aġenzija jirriżulta li din hija r-raba' sena illi Malta kisbet tali rating pożittiv. Skont ir-rapport ta' Creditreform, Malta se jkollha l-ogħla tkabbir potenzjali fl-Unjoni Ewropea mill-2019-21. Ir-rapport semma wkoll li "Malta se skompli turi prestazzjoni ta' tkabbir qawwi" kif ukoll li "d-dejn ikkumparat mal-Prodott Domestiku Gross (GDP) ikompli tonqos." Creditreform qed tbassar ukoll li minkejja ż-żieda fi spiżi kapitali tal-Gvern, il-finanzi pubbliċi se jibqgħu b'surplus. Fil-fatt, ħabbru li "l-impatt tal-miżuri tal-aċċesibilità tad- djar, l-adegwatezza tal-pensjoni, kif ukoll l-għajnuna għan-nies vulnerabbli huma biss 0.4% mill GDP fl-2019-20." Creditreform ikkonkludiet li "hemm l-assunzjoni li bejn it-12 u l-24 xahar li ġejjn, ser isir titjib fuq l-andament makroekonomiku, l-istruttura istituzzjonali, is-sostenibbilità fiskali u kemm Malta hija esposta internazzjonalment." It-tkabbir ekonomiku ta' Malta dalwaqt jilħaq il-livell tar- Renju Unit u Franza