Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 sport 'Meta nkun qed nilgħab il-waterpolo ninsa dak kollu li jkun qed jiġri f'ħajti' CHRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Meta kelli 12-il sena ġejt imħajjar nibda dan l-isport minħabba li l-maġġoranza tal- ħbieb tiegħi kienu diġà involuti. Bdejt billi mort għal sessjoni ta' taħriġ waħda biex nieħu idea ta' x'jinvolvi dan l-isport u minn dakinhar 'l hawn qatt ma ħarist lura. X'tikkummenta fuq l-istaġun li għadda ma' San Ġiljan? L-istaġun li għadda ma' San Ġiljan kien staġun mimli xogħol u taħriġ iebes sabiex niksbu riżultati pożittivi. Rigward il- kampjonat tas-sajf mal-under 20s mill-bidu tal-istaġun kellna għan wieħed, li nirbħuh u nitgħallmu mill-iżbalji li nagħmlu wara kull logħba. Grat ħafna lejn il-kowċ Marko Orlovic li dejjem għamel dak kollu possibbli biex jippreparana għal kull logħba li kellna. Urejna dixxiplina stretta u konna tim magħqud u ħadna gost nilagħbu kull logħba. Dan intwera ċar bir-riżultati li ksibna. Minn dan l-istaġun tgħallimt ħafna, speċjalment li biex tikseb riżultati pożittivi kif naturalment kull atleta jixtieq, it-tim irid ikun magħqud, jaħdem id f 'id b'dixxiplina u determinazzjoni għas-suċċess. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Bħalissa, fix-xitwa qed nitħarrġu fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq. Waħda mill- problemi li hemm hija n-nuqqas ta' spazju għall-ammont ta' plejers li hemm f 'kull tim. Li kieku l-klabbs jinvestu f 'pixxina privata, jien naħseb li l-livell tal- waterpolo f 'Malta jogħla ħafna peress li l-ħinijiet tat-taħriġ ikunu iktar flessibbli u ssib il-pixxina dejjem aċċessibbli għall-kumdità tal-plejers u jkollok pixxina sħiħa għal tim wieħed biex it-taħriġ ikun jista' jsir b'mod iktar komdu. Fil- pixxina nazzjonali, m'hemmx ammont ta' lasti sostenibbli biex jiffaċilita t-timijiet kollha li jkunu qegħdin jitħarrġu fl- istess ħin. Il-kundizzjonijiiet tal-lasti li huma preżenti bħalissa mhumiex l-aħjar li jistgħu jkunu, lanqas. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Jekk tkun trid titħarreġ il-waterpolo bis-serjetà se jkollok bżonn tagħmel ħafna sagrifiċċji. Dan l-isport jinvolvi taħriġ kważi kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa. Ma tantx ikollok ħafna enerġija peress li titħarreġ kuljum u l-ammont ta' ħin li jkollok biex toħroġ u tiddeverti jonqos. Trid tkun determinat, u l-prijorità tiegħek tkun il-waterpolo, jekk dejjem trid futur f 'dan l-isport. Waħda mill-akbar sagrifiċċji għalija hi li trid titħarreġ sajf u xitwa, naturalment fix-xitwa t-temp ma jkunx favorevoli u filgħaxija aktar diffiċli. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal- istudju u mal-waterpolo? Dan l-isport jinvolvi taħriġ kważi kuljum. Wara ġurnata skola trid issib ħin biex tlaħħaq mal-istudju u tmur għat-taħriġ u biex tistrieħ sewwa għall- ġurnata li jkun imiss li tkun mimlija bl-istess mod. Irid ikollok ħila tqassam il-ħin tajjeb biex tlaħħaq mal-waterpolo. Rigward xogħol diffiċli taħdem peress li filgħodu tkun l-iskola, u filgħaxija taħriġ. Però nemmen, li għalkemm huwa stressanti, fl-istess ħin jgħodd bħala 'stress relief ' għaliex meta nkun qed nilgħab il-waterpolo ninsa dak kollu li jkun qed jiġri f 'ħajti u nieħu gost fil-mument. Taqbel mas-sistema tal-play-offs? Personalment naħseb li din is- sistema tista' jew taħdem favurik jew kontrik. Ma tantx hi sistema favorevoli għaliex jekk tkun ilek sajf taħdem, u sejjer tajjeb, ma narax għaliex għandek tiġi ppenalizzat għaliex titlef żewġ logħbiet fil-play-offs, minn sajf sħiħ. Tqis li fil-futur tilgħab mat- tim nazzjonali tal-waterpolo mmexxi minn Karl Izzo? Naturalment, l-aspirazzjoni ta' kull atleta, hi li jkollu ċ-ċans jirrappreżenta lil pajjiżu f 'logħob internazzjonali. Ovvjament, f 'Malta, aktar ma jgħaddi żmien, il-kompetizzjoni qed tiżdied għaliex ħafna nies saru aktar determinati u jqisu l-isport bħala parti importanti minn ħajjithom. Iżda ovvjament, jiena nibqa' naħdem u ntejjeb lili nnifsi dejjem, u jekk xi darba jkolli din l-opportunità nkun lest għaliha għax inkun naf li għamilt ħilti kollha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo? Fis-snin li ġejjin nixtieq li nkompli navvanza fil-waterpolo u nżid l-esperjenza tiegħi mat- tim tal-kbar ta' San Ġiljan. Mhux se tkun faċli minħabba l-istudju imma nixtieq li nkompli nisfida lili nnifsi u nlaħħaq mat-tnejn li huma. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Nixtieq li nħeġġiġkom tibdew il-waterpolo minħabba diversi affarijiet pożittivi. Dan l-isport jgħinkom tiddixxiplinaw ruħkom u ssir taf kif tqassam il- ħin tiegħek b'mod iktar effiċjenti. Mingħajr ma trid, titgħallem kif taħdem f 'tim. Il-waterpolo wkoll hu tajjeb għal meta tkun qed tistudja għax iżżomm moħħok dejjem għaddej u jsarraf bħala ħin ta' mistrieħ mill-istudju intensiv u stress li tkun għaddej minnu. illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 Thomas Micallef - goalkeeper ta' riserva tat- tim tal-kbar ta' San Ġiljan ASC u goalkeeper titolari tat-tim tas-Saints ta' taħt l-20 sena b'futur mill- isbaħ quddiemu fl-isport li tant iħobb: il- waterpolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019