Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
11 analiżi illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 Uniti. Johnson ċaħad dawn l-allegazzjonijiet, iddeskrivihom bħala "invenzjoni" waqt li saħaq li l-ebda Gvern Konservattiv mhu se jilgħab bis-settur tas-saħħa. X'qalu fuq il-monarkija? Mistoqsija dwar il-Monarkija, li għall- maġġoranza assoluta tal-poplu Brittaniku hija sagra, iż-żewġ mexxejja qagħdu lura. Dwar jekk il-Monarkija hijiex "fit for purpose," Corbyn wieġeb li għandha fejn tirranġa. Fl-udjenza kien hemm ħafna li ma approvawx u it li ċapċpu wkoll. Johnson kien aktar kategoriku u saħaq biss li mal-Monarkija ħadd ma għandu jilgħab. Dwar il-Prinċep Andrew, Corbyn qal li ħadd ma huwa fuq il-liġi u li hemm mistoqsijiet serji li jridu jiġu mwieġba. Johnson kien aktar kawt u qal biss li l-liġi għandha titħalla tagħmel xogħolha. Minn Scrooge u l-jam ta' Corbyn Iżda fid-dibattitu ma kienx kollox serju. Ir-Renju Unit se jkollu l-ewwel elezzjoni fi żmien il-Milied fl-aħħar 100 sena u għalhekk, il-mexxejja, kienu mistoqsija x'rigal jagħtu lil xulxin. Corbyn qal li jagħti lil Johnson kopja tan-novella "A Christmas Carol," biex fi kliemu, Johnson jiem kemm Scrooge kien diżgustanti. Min-naħa tiegħu, Johnson kien se juża din il-mistoqsija biex jerġa' jitfa' botta dwar Brexit, meta qal li kien se jagħti lil Corbyn kopja tal-ehim innegozjat, iżda l-ġurnalisti fakkruh li t-tweġiba ma setgħetx tkun politika. Kien hawn li qal li jagħti lil Corbyn it jam, iżda l-Mexxej Laburista dlonk wieġbu u qallu li hu jagħmel il-jam tiegħu stess. Kontroversja dwar kont fuq Twitter Anke jekk id-dibattitu ma kien xejn speċjali, il-kontroversja ma naqsitx, b'mod partikolari meta l-Partit Konservattiv biddel l-isem ta' wieħed mill-kontijiet tiegħu fuq Twitter għal: factcheckUK. Wara d-dibattitu, dan il-kont reġa' biddel ismu għal dak oriġinali. Dan wassal għall-kundanni, inkluż minn Twitter stess, li l-Partit Konservattiv ipprova jiżgwida lill-pubbliku. Min rebaħ dan id-dibattitu? Kif ingħad aktar 'il fuq, ħadd miż- żewġ mexxejja ma' spikka wisq waqt id- dibattitu u dan kien rifless f 'sondaġġ li sar fost 1,646 telespettatur. Skont YouGov, jekk tneħħi lil dawk li ma kinux jafu jwieġbu, 51% qalu li Johnson rebaħ id-dibattitu, filwaqt li 49% għażlu lil Corbyn. Iżda jidher li Corbyn għamel it pass 'il quddiem. Il-maġġoranza tat-telespatturi jemmnu li ż-żewġ mexxejja marru tajjeb, b'67% jwieġbu hekk dwar Corbyn u 59% dwar Johnson. Minn fost dawk li vvotaw lill-Partit Konservattiv fl-2017, 48% jemmnu li l-Mexxej Laburista mar tajjeb, filwaqt li 33% biss ta' dawk li vvotaw Labour jemmnu li Johnson qata' figura tajba. Skont is-sondaġġ, Corbyn ħareġ aktar b'saħħtu fuq is-settur tas-saħħa u Johnson fuq Brexit. L-akbar problema ta' Corbyn... L-akbar problema li għandu Corbyn hija l-popolarità. Anke jekk skont sondaġġi, fid-dibattitu deher aktar konxju tal-isfidi li qed jiffaċja r-Renju Unit, it huma dawk li jarawh Prim Ministru. Mhux talli hekk, talli skont is- sondaġġi, Corbyn lanqas biss huwa l-aktar politiku Laburista popolari. F'din il-klassifika huwa jinsab fil-ħames post. Skont l-aħħar sondaġġ ta' YouGov, li sar bejn it-18 u d-19 ta' Novembru, mistoqsija min ikun l-aħjar Prim Ministru, 44% għażlu lil Johnson u 22% biss lil Corbyn. Għall-mistoqsijiet dwar il-kwalitajiet tal-mexxejja (kemm jafdawhom u kemm jarawhom kompetenti, deċisivi u b'saħħithom), Corbyn ma kkwalifika għall-ebda kwalità u l-persentaġġi dwaru huma diżastru. Johnson ma marx tajjeb f 'kollox, imma almenu hemm ammont konsiderevoli ta' votanti li jarawh deċisiv u b'saħħtu. Għalhekk, il-konklużjoni hija waħda. Huwa Corbyn li qed iżomm lill-Partit tiegħu stess lura. Iċċaqilqu s-sondaġġi? Mill-ġimgħa li għaddiet lil hawn, is- sondaġġi it li xejn iċċaqilqu. Id-distakk bejn il-Partit Konservattiv u l-Partit Laburista niżel minn 14% għal 12%, iżda għadu sostanzjali. Kieku elezzjoni kellha ssir għada, il- Partit ta' Johnson jirbaħ 42% tal-voti u l-Partit Laburista jikseb 30%. Il-partiti l-oħra, baqgħu kollha fl- istess ilmijiet.