Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 L-għażliet li qed jagħfsu fuqu ... Il-PM Muscat għandu tliet għażliet quddiemu: ma jagħmel xejn għalissa, iġiegħel lil Keith Schembri u Konrad Mizzi jirreżenjaw jew inkella jirriżenja hu. L-aħħar għażla hija l-inqas popolari u kif diġà għidna li xorta ma jixtiqux ħafna Deputati u l-maġġoranza kbira tal- attivisti Laburisti. Dan hekk kif sal-ħin li kien qed jinkiteb dan l-artiklu sa issa ma kien żvelat xejn li jirrigwarda jew li jirbot lill-Prim Ministru mal-investigazzjoni jew inkella ma' Yorgen Fenech minkejja implikazzjonijiet sottili dwar Cote D'Azur fuq ir-Riviera Franċiża. Huwa fatt li jista' wieħed jiċċekkjah illi l-Gio 2 li hija wkoll ta' Fenech tinsab f 'Antibes, f 'Cote D'Azur. Iktar minn hekk iżda it li xejn intqal f 'dan is-sens. Jekk jirriżenja issa Muscat ikun telaq -aktar mument di ċli għall-Gvern Laburista minn meta kien elett. Huwa improbabbli ħafna li Muscat jieħu din it- triq. Muscat jista' ma jagħmel xejn ukoll. Din l-għażla qiegħda dejjem iktar issir di ċli, hekk kif kull biċċa mill-istorja u kull żvilupp li qed joħroġ qed ikun ta' gravità akbar minn ta' qablu. Muscat jista' jkun li fuq ħoġru għandu sitwazzjoni politika li mhijiex se tikkalma, speċjalment hekk kif tħabbar li għada se sseħħ protesta oħra quddiem il-Parlament. Dan apparti l-pressjoni li qed isib l-partit ukoll. L-għażla l-oħra hija li jġiegħel lil Keith Schembri u Konrad Mizzi jirriżenjaw. Din ukoll mhix deċiżjoni faċli hekk kif issa għadda ħafna żmien minn meta nkixef il- fatt li dawn fetħu kumpanija l-Panama. Riżenja issa tista' tibgħat ukoll il- messaġġ ta' ħtija f 'wieħed mill-aktar assassinji koroh u serji mill-qtil ta' Raymond Caruana u Karin Grech. Il-PN jitfa' aktar pressjoni u jesiġi sessjoni urġenti tal-Parlament Intant, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista llum iltaqa' b'urġenza fuq talba tal-Kap Adrian Delia biex jiddiskuti l-aħħar żviluppi -investigazzjoni tal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Grupp Parlamentari reġa' saħaq li f 'dan il-mument delikat "kulħadd għandu jerfa' r-responsabbilità -interess ta' Malta u tal-Maltin u l-Għawdxin." Il-PN kompla jgħid li ċ-ċirkostanzi li qed jiżviluppaw, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, bl-appoġġ tal-Grupp Parlamentari, talab li l-Parlament jiltaqa' b'urġenza lbieraħ stess biex jiddiskuti din is-sitwazzjoni "li hija materja de nita ta' importanza pubblika urġenti." U għall-ewwel darba jitlob lil Joseph Muscat jirriżenja. Il-PN sostna li "l-Prim Ministru Joseph Muscat tilef kull awtorità morali biex imexxi lil pajjiżna għax ilu għal snin twal jaħrab mir- responsabbilitajiet politiċi. Imma issa ma' kull minuta li tgħaddi Joseph Muscat mhux qed jibqagħlu iżjed fejn jaħrab." Il-PN temm jgħid li pajjiżna qed ibati l-konsegwenza ta' mġiba "korrotta u kriminali ta' nies viċin il-Prim Ministru, nies li l-Prim Ministru baqa' jipproteġi sal-ġurnata tal-lum." 'Ħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu' - il-Gvern Immedjata kienet ir-risposta tal-Gvern li saħaq illi "t-talba tal-Oppożizzjoni turi l-konfużjoni li tinsab ha. Filli tgħid li l-Prim Ministru m'għandux jitkellem dwar il-każ u lli trid li jitlaqqa' l-Parlament b'urġenza biex jiddiskuti l-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia." Il-Gvern fakkar li din il-ġimgħa stess l-Oppożizzjoni ħarġet 'il barra mill- Parlament. "L-Oppożizzjoni tagħmel sew jekk tħalli l-istituzzjonijiet li tant ilha tikkritika li ma jagħmlux xogħolhom, li jwettqu, kif qed jagħmlu, dmirhom," temm jgħid il- Gvern. L-interrogazzjoni fuq Fenech tieqaf għal 24 siegħa wara li ddaħħal l-isptar Ilbieraħ stess, waqt li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, waqt li kien qed jiġi mistoqsi mill-Pulizija, Yorgen Fenech ilmenta minn xi wġigħ u talab li jiġi invistat medikament. Fuq rakkomandazz- joni tat-tabib huwa ttieħed l-Isptar Ma- ter Dei taħt sigurtà stretta tal-Pulizija. Il-Pulizija, ġiet infurmata mill- Isptar Mater Dei li minħabba l - k u n d i z z j o - ni medika tiegħu, Fenech mhux se jkun f 'pożizzjoni li jkompli jiġi interrogat għall-24 siegħa illi ġejjin. Il-Pulizija ġiet ukoll infurmata li din hija prattika normali tal-isptar wara li pazjent jingħata t-tip ta' kura li ngħata Fenech. Fenech għalhekk se jingħata l-Police Bail skont il-liġi u se jkollu sigurtà stretta tal-Pulizija. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin. Intant, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista llum iltaqa' b'urġenza fuq talba tal-Kap Adrian Delia biex jiddiskuti l-aħħar żviluppi -investigazzjoni tal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Grupp Parlamentari reġa' saħaq li f 'dan il-mument delikat "kulħadd għandu jerfa' r-responsabbilità -interess ta' Malta u tal-Maltin u l-Għawdxin." Il-PN kompla jgħid li ċ-ċirkostanzi li qed jiżviluppaw, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, bl-appoġġ tal-Grupp Parlamentari, talab li l-Parlament jiltaqa' b'urġenza lbieraħ stess biex jiddiskuti din is-sitwazzjoni "li hija materja de nita ta' importanza pubblika urġenti." U għall-ewwel darba jitlob lil Joseph Muscat jirriżenja. Il-PN sostna li "l-Prim Ministru Joseph Muscat tilef kull awtorità morali biex imexxi lil pajjiżna għax ilu għal snin twal jaħrab mir- responsabbilitajiet politiċi. Imma issa ma' kull minuta li tgħaddi Joseph Muscat mhux qed jibqagħlu iżjed fejn jaħrab." Il-PN temm jgħid li pajjiżna qed ibati l-konsegwenza ta' mġiba "korrotta u kriminali ta' nies viċin il-Prim Ministru, nies li l-Prim Ministru baqa' jipproteġi Il-Gvern fakkar li din il-ġimgħa stess l-Oppożizzjoni ħarġet 'il barra mill- Parlament. "L-Oppożizzjoni tagħmel sew jekk tħalli l-istituzzjonijiet li tant ilha tikkritika li ma jagħmlux xogħolhom, li jwettqu, kif qed jagħmlu, dmirhom," temm jgħid il- Gvern. L-interrogazzjoni fuq Fenech tieqaf għal 24 siegħa wara li ddaħħal l-isptar Ilbieraħ stess, waqt li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-omiċidju ta' Daphne Caruana Galizia, waqt li kien qed jiġi mistoqsi mill-Pulizija, Yorgen Fenech ilmenta minn xi wġigħ u talab li jiġi invistat medikament. Fuq rakkomandazz- joni tat-tabib huwa ttieħed l-Isptar Ma- ter Dei taħt sigurtà stretta tal-Pulizija. Il-Pulizija, ġiet infurmata mill- Isptar Mater Dei li minħabba l - k u n d i z z j o - dan il-każ għadhom għaddejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019