Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ilbieraħ l-investigazzjoni fuq il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ħadet xejra pjuttost drammatika hekk kif kmieni wara nofsinhar ġriet bħal leħħa ta' berqa l-istorja illi l-Ministru Chris Cardona kien mitlub imur id-Depot fil-Furjana biex iwieġeb mistoqsijiet fl-investigazzjoni relatata mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Għal madwar nofs siegħa din l-istorja bagħtet aktar xokkijiet fil-klassi politika, bil-PN saħansitra jsejjaħ għal laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari u wara jitlob sessjoni urġenti tal- Parlament. Dan sakemm il-Ministru ċċara li hu ma kienx mgħajjat bħala suspettat imma biex iwieġeb mistoqsijiet u jivverifika xi punti li dwarhom il-Pulizija xtaqu risposta iktar ċara. Mal-gazzetta ILLUM Cardona sostna illi hu kien mistoqsi dwar diversi punti fosthom jekk jafx lil Melvin euma u jekk iva x'konnessjoni hemm, jekk għaddiex xi flus lil xi ħadd kif ukoll dwar il-libelli li waqqa' fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia. Dak tal-bieraħ iżda kompla jitfa' aktar pressjoni ma' dik li diġà kien hemm fuq il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Fil-fatt qabel ma seħħew l-iżviluppi tal-bieraħ diversi sorsi, inkluż Deputati Laburisti kienu qalu lil din il-gazzetta illi Muscat qed jiffaċċja pressjoni interna biex jaġixxi quddiem l-istejjer li ħerġin u żviluppi li qed iseħħu, l-aktar fir-rigward ta' 17 Black. Minkejja li xi it jew wisq il-Grupp Parlamentari jibqa' b'saħħa wara Muscat l-għajta u s-sentiment favur riżenji qiegħed dejjem jikber. Wieħed mis-sorsi tal-gazzetta, Deputat Laburista, qal illi ladarba u jekk Fenech ikun arrestat dan ikompli jpoġġi l-pożizzjoni ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi f 'qagħda antipatka. Dan fil-fatt huwa minħabba l-fatt li Fenech huwa sid kumpanija rreġistrata fid-Dubaj u li hija target client tal-kumpaniji miuħin fil- Panama mill-istess Schembri u Mizzi. Kien fil-fatt dan l-iżvilupp fil-bidu tal-ġimgħa li qajjem terremot politiku sħiħ, mistoqsijiet u anke protesti l-Belt Valletta, waħda minnhom li spiċċat f 'ostilità kbira lejn Deputati tal-Gvern. Deputat ieħor tal-PL, ikkonferma wkoll illi l-Grupp Parlamentari mhuwiex qiegħed b'xi mod jiddubita fil-Prim Ministru, lanqas il-back bench. Semma iżda lil Chris Fearne u lil Evarist Bartolo, li ma tantx jidhru kuntenti bis-sitwazzjoni, b'mod speċjali tal-aħħar li għal xi żmien kien qed jissemma bħala l-President tar-Repubblika, minflok Marie Louise Coleiro Preca. "Kważi sigriet magħruf li mhux kuntent," qal dan id- Deputat mal-ILLUM. Hemm ideat u sentimenti oħrajn naturalment, iżda jidher li l-aktar sentiment prevalenti huwa dak li qed jitlob lil Muscat biex jaġixxi kemm jista' jkun malajr. 04 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Muscat bi tliet għażliet diffiċli quddiem pressjoni, anke interna