Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista is-sena d-dieħla, se niħu post apposta, f 'Ta' Kandja, għal dawk li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena u li għandhom il-vizzju tad-droga," insista Grech. "Il-problema qed tikber anke fost it-tfal. Il-ħaġa qed issir aktar serja." Kien għalhekk li staqsejtu jekk hemmx biżżejjed edukazzjoni fost it-tfal dwar id- drogi u l-effett tagħhom. Insista minnufih li l-kuntatt u l-komunikazzjoni bejn l-ulied u l-ġenituri huma importanti ħafna. "L-edukazzjoni trid tibda fil-familja. Il- familja hija kollox ... Mhux ngħid li ma hawnx ġenituri tajbin. F'ħafna familji l-omm u l-missier jaħdmu sigħat twal u meta jiltaqgħu mat-tfal ikunu diġà għajjiena ħafna. Imma l-edukazzjoni minn hemm tibda," insista Dun Victor. "Jekk ikollok missier li jixrob ħafna, jew omm li tpejjep ħafna jew li tieħu kikkra kafe wara l-oħra ... kollox jibgħat messaġġ ... li meta tkun anzjuż trid xi ħaġa biex ittaffilek l-ansjetà. Dawn kollha messaġġi, anke jekk ma tkunx taf." Dan apparti realtajiet fejn il-ġenituri stess jieħdu d-droga quddiem it-tfal tagħhom stess. Kien għalhekk li tenna li qabel fl- iskejjel (għax programmi hemm, inkluż mill-Caritas, il-Gvern u s-Sedqa) l-edukazzjoni tibda dejjem mill-familja. "Tistaqsini qed nilħquhom lit-tfal? Sa ċertu punt. It-tfal illum huma distratti ħafna. Anke fl-iskejjel huma distratti. Jgħaddu minn klassi għal oħra u minn suġġett għall-ieħor ... ġeneralment ir-rispons ikun tajjeb ... jidher li jafu ħafna dwar il-problema u mhux nieqes l-interess tat-tfal fuq il-kwalitajiet tad- droga li hawn fis-suq," kompla jgħid Dun Victor. 'Trid tisma' u tħobb u mhux tieqaf fuq l-iżbalji tal-persuna...' Jekk hawn xi ħaġa li tolqtok f 'Dun Victor, hija l-attenzjoni individwali li jagħti lil dawk kollha li jfittxu l-għajnuna. Tkellimt miegħu dwar dan u wiċċu xegħel. Insista li meta bniedem jiġi quddiemek, trid tħares lejh u taċċettah kif inhu. "Jiena ma ngħaddix ġudizzju fuq il- persuna. Jiena għalija hija persuna, għandha d-dinjità tagħha, nismagħha, nipprova ma niġġudikax. Trid tisma' ħafna u tħobb ħafna. Ma tistax tieqaf fuq l-iżbalji tagħha. Anke jekk tkun taom minn qabel, ma tridx tippreġudika ruħek," insista Monsinjur Grech. Kien hawn li appella biex wieħed dejjem ifittex is-sabiħ fil-persuna, għax fi kliemu, anke fl-aktar nies żarmati hemm affarijiet sbieħ. "Lill-istaff dejjem ngħidilhom. Tiffittawx fuq l-iżbalji għax dawn dejjem se ssibhom. Kollha għandna d-dellijiet. Ieqfu fuq id-dawl li hemm fil-bniedem. Għalhekk trid il-ħin, biex tisimgħu, biex taċċettah, biex tħobbu, biex takkumpanjah u biex tagħmillu kuraġġ," kompla jgħid. Kien hawn li Dun Victor insista li din hija riċetta importanti. Saħaq li b'din l-attitudni wasal ma' ħafna nies, anke ma' dawk li l-każ tagħhom kien jidher bla tama. 'Professjonista jara l-problema ... jiena nara l-persuna' Meta tisimgħu jitkellem hekk, tiem għalfejn ħafna persuni li jgħaddu mill- Caritas, iqisu lil Dun Victor bħala missierhom. Xi jħoss meta jismagħhom jgħidu hekk fuqu. Huwa u jwieġeb emozzjona ruħu u leħnu nkiser. "Ir-relazzjoni bejni u bejn il-persuna tkun relazzjoni qawwija. Relazzjoni umana, għax hemm qiegħed kollox ... Professjonista ħafna drabi jara l-problema. Jien meta jiġi bniedem quddiemi, mhux il-problema tinteressani, imma l-persuna," wieġeb. 'Il-vizzju hija marda u trid lil xi ħadd biex jakkumpanjak' Staqsejtu kemm hu diffiċli li persuni li huma akbar fl-età, jew inkella li għandhom ċertu pożizzjonijiet, ifittxu l-għajnuna. Wieġeb li għalihom hija ħafna diffiċli, anke għax, fi kliemu, jaħsbu li jistgħu jsolvu l-problema tagħhom waħedhom. Iżda Dun Victor jemmen bil-kontra. "Il-vizzju hija marda. Marda serja ... Meta jkun hemm vizzju trid lil xi ħadd biex jerfgħak, biex jisimgħek, biex jakkumpanjak. Naf ħafna nies li spiċċaw jagħmlu din il-mixja waħedhom u spiċċaw ħażin." Staqsejtu jweġġax meta xi ħadd li għamel il-programm jerġa' jaqa. Qal li mhijiex xi ħaġa li taħsdu. "Ħafna nies waqfu darbtejn mill- programm u reġgħu bdew jieħdu. Mat- tielet darba rnexxielhom. Ir-relapse hija xi ħaġa normali fix-xogħol tagħna. Ġeneralment jerġgħu jiġu. Meta jkunu waqgħu jistħu, iżda jerġgħu jiġu," kompla jgħid waqt li fakkar fiċ-ċentru tal-Caritas fil-Mosta li joffri servizz tal-aer care u li jiaħ 24 siegħa kuljum. Joint fil-weekend allarmanti? Ikun hawn min jgħidlek li joint fil- weekend mhu xejn. X'jaħseb Dun Victor? "Ma rridux inkabbruhom l-affarijiet," wieġeb waqt li spjega li mhux bilfors xi ħadd li jpejjep joint se jaqa' fil-vizzju. "Iżda ħafna min-nies li huma vvizzjati fuq droga, jibdew minn affarijiet żgħar." Semma t-tipjip. Fi kliemu, min ipejjep jibda jagħmel dan bil-moħbi, jew jaqsam sigarett fi tnejn. Ftit it sigarett isir tnejn, ħamsa, pakkett u żewġ pakketti. "Kull vizzju hekk. Tibda b'xi ħaġa żgħira u tieħdok. Ma tibqax inti tirraġuna." Ħabs jew riabilitazzjoni? Fl-aħħar jiem kien hawn kontroversja dwar mara li spiċċat il-ħabs għax inqabdet tkabbar pjanta waħda tal- kannabis. Staqsejt lil Dun Victor: "Ħabs jew riabilitazzjoni?" "Li trabbi l-kannabis id-dar mhijiex xi ħaġa sabiħa. Qed turi ċar li hemm vizzju," insista waqt li saħaq li t-tentazzjoni dejjem tkun li minn pjanta tispiċċa b'għaxra biex tbigħ ukoll. Huwa saħaq li jekk persuna għandha bżonn il-kura u l-attenzjoni u l-persuna trid l-għajnuna, din għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox. "La waslet biex tkabbarha fil-ġnien, sinjal li ma tgħaddix mingħajrha." Madanakollu saħaq li dan ma jfissirx li jekk persuna qed tonqos b'mod miuħ ma għandhiex tieħu dak li ħaqqha. "Aħna qed ngħixu f 'soċjetà. Dak li nagħmel jien jista' jkollu effett fuq ħaddieħor." 'Kull min jieħu d-droga ma jeħodhiex biex jirrikrea ruħu' Tkellimna wkoll dwar ir-riforma mwiegħda dwar l-użu rikreattiv tal- kannabis, b'Dun Victor ikun skjett u jwieġeb li ma hemm xejn rikreattiv fid- droga. "Kull min jieħu d-droga ma jeħodhiex biex jikkrea ruħu ... id-droga mhijiex rikreattiva. Hija xi ħaġa li tkisser il- bniedem bil-mod il-mod. Taħkmek u tneħħilek ħafna mill-fakultajiet ... lanqas ma nħoss li bniedem jista' jieħu d-droga meta jrid mingħajr mal-liġi tiġri warajh," insista l-Monsinjur. 'L-isbaħ mistrieħ huwa l-kuntatt man- nies' Illum Dun Victor irtira iżda għadu jiltaqa' mar-residenti u anke jkollu laqgħat regolari mal-Caritas. Issa li għandu 90 sena, qed isib ċans jistrieħ? "Jiena għalija dan hu l-isbaħ mistrieħ, li niltaqa' man-nies u nkun nista' ngħin lil xi ħadd," weġibni. "Qed ngħix waħdi, insajjar u nieħu ħsieb kollox jien. Imma kieku kelli ngħix kompletament maqtugħ min-nies, tibda t-tbatija." Insista li l-missjoni tiegħu jħoss li hija waħda, jiġifieri li jiltaqa', jisma' u jiem lin-nies. Fl-aħħar nett ħallejt f 'idejh biex jgħaddi messaġġ lil dawk kollha li qed jaħsbu jew qed ikunu pressati biex jieħdu d-droga. X'jgħidilhom Dun Victor? "Taħlux ħajjitkom. Il-ħajja hija rigal prezzjuż. Min jidħol f 'din il-mina, jista' ma jarax id-dawl. Min japprezza u jibża' għal ħajtu, ikun qed jagħmel xi ħaġa tajba għalih u għas-soċjetà. Illum hawn l-għajnuna. Il-bibien tagħna miuħa. Hawn persuni li jilqgħukom u lesti jimxu magħkom. Kuraġġ." Taħlux ħajjitkom. Il-ħajja hija rigal prezzjuż. Min jidħol f'din il- mina, jista' ma jarax id-dawl. Min japprezza u jibża' għal ħajtu, ikun qed jagħmel xi ħaġa tajba għalih u għas-soċjetà illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 hemm affarijiet sbieħ' Dun Victor Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019