Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472
15 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 Argument verbali bejn koppja wassal biex raġel ikun akkużat bi vjolenza domestika. L-Ispettur Trevor Micallef ressaq lir-raġel quddiem il- Maġistrat Joe Mifsud.Fil-Qorti nstema' kif ir-raġel u l-mara ilhom 25 sena miżżewġin u kellhom erbat itfal. Jidher li l-mara telqet 'il barra mid-dar sitt ġimgħat ilu u l-koppja qed tissepara. Madanakollu jidher li kellhom xi jgħidu fl-aħħar jiem, bir-raġel jhedded lill-mara li joqtolha jekk ikun jaf li għandha lil xi ħadd ieħor u li kien lest iniffidha b'biro. Jidher li l-mara marret tirrapportah lill-Pulizija u anke fittxet l-għajnuna tal-Appoġġ. L-Appoġġ ikklassifika dan il- każ bħala wieħed b'riskju għoli u r-raġel ġie arrestat. L-avukat tar-raġel saħaq li l-inċident tkabbar ħafna tant li wara l-ġlieda r-raġel u l-mara marru d-dar flimkien. Huwa wieġeb ħati u ngħata sentenza ta' 8 xhur ħabs sospiżi għal sena. Il-Qorti ordnat ukoll ordni ta' protezzjoni għall-ħames snin għall-mara. Żagħżugħ minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li biegħ id- droga lil żagħżugħ ta' 17-il sena f 'Paceville. Iż-żagħżugħ kien arrestat wara li pulizija rawh jgħaddi kontenitur bil-ħaxixa tal- kannabis lil ħaddieħor f 'Paceville. Il-Pulizija wettqet tfittxija fuq l-akkużat u nstab li kellu fuqu wkoll 100 gramma kokaina. Huwa kien akkużat li ssupplixxa u li kellu fil-pussess tiegħu l-kokaina u l-kannabis. Aktar kannabis instabet fid- dar fejn jgħix. L-Ispettur Joseph Xerri qal lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li fl-istess lejl, żagħżugħ ta' 17-il sena kien arrestat fil- klabb Havana wara li nstab li kellu l-kokaina. Iż-żagħżugħ indika li l-akkużat kien tah id-droga. L-akkużat qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bl-Avukat Franco Debono jitlob il-ħelsien mill-arrest. Debono saħaq li l-akkużat għadu żgħir u minkejja li kellu problema bid-droga, il-kondotta tiegħu hija nadifa. Insista wkoll li l-ammont ta' droga misjuba ma kinitx esaġerata. 'Għadu fi stadju fejn jista' jkun salvat," qal l-Avukat. Madanakollu, il-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, fosthom għax iż- żagħżugħ ta' 17-il sena għad irid jixhed. Jhedded lil martu li joqtolha jekk ikun jaf li għandha ieħor Ir-raġel ġie akkużat bi vjolenza domestika, wieġeb ħati u ngħata sentenza ta' ħabs sospiża Żagħżugħ akkużat li biegħ il-kokaina lil żagħżugħ ta' 17-il sena f'Paceville