Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni Inkomplu naħdmu għal pajjiżna Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali D ak li għadda minnu l-pajjiż f 'dawn l-aħħar jiem ikompli jagħtina s-saħħa u jħeġġeġ dejj- em aktar l-impenn li għandna li naħdmu bil-qalb għal pajjiżna. Impenn li naraw l-istituzzjonijiet għolja tal-pajjiż jaħdmu bl-għodda kollha u r-riżorsi kollha li tahom dan il-Gvern, għall-ġid tal-ġustizzja, tas-Saltna tad-Dritt u tal-qa- sam tal-Ġustizzja ta' pajjiżna. Fejn l-istituzzjonijiet kellhom jaħdmu, iva qegħdin jaħdmu. Fejn deċiżjonijiet kellhom jittieħdu, iva ttieħdu. Bħala Gvern qed nagħtu l-massimu tagħna, bil- provi, biex issir ġustizzja. Jiem li kienu prova li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż qed jaħdmu, u qed jaħdmu sew, mingħajr indħil u bl-aktar mod trasparenti. U dan se nkomplu nsaħħuh, għax verament nemmnu f 'dak li qed nagħmlu. Inħallu lil dawn l-istituzzjonijiet jaħdmu, nagħtuhom l-appoġġ kollu li hemm bżonn għax verament nemmnu li l-ġustizzja tinsab hemm għal kulħadd u ħadd mhu 'l fuq mil-liġi. * * * Ix-xogħol ikompli f 'kull qasam. Inkomplu nirriġeneraw lil pajjiżna, insaħħu l-prodott kulturali tagħna u nippriservaw dak li writna. Kien ta' sodisfazzjon nara xogħol li beda, jitlesta. Il-programm ta' restawr ma jieqaf qatt. Ilna għaddejjin u għamilna xogħol kbir ta' restawr fl-Università l-Qadima tal-Belt. Bħala parti mill-proġett ħolistiku ta' restawr tal-Università, id-Direttorat tar- Restawr ra li jsir ukoll xogħol fil-bitħa tal-Università. Dan ix-xogħol jifforma parti min- numru ta' interventi li qegħdin nagħmlu permezz tad-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru, fuq l-Università l-Antika. L-ewwel fażi fuq l-interventi tal-Università l-Qadima kienet dik tar- restawr tal-bejt tal-Knisja tal-Ġiżwiti. Xogħol ieħor huwa l-faċċati tal-Knisja u tal-Università l-Qadima u attwalment għaddej xogħol fuq il-faċċata li tagħti fuq in-naħa ta' San Kristofru. Fażi oħra kienet dik tal-faċċati tal- bitħa tal-Università l-Qadima. Uħud minn dawn il-faċċati huma oriġinali u għadhom jidhru s-sinjali tal-gwerra u għalhekk ingħatat attenzjoni partikolari biex is-sinjali tal-isplużjoni ta' żmien il- gwerra jiġu kkonservati. Sar ħafna xogħol biex jiġu modernizzati s-servizzi fil-bitħa tal-Università l-Qadima biex tiġi ppavimentata wkoll. Waqt dan ix-xogħol reġgħu nstabu l-pedamenti tal-kmamar fil-bitħa li kienu nbnew fis-seklu 19, li ġew dokumentati u mgħottija mill-ġdid. Dan ix-xogħol ta' pavimentar sewa €136,000 u tlesta it tal-ġimgħat ilu. * * * Konferenza importanti li ttellgħet fuq bażi nazzjonali kienet dik dwar it-tindif. Waħda mill-konklużjonijiet importanti li ħarġu mill-konferenza hija li hemm bżonn aktar ċentralizzazzjoni fil-funzjonijiet tal-Gvern dwar l-indafa, fl-istess waqt li nħallu partijiet deċentralizzati lill-kunsilli lokali billi nagħtuhom aktar responsabbilità. Kif intqal mill-Prim Ministru waqt il- Konferenza, hemm nuqqasijiet ta' sistema min-naħa ċentrali li għalkemm mhumiex nuqqasijiet ta' rieda, xorta waħda hemm ħafna x'jitjieb. Biex ikunu mtejba dawn in-nuqqasijiet, issemiet l-importanza ta' aktar responsabbilitajiet fuq il- kunsilli lokali fil-partijiet li ma jkunux ċentralizzati mill-Gvern. Il-kunsilli lokali għandhom irwol importanti fiż-żamma tal-indafa f 'pajjiżna u huwa għalhekk li fil-Baġit għas-sena 2020 dawn ġew allokati fond ta' madwar €21 miljun għall-ġbir u l-ġarr tal-iskart, għat-tindif tat-toroq urbani u anki dawk mhux urbani u għad-depositu tal-materjal. Hemm żewg punti ewlenin li jridu jkunu rikonoxxuti; il-livell ta' kuxjenza dwar iż-żamma tal-indafa fil-pajjiż mill- ġenerazzjoni tal-lum u s-separazzjoni mandatorja tal-iskart organiku. Nirrikonoxxu wkoll li d-Diviżjoni għat- Tindif u Manutenzjoni tjiebet u kibret u qed tagħmel differenza. Id-Diviżjoni għat- Tindif u Manutenzjoni rċeviet madwar 25,000 ilment f 'dawn l-aħħar erba' snin li 96% minnhom ġew solvuti. Tul dawn l-aħħar 4 snin, inġabru 98,000 tunnellata ta' skart mormi illegalment. Aħna rridu li naħdmu flimkien biex nipprovdu spazji nodfa f 'pajjiżna għaċ- ċittadini tagħna u lil dawk li jżuruna u huwa importanti li nkomplu naħdmu biex dejjem nimxu 'l quddiem. Nappella biex inkomplu nisħqu fuq l-edukazzjoni fl-indafa u li dan il-Gvern huwa impenjat biex isaħħaħ l-istandards ta' kwalità għall-benefiċċju u l-effiċjenza taċ-ċittadin. Tajjeb li nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu f 'dan is-settur li qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex pajjiżna jkun aktar nadif. * * * Bil-mod il-mod resqin lejn staġun li jgħaqqad lil dawk kollha ta' rieda tajba. Min-naħa tagħna nedejna wkoll l-attivitajiet marbuta. Libbisna lill-Belt Kapitali bid-dwal tal-Milied fit-toroq maġġuri tagħha, Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti. Il-mixegħla ta' dawn it-toroq prominenti fil-Belt Valletta, li t-tnejn li huma jaraw numru kbir ta' nies kuljum, saret antiċipazzjoni tradizzjonali għal dawk kollha li għandhom l-istaġun tal- festi għal qalbhom. Huwa permezz ta' inizjattivi varji li aħna qegħdin naħdmu biex inkomplu nsaħħu l-prodott kulturali tal-Belt Valletta. Attivitajiet li flimkien mal-komunità tan-negozju, qed tieħu ħsiebhom l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta li kompliet fejn ħalliet il-Fondazzjoni Valletta 2018. Din hija l-ewwel fost l-inizjattivi tal-Aġenzija għal żmien il-Milied għal din is-sena, bl-isem ta' 'Christmas in the City'. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi għall-mixegħla tas-siġra tal-Milied fil-Belt Valletta li se tkun qed iżżejjen Pjazza Kastilja tul il-ġimgħat li ġejjin. Din se ssir propju għada t-Tnejn 25 ta' Novembru fil-ħamsa u nofs ta' filgħaxija. IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Inħallu lil dawn l-istituzzjonijiet jaħdmu, nagħtuhom l-appoġġ kollu li hemm bżonn għax verament nemmnu li l-ġustizzja tinsab hemm għal kulħadd

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019