Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

sport imma stil ta' ħajja' 31 sport il-ħin għalkollox. Ġieli jkolli nagħmel il-home work jew l-istudju waqt il-ħin tal-brejk tal-iskola, ġieli fil-karozza jew fil-vann bejn il-ħin tal-iskola u dak tat-taħriġ. Mhux dejjem l-istess iżda dejjem sibt il-mod biex inlaħħaq sew. Taqbel mas-sistema tal-play-offs? Iva. F'kampjonat bħal dak Malti, naħseb li l-play-offs huma tajbin. Dan apparti mill-fatt illi l-partitarji jkollhom aktar opportunità jaraw lit- tim tagħhom jilgħab, waqt li t-timijiet ikollhom ukoll l-opportunità li juru dak kollu li jsarrfu, mhux biss waqt logħba waħda iżda fuq tliet logħbiet. Tqis li fil-futur tilgħab mat-tim nazzjonali tal-waterpolo mmexxi minn Karl Izzo? Matul is-sena li għaddiet, kelli l-opportunità li nirrappreżenta lil Malta mas-selezzjoni ta' taħt it-13-il sena mħarrġa minn Anthony Farrugia fejn ipparteċipajna f 'tournament fi Sqallija u kklassifikajna fl-ewwel post, mas-selezzjoni ta' taħt l-14-il sena mħarrġa minn Anthony Farrugia fejn ipparteċipajna fil-Kampjonati Reġjonali Taljani u rbaħna l- grupp, kif ukoll mas-selezzjoni ta' taħt l-14-il sena mħarrġa wkoll minn Anthony Farrugia fejn ipparteċipajna fit-tournament prestiġjuż fis-Serbja "Partizan Legends" fejn ikklassifikajna fit-tieni post wara rebħiet importanti kontra s-Serbi ta' Red Star Belgrade u Novi Belgrade, it- Torok ta' Galatasaray, u l-Ġermaniżi ta' Spandau. Apparti li nħossni onorat li kelli dawn l-opportunitajiet, dawn l-esperjenzi servewni ta' motivazzjoni u se nibqa' naħdem sabiex jekk ningħata l-opportunità li nintgħażel u nerġa' nirrappreżenta lil pajjiżi, inkun ta' għajnuna għat-tim nazzjonali Malti u għall-kowċis tant dedikati, Anthony Farrugia u Karl Izzo. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- waterpolo? Is-sena l-oħra, irnexxieli nidħol fl- Iskola Nazzjonali tal-Isport, u dan għalija kien pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba. Nittama illi fil-futur qrib, ikolli opportunitajiet sabiex nitħarreġ barra minn Malta, speċjalment fl-Italja u dan sabiex inħabbatha mal-aqwa plejers f 'dan l-isport. It-tir tiegħi huwa dak li nibqa' nistudja, iżda jien inħares lejn karriera professjonali bħala plejer tal-waterpolo, mhux biss fil-kampjonat Malti iżda wkoll barra minn Malta, bl-akbar xewqa tiegħi tkun dik li xi darba jirnexxili nieħu sehem fl-Olimpjadi. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Dak tiegħi huwa messaġġ sempliċi ħafna - 'Il-Waterpolo mhuwiex sport imma stil ta' ħajja.' Dan huwa wieħed mill-aktar sports impenjattivi u diffiċli li jeżistu, iżda b'ħidma kontinwa u dedikazzjoni, huwa wkoll sport li jagħtik sodisfazzjon kbir. B' differenza għal sport ieħor, Malta tispikka f 'dan l-isport, u aktar ma jgħaddi żmien, konvint li aktar ser nispikkaw. illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 Jien inħares lejn karriera professjonali bħala plejer tal- waterpolo, mhux biss fil-kampjonat Malti iżda wkoll barra minn Malta, bl-akbar xewqa tiegħi tkun dik li xi darba jirnexxili nieħu sehem fl- Olimpjadi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019