Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

32 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 • illum Jibqa' jinsisti li deputati tal-backbench m'għandhomx jingħataw karigi f'entitajiet pubbliċi ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fi stqarrija l-Kummissarju tal-Istand- ards George Hyzler wieġeb lis-Seg- retarju Permenenti Ewlieni Mario Cutajar dwar ħatriet ta' back benchers f 'entitajiet tal-Gvern kif ukoll xogħol mal-Gvern. Hyzer qal li ma jaqbilx mal-konkluż- jonijiet ta' Cutajar meta jgħid li s-sep- arazzjoni tas-setgħat ma tantx tgħodd għal Malta għax mhuwiex parti mill- mudell Ingliż. Hyzler sostna li ma jaqbilx minħabba li jgħid illi fil-fatt dan il-kunċett huwa importanti fir-Renju Unit tant li hemm limitu ta' Deputati li jistgħu jaqdu funz- jonijiet mal-Gvern u l-Parlament fl-ist- ess ħin. "F'Malta, bħal fir-Renju Unit, kull gvern huwa kontabbli lejn il-Parlament u l-Parlament għandu jżomm lill-Gvern taħt skrutinju. Deputati backbenchers għandhom irwol ta' skrutinju impor- tanti ħafna, b'mod partikolari bħala membri tal-kumitati varji bħall-Kumi- tat dwar il-Kontijiet Pubbliċi jew il-Ku- mitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pub- bliċi," ifakkar Hyzler. Hu jistaqsi kif deputat backbencher jista' jagħti sehem ġenwin bħala mem- bru ta' kumitat bħal dawn jekk huwa dipendenti fuq il-gvern għall-għixien tiegħu. Fl-istqarrija l-Kummissarju tal-Istandards ikompli jisħaq illi t-tqab- bil ta' Cutajar bejn membru ta' bord u lettur ma jagħmilx sens. "Aktar jista' jsir paragun bejn mem- bru ta' bord u uffiċjal għoli fis-servizz pubbliku, għax it-tnejn għandhom re- sponsabbiltajiet ta' tmexxija. Anki s-Segretarju Permanenti Ew- lieni jaqbel li uffiċjali għolja fis-servizz pubbliku m'għandhomx ikunu deputati parlamentari." Hyzler tenna illi hu se jibqa' jemmen bis-sħiħ li l-ingaġġ tal-backbenchers mal-Gvern hija waħda mill-prattiċi li għandha tinqata'. Huwa jfakkar l-Kummissjoni ta' Ven- ezja esprimiet l-istess fehma meta qalet li "l-possibilitajiet ta' kontroll tal-back- benchers fuq il-Gvern jitnaqqsu jekk d-Deputati ikollhom inċentivi fiskali. "Fir-rapport tiegħi ssuġġerejt li r-raġuni għalfejn daħlet il-prattika li d-deputati backbenchers kollha jiġu ngaġġati mal-Gvern hija bħala kon- solazzjoni talli ma sarux ministri jew segretarji parlamentari, jew bħala kumpens għall-paga baxxa ta' deputat. Ma stajt nara ebda raġuni oħra, ħlief forsi xewqa min-naħa tal-Gvern li jsaħħaħ il-kontroll tiegħu fuq il-back- bench, temm jisħaq Hyzler. Il-Kummissarju tal- Istandards George Hyzler iwieġeb lil Mario Cutajar ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019