Illum previous editions

ILLUM 24 November 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1187472

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analizi illum • IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2019 għal din il-kwistjoni li issa ilha ġġebbed u tiġġebbed sa mill- 2016. Dan ix-xenarju jista' jseħħ għal dawn ir-raġunijiet. L-ewwel nett il-kontroversja tista' tkompli tikber u saħansitra tmiss lil politiċi qrib jew fil-Gvern. Dan huwa fil-fatt l-agħar xenarju possibbli jekk il-kuntratti ta' negozju bejn 17 Black u ż-żewġ kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi jallaċċjaw ma' xulxin. Kif inhi s-sitwazzjoni sa issa diġà din il-konnessaoni (Keith Schembri ammetta li 17 Black kienet parti mill-pjani ta' negozju tiegħu) hija waħda sensittiva u li qed titfa' dell ikrah fuq il-Gvern. Involviment ta' xi ħadd mill- Gvern ikun fatali għall-Prim Ministru, li anke jekk jibqa' popolari, jkun tilef ħafna mis- saħħa morali tiegħu. Imma Muscat jidgħajjef mhux biss jekk ikun hemm involviment. Mill-bidu nett kien jidher li din il-kwistjoni fin-natura tagħha se tkun volatili ħafna u ma kinitx se tieqaf u torqod kif ġab u laħaq. Dan ifisser li kemm fil-passat u injorata anke fil-futur din il- kwistjoni se tibqa' tqum minn żmien għall-ieħor b'biċċiet ġodda u informazzjoni ġdida li minn mument għall-ieħor tħarbat il-pjanijiet tal-Gvern. Kull darba li tqum il-kwistjoni tal-Panama Papers il-poplu kollu jispiċċa jiddibatti, jiddiskuti, jistaqsi u jiġġieled dwar din il- famuża struttura ta' kumpaniji, li iktar kemm jgħaddi żmien iktar qed issir mazzra. Biex tgħaxxaq, marbuta ma' din l-istruttura hemm xejn inqas mill-aktar assassinju xokkanti u kontroversjali li kellna fl-aħħar snin. Jista' jkun li hekk kif il-Gvern daħal fis-sitt sena tiegħu u bl-għejja elettorali issa tibda tagħmel tagħha, Muscat ma jirkuprax tajjeb biżżejjed minn din id-daqqa u forsi oħrajn li għadhom ġejjin. Għalhekk jagħmel l-ispazju għal enerġija ġdida fil-partit li terġa kemm jista' jkun tirrestawra l-immaġini issa mċappsa tal-Gvern. Il-PN isib l-enerġija l-ġdida li jeħtieġ Daqskemm se tagħmel differenza għal-Labour din tal-Panama tista' tkun kruċjali wkoll għall-PN, li għadu xi it jew wisq diżorganizzat u mifrud biex verament jagħmel il-kapital politiku li wieħed jistenna li jagħmel mix-xenraju politiku kurrenti. Minkejja l-gravità tas- sitwazzjoni huwa improbabbli li l-aħħar żviluppi, speċjalment jekk ma jwasslux biex ikun implikat politiku, se jħallu xi effett qawwi biżżejjed biex l-elettorat ibiddel il-vot. Delia jidher li għamel xi movimenti fi-direzzjoni ta' dawk li ma jaqblux miegħu u uża l-aħħar żviluppi politiċi biex jirkeb il-karru xi it jew wisq skomdu għalih ta' Repubblika u dawk kollha li ma jarawhx bħala mexxej idoneu. Fil-protesta li attenda l-ġimgħa l-oħra, konxjament il-Kap tal-Oppożizzjoni żamm profil pjuttost baxx, anke għax ma setax jirriskja li jerġa' jiġrilu bħalma ġara it żmien ilu meta spiċċa fil-mira ta' oħt Caruana Galizia. Din il-koalizzjoni skomda tista' tfisser li l-PN, għalissa, jiġbor aktar mill-voti mitlufin u jsib skop li jgħaqqad aħjar il- forzi tiegħu flimkien. Minkejja dan, il-mistoqsija tibqa' pertinenti: F'każ li b'xi mod il-PN jagħmel kważi miraklu u jegħleb id-distakk f 'elezzjoni ġenerali, dawn il-forzi kif se jaħdmu flimkien? Din il- koalizzjoni hija sostenibbli? Keith u Konrad jissaħħu aktar! Jidher, mil-lingwaġġ li uża Muscat, illi mhux se jkun qed jitlob għar-riżenja ta' Keith Schembri jew ta' Konrad Mizzi, minkejja r-rabta tal-kumpaniji li kienu fetħu fil-Panama mal- kumpanija 17 Black, ta' Yorgen Fenech. Jekk jirriżulta illi ma kien hemm ebda involviment ta' politiku, anke jekk il- konnessjoni ma' 17 Black tibqa' dijabolika, l-immaġini ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi tingħata spinta. Dawn jistgħu, u probabbilment hekk se jagħmlu, jgħidu li minkejja ħafna attentati u implikazzjonijiet li kienu huma li qatlu lil Daphne Caruana Galizia, dawn kollha sfumaw fix-xejn. Kieku nsiru nafu illi Yorgen Fenech kien qed jaġixxi waħdu jew inkella ma' grupp ta' nies oħrajn li huma negozjanti, Schembri u Mizzi jinħelsu minn kull dubju li jista' jkun hemm fuqhom. Din tagħti spinta lil dawn iż-żewġ politiċi u daqqa lil għaqdiet bħal Repubblika u nies bħal Simon Busuttil. Keith u Konrad jegħrqu! Naturalment hemm xenarju ieħor. Dak li jorbot jew jagħmel konnessjoni bejn Keith u/jew Konrad mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Dan ikun xenarju diżastruż għall-Gvern u l-Partit Laburista. Diżastruż biżżejjed biex iwassal għal kollass fil-Gvern u probabbilment riżenji jew inkella, saħansitra elezzjoni ġenerali bikrija. Jekk jegħrqu dawn it-tnejn il- probabbilità kbira hija li Muscat jegħreq magħhom. x-xenarji politiċi għal-Labour u l-PN

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 November 2019