Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1188978
20 opinjoni Ittra miftuħa lil Chris Fearne Salvu Mallia Salvu Mallia huwa eks kandidat tal-PN u xandar I ssa li ħadna lezzjoni kerha u naħseb li spiċċa ż-żmien tal-manuvrar politiku u l-par- aventi legalistiċi (almenu hekk nittama), ħassejt li għandi ndur lejk għax wieħed mill-ftit li nemmen li jista' jagħti mhux wiċċ ġdid did-darba, imma ruħ ġdida lill-Partit Laburista. Naf li m'iniex xi delegat tal-partit u lanqas irid inkun, imma se nkelmek bħala Malti li bħal eluf oħra waqgħu fin-nasba mfewħa imma valenuża ta' klikka kriminali li nħbew wara r-rettorika ta' Joseph Muscat biex f 'isem is-sewwa jagħmlu l-qerq u ħsara kbira lil Malta tagħna lkoll. Nemmen li minkella li politikanti, hemm min hu onest f 'kull partit u xogħlok għandu jkun li tnaqqi s-sikrana biex il-qamħ ikun jista' jikber u jagħti l-frott. Nies li ħammrulna wiċċna mad-dinja kollha b'imġiba qarrieqa jew ta' tfal mhux posthom la fil-Gvern u lanqas fl-amministrazzjoni mnaddfa minn kull tniġġiż li nittama daqt jitwieldu. Ħu ħsieb li mid-demel li l-korrotti u l-kriminali għaddsu fih lill-partit tiegħek, iwarrad fjur li tabilħaqq ikun l-għira tad-dinja u l-aqwa fl-Ewropa. Biss biex dan iseħħ hemm bżonn li l-ewwel u qabel kollox isir sforz kbir imma effettiv u xieraq min-naħa tiegħek. Att ta' umiltà u sobgħa. Nistiednek li tlaqqa' mass meeting malajr kemm jista' jkun u lin-nies li emmnu u għadhom jemmnu f 'Muscat tgħidulhom mingħajr ebda tlaqlieq li ħadtu żball. Li daħaq bikom! M'hemm xejn isbaħ u ta' min ifaħħru fid-dinja minn ftit kuraġġ u att ta' umiltà f 'waqthom. Spjegalhom li Joseph Muscat kien l-akbar għadu l-ewwel u qabel kollox tal-Partit tal-Ħaddiema, li saħansitra ttradixxa l-prinċipji li l-partit jistrieħ fuqhom u bidlu f 'bejta ta' kapitalisti korrotti u assassini. Nifhem li ż-żminijiet jinbidlu u trid tadatta għaċ-ċirkostanzi, imma dan m'għandux iwassal għal opportuniżmu mingħajr etika, prinċipji u morali. Immedjatament u mingħajr ma toqgħod tistenna xi 30 sena, għamel apoloġija f 'ismek u f 'isem sħabek lil Malta, imma l-ewwel u qabel kollox lil Daphne Caruana Galizia u lill-familja tagħha. Kulħadd jiżbalja fid-dinja u ma jistax ikun hemm maħfra qabel l-indiema. Nitolbok biex tibni fehmiet ġodda, minbija fuq il-ħsieb u d-djalogu u trażżan il-fanatiżmu politiku li nqeda bih Joseph Muscat u sħabu bħala paraventu għall-qerq tagħhom, għaliex dan huwa l-agħar forma ta' injoranza li skonti dejjem żammet lura lil dal-pajjiż milli jikber. Naf li dawn huma affarijiet ibsin, imma jixhdu karattu ta' bniedem sod u mexxej b'saħħtu li tassew irid il-ġid ta' dal-pajjiż ċkejken. Ħu ħsieb li mid-demel li l-korrotti u l-kriminali għaddsu fih lill-partit tiegħek, iwarrad fjur li tabilħaqq ikun l-għira tad-dinja u l-aqwa fl-Ewropa IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum